1.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1676

tas-7 ta’ Lulju 2023

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa, rati fissi u finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għar-rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 94(4) u 95(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Bl-għan li jiġi ssimplifikat l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF), kif ukoll li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, jixraq li jiġu definiti ċerti kostijiet unitarji u li jiġu stabbiliti ammonti tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet disponibbli għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi. Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, dawk il-kostijiet unitarji u l-ammonti tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet eliġibbli taħt l-FSE+ u appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

(2)

Il-kostijiet unitarji għar-rimborż lill-Istati Membri ġew stabbiliti abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli bbażat fuq data storika jew tal-istatistika, kif imsemmi fl-Artikolu 94(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(3)

Waqt l-istabbiliment tal-ammonti tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, il-Kummissjoni osservat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari l-prinċipju li r-riżorsi użati jkunu xierqa għall-investimenti mwettqa.

(4)

Filwaqt li jitqiesu l-isforzi addizzjonali meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi r-refuġjati u l-persuni li ħarbu mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kostijiet unitarji speċifiċi għat-tipi ta’ operazzjonijiet rilevanti.

(5)

Is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni formali, tat-taħriġ tal-impjegati, tat-taħriġ tal-persuni qiegħda rreġistrati, tal-persuni li qed ifittxu impjieg jew tal-persuni inattivi, kif ukoll tas-servizzi ta’ konsulenza relatati mal-impjiegi, se tikkontribwixxi wkoll għas-suċċess tal-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet.

(6)

Filwaqt li jiġu affermati mill-ġdid l-impenji skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2) bil-mira ewlenija tal-Unjoni l-ġdida għall-2030 dwar il-faqar u l-inklużjoni soċjali, jixraq li jiġu ffaċilitati u jinħolqu inċentivi għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li jgħinu fit-tnaqqis tal-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali. Għalhekk, l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u l-iskemi tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jenħtieġ li jiġu ddefiniti għall-operazzjonijiet li joffru servizzi tal-kura fid-dar u bbażata fil-komunità kif ukoll għall-operazzjonijiet li jipprovdu servizzi residenzjali u mhux residenzjali għall-vittmi tal-vjolenza domestika u l-persuni mingħajr dar għal żmien qasir jew fit-tul.

(7)

Għal dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet ikkonċernati jeżistu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-livell tal-kostijiet. F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-ammonti stabbiliti mill-Kummissjoni jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta’ kull Stat Membru.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet unitarji jibqgħu indikatur xieraq għall-kostijiet li jiġġarrbu realment u li l-ammonti għall-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jibqgħu adegwati għall-investiment imwettaq matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, ġie previst metodu xieraq ta’ aġġustament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-operazzjonijiet tal-FSE+ u tal-JTF abbażi tal-kostijiet unitarji u tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet, fosthom it-tipi ta’ operazzjonijiet li huma koperti u r-riżultati li jeħtieġ jinkisbu jew il-kundizzjonijiet li jeħtieġ jiġu ssodisfati, l-ammont ta’ dan ir-rimborż u l-metodu biex dak l-ammont jiġi aġġustat huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Nefqa eliġibbli

L-ammonti kkalkulati abbażi ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala nefqa eliġibbli għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.

(2)  Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (europa.eu)


ANNESS

Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi f’konformità mal-Artikolu 94(4) u l-Artikolu 95(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 abbażi tal-kostijiet unitarji u l-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għall-operazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni formali, it-taħriġ, is-servizzi ta’ konsulenza relatati mal-impjiegi, is-servizzi ta’ kura fid-dar u s-servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità u s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u persuni mingħajr dar

L-ammonti u l-kundizzjonijiet iddefiniti ma għandhomx japplikaw għall-programmi li jkunu stabbilew l-għażliet tal-kostijiet issimplifikati speċifiċi jew l-iskemi tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet tagħhom stess f’konformità mal-Artikoli 94(3) u 95(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, għat-tipi rilevanti ta’ operazzjonijiet.

1.   OPERAZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-EDUKAZZJONI FORMALI LI JISTGĦU JIĠU KOPERTI MINN RIMBORŻ ABBAŻI TAL-KOSTIJIET UNITARJI

1.1.   Tipi ta’ operazzjonijiet

Operazzjonijiet edukattivi formali (mill-edukazzjoni bikrija tat-tfal għall-edukazzjoni terzjarja, finkluż l-edukazzjoni vokazzjonali formali).

