|
8.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1709
tas-7 ta’ Settembru 2023
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 (preċedentement identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus diolivorans DSM 33625). Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Jannar 2023 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-preparat mhuwiex irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn, li fin-nuqqas ta’ data ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-addittiv u li, minħabba n-natura proteinaċja tal-aġent attiv, jenħtieġ li l-addittiv jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 b’konċentrazzjoni minima ta’ 1 × 108 CFU/kg ta’ foraġġ jista’ jestendi l-istabbiltà aerobika tas-silaġġ ippreparat minn materjal ta’ foraġġ li huwa faċli u moderatament diffiċli li jiġi insilat b’firxa ta’ materja niexfa ta’ 32–65 %. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparat speċifikat fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2023;21(2):7820.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
|
1k21901 |
Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 li fih minimu ta’ 2 × 1011 CFU/g ta’ addittiv Forma solida |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
|
— |
|
It-28 ta’ Settembru 2033 |
||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 |
||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625:
Identifikazzjoni ta’Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625:
|
||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt
(2) Foraġġ li huwa faċli li jiġi insilat: > 3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ li huwa moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5–3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).