1.2.   Definizzjoni tal-indikatur li jwassal għall-pagament tal-kostijiet unitarji

Isem l-indikatur: Parteċipant f’sena akkademika tal-edukazzjoni formali

L-unità ta’ kejl għall-indikatur: L-għadd ta’ parteċipanti li saritilhom il-verifika tal-istatus tar-reġistrazzjoni f’sena akkademika tal-edukazzjoni formali, differenzjati skont il-klassifikazzjoni ISCED. Reġistrazzjoni vverifikata tfisser li l-prova tar-reġistrazzjoni tal-istudent fil-kors tat-taħriġ jew tal-edukazzjoni formali għandha tiġi vverifikata mill-awtoritajiet nazzjonali darbtejn jew tliet darbiet kull sena akkademika, f’konformità mal-prattiki u l-proċeduri normali ta’ kull Stat Membru.

Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni: http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/International_Standard_Classification_of_Education_(ISCED)

1.3.   Ammonti (f’EUR)

L-ammonti stabbiliti fit-Tabelli 1a u 1b hawn taħt ikopru l-kostijiet eliġibbli kollha direttament relatati mal-forniment ta’ oġġetti u servizzi ewlenin tal-edukazzjoni formali, inklużi l-miżati għat-tagħlim, ir-reġistrazzjoni, il-miżati għall-eżamijiet, il-vjaġġi għall-iskejjel, il-kostijiet tal-kantin.

Kategoriji oħra ta’ kostijiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni, bħal benefiċċji għall-parteċipanti, trasport, akkomodazzjoni jew tipi oħra ta’ appoġġ ipprovduti lill-parteċipanti, mhumiex koperti mill-kost unitarju u għalhekk jistgħu jikkostitwixxu kostijiet eliġibbli addizzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1060, ma’ regolamenti speċifiċi għall-fondi u ma’ regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà.

Jekk l-awtorità maniġerjali jew il-korp intermedju inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ programm japplika dawn il-kostijiet unitarji biex tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm għal operazzjoni waħda li taqa’ taħt dan ir-Regolament, dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu l-ammont li l-Kummissjoni tirrimborża għal kwalunkwe operazzjoni ta’ edukazzjoni formali taħt l-istess programm għall-istess tip ta’ benefiċjarju. Programmi oħra ġestiti minn korpi intermedji jew minn awtoritajiet maniġerjali differenti mhumiex ikkonċernati minn din ir-restrizzjoni.

L-ammonti huma għall-parteċipazzjoni full-time f’sena akkademika.

Fil-każ ta’ parteċipazzjoni part-time, l-ammont għandu jiġi stabbilit pro rata biex jirrifletti l-parteċipazzjoni tal-istudent. Fil-każ li l-kors idum anqas minn sena akkademika waħda, l-ammont għandu jiġi stabbilit pro rata biex jirrifletti d-durata tal-kors.

Għall-korsijiet li jdumu tal-anqas sena akkademika sħiħa waħda, dawn l-ammonti jistgħu jiġu rimborżati lill-Istat Membru fuq il-bażi li ġejja: 50 % għall-ewwel prova ta’ reġistrazzjoni matul is-sena akkademika (normalment fil-bidu tas-sena akkademika, f’konformità mar-regoli u l-prattiki nazzjonali), 30 % għat-tieni prova ta’ reġistrazzjoni u 20 % għat-tielet u l-aħħar prova ta’ reġistrazzjoni. Għal dawk l-Istati Membri li s-sistemi nazzjonali tagħhom jipprevedu li din l-informazzjoni għandha tinġabar darbtejn biss fis-sena, jew għall-korsijiet li jdumu anqas minn sena akkademika sħiħa waħda, se jkun 50 % għall-ewwel prova ta’ reġistrazzjoni u 50 % għat-tieni u l-aħħar prova ta’ reġistrazzjoni.

Il-korsijiet jistgħu jsiru fuq il-post, online jew f’format ibridu, iżda dejjem iridu jingħataw bil-ħarrieġa u bil-parteċipanti preżenti fl-istess ħin.

Biex jitqiesu l-isforzi addizzjonali meħtieġa u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati (1), inklużi persuni li ħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, hemm stabbiliti valuri speċifiċi fit-Tabella 1b għal operazzjonijiet li jindirizzaw dan il-grupp fil-mira. Dawk il-valuri jistgħu jintużaw minflok il-valuri korrispondenti stabbiliti fit-Tabella 1a. Dawn mhumiex valuri kumulattivi u ma jistgħux jintużaw flimkien mat-Tabella 1a.

L-istess kundizzjonijiet għar-rimborż japplikaw għall-valuri stabbiliti fit-Tabelli 1a u 1b. Jekk l-unika differenza hija l-grupp fil-mira, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u rekord tal-awditjar għall-parteċipanti f’konformità ma’ definizzjonijiet u prattiki nazzjonali speċifiċi.

1.4.   Metodu ta’ aġġustament

Il-kostijiet u l-valuri unitarji fit-Tabella 1a jistgħu jiġu aġġustati awtomatikament fuq bażi annwali billi jiġi applikat l-Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-edukazzjoni (2). L-indiċi bażi li jistabbilixxi l-valuri fit-Tabella 1a huwa l-LCIEdukazzjoni2021 (l-Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-2021). Il-valuri aġġustati bl-indiċi tas-sena N se japplikaw għall-operazzjonijiet kollha kkonċernati mill-1 ta’ Jannar tas-sena N+1

L-aġġustament għandu jkun ibbażat fuq il-formula li ġejja:

SCO Aġġustat = SCO Bażi x LCIl-aħħar edukazzjoni

L-ammonti stabbiliti fit-Tabella 1b jistgħu jiġu aġġustati awtomatikament billi l-kostijiet unitarji aġġustati fit-Tabella 1a jiġu mmultiplikati bil-fattur 1,10.

Tabella 1a

Ammonti għal kull parteċipant fl-edukazzjoni formali (f’EUR)

Mhux applikabbli (n/a) tindika li m’hemm l-ebda data disponibbli għal dak l-Istat Membru partikolari u fil-livell ta’ edukazzjoni indikat.

Is-sena ta’ referenza tal-ġbir tad-data hija l-2021 minbarra l-kampijiet tad-data għal FR u NL fejn is-sena ta’ referenza hija l-2019.


 

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

HR

Edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED0

5 614

n/a

2 649

2 133

3 704

9 655

10 912

5 179

n/a

4 121

10 618

5 963

3 145

2 627

Żvilupp tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED01

4 848

n/a

n/a

357

n/a

13 279

15 775

n/a

n/a

4 132

18 275

n/a

3 152

n/a

Edukazzjoni preprimarja

ED02

5 793

7 243

2 649

2 771

3 704

8 288

8 012

n/a

2 994

4 117

8 872

5 963

3 145

3 275

Edukazzjoni primarja

ED1

10 777

8 577

1 858

7 635

3 871

7 981

11 103

5 402

3 734

4 566

8 305

5 768

3 233

5 537

Edukazzjoni primarja u edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (livelli 1 u 2)

ED1_2

12 451

9 331

2 167

8 055

5 036

9 067

11 338

5 474

3 729

4 969

9 948

6 456

3 054

3 072

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell

ED2

14 177

10 995

2 574

8 936

6 626

9 812

11 786

5 645

3 719

5 710

13 247

7 319

2 889

n/a

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - ġenerali

ED24

13 332

n/a

2 359

8 936

6 635

9 812

11 770

5 627

3 719

5 710

13 247

7 319

2 889

n/a

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - vokazzjonali

ED25

n/a

n/a

n/a

n/a

5 134

n/a

16 126

5 773

n/a

n/a

n/a

n/a

3 301

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell

ED3

13 111

11 124

2 033

9 844

5 773

9 895

9 831

4 060

3 229

6 400

7 867

9 583

3 306

3 359

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja (livelli 3 u 4)

ED3_4

12 791

11 124

2 030

9 844

5 664

8 769

9 831

4 234

2 665

6 400

7 867

9 522

3 411

3 359

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - ġenerali

ED34

10 760

10 812

1 835

8 888

4 926

10 599

9 790

2 930

2 781

5 432

7 569

9 421

3 225

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - ġenerali (livelli 34 u 44)

ED34_44

11 933

10 812

1 835

8 888

4 709

1 099

9 790

2 930

2 781

5 432

7 569

9 403

3 225

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - vokazzjonali

ED35

14 711

11 365

2 232

14 624

6 108

9 236

9 895

5 678

4 280

8 471

7 990

9 890

3 401

3 408

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali (livelli 35 u 45)

ED35_45

13 314

11 365

2 224

14 624

6 060

7 615

9 895

5 782

2 513

8 471

7 990

9 741

3 580

3 408

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED4

2 054

n/a

354

n/a

836

4 893

n/a

6 276

333

n/a

n/a

6 688

4 242

n/a

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED44

n/a

n/a

n/a

n/a

653

10 323

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

6 437

n/a

n/a

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali

ED45

1 359

n/a

354

n/a

1 222

4 545

n/a

6 276

333

n/a

n/a

6 748

4 242

n/a

Edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir

ED5

14 857

10 474

n/a

557

13 910

1 920

9 000

n/a

n/a

5 383

9 138

8 829

465

n/a

Edukazzjoni terzjarja (livelli 5-8)

ED5-8

15 483

9 376

2 627

2 900

4 784

6 806

9 173

3 790

1 144

4 029

8 590

6 739

2 828

3 929

Edukazzjoni terzjarja minbarra l-edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir (livelli 6-8)

ED6-8

15 596

9 338

2 627

3 178

4 756

6 817

9 195

3 790

1 144

3 665

8 590

6 105

2 926

3 353


 

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL

PL

PT

RO

SI

SK

SE

Edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED0

7 707

5 346

3 824

3 807

17 293

6 240

7 161

2 767

3 286

1 805

5 173

3 445

13 449

Żvilupp tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED01

n/a

n/a

n/a

3 794

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

3 746

6 171

n/a

17 407

Edukazzjoni preprimarja

ED02

5 526

5 346

3 384

3 809

17 293

6 240

7 161

2 767

3 449

1 724

4 731

3 445

12 033

Edukazzjoni primarja

ED1

7 404

6 110

3 600

3 577

17 158

6 132

7 936

3 754

5 229

1 169

5 570

4 148

10 677

Edukazzjoni primarja u edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (livelli 1 u 2)

ED1_2

7 507

6 282

3 621

3 563

17 931

7 502

9 053

3 753

5 801

1 770

6 000

3 919

10 642

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell

ED2

7 788

6 552

3 664

3 553

19 256

10 281

10 712

3 749

6 782

2 543

7 006

3 713

10 564

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - ġenerali

ED24

8 324

6 552

3 660

3 532

19 256

10 230

9 426

3 749

n/a

2 543

7 006

3 640

10 564

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - vokazzjonali

ED25

n/a

6 615

4 956

4 788

n/a

16 143

14 131

n/a

n/a

n/a

n/a

6 970

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell

ED3

7 964

6 654

4 369

3 839

18 676

9 626

8 193

3 236

6 113

2 414

4 839

4 262

11 012

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja (livelli 3 u 4)

ED3_4

8 532

6 654

4 420

4 003

18 435

9 626

8 193

3 130

6 113

2 232

4 839

4 311

10 823

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - ġenerali

ED34

8 496

5 946

3 935

3 495

16 939

10 104

8 997

2 848

n/a

5 200

5 589

3 867

9 710

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - ġenerali (livelli 34 u 44)

ED34_44

8 496

n/a

3 935

3 495

16 939

10 100

8 997

2 848

n/a

5 200

5 589

3 867

9 689

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - vokazzjonali

ED35

n/a

n/a

5 016

4 813

19 760

8 312

7 781

3 537

n/a

320

4 489

4 455

13 189

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali (livelli 35 u 45)

ED35_45

4 192

n/a

5 053

4 826

19 344

8 312

7 781

3 320

n/a

416

4 489

4 515

12 633

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED4

15 476

n/a

5 314

4 843

2 769

9 569

5 360

1 793

n/a

838

n/a

546

6 657

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED44

4 192

n/a

n/a

n/a

n/a

9 569

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

8 894

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali

ED45

15 476

n/a

5 314

4 843

2 769

8 624

5 360

1 793

n/a

838

n/a

5 457

5 353

Edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir

ED5

n/a

2 771

3 637

n/a

4 734

11 289

7 099

5 684

2 471

n/a

2 378

4 999

6 205

Edukazzjoni terzjarja (livelli 5-8)

ED5-8

6 298

2 528

2 750

2 495

23 639

12 754

6 750

3 356

2 993

3 517

6 835

3 484

10 356

Edukazzjoni terzjarja minbarra l-edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir (livelli 6-8)

ED6-8

7 315

2 526

2 609

2 495

26 424

12 907

6 745

3 356

2 967

3 517

7 468

3 460

10 788


Tabella 1b

Ammonti għal kull parteċipant fl-edukazzjoni formali (f’EUR) li tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati, inklużi l-persuni li ħarbu mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

n/a - m’hemm l-ebda data disponibbli għal dak l-Istat Membru partikolari u l-livell ta’ edukazzjoni indikat.


 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

HR

Edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED0

6 175

n/a

2 914

2 346

4 074

10 621

12 003

5 697

n/a

4 533

11 680

6 559

3 459

2 890

Żvilupp tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED01

5 333

n/a

n/a

393

n/a

14 607

17 352

n/a

n/a

4 545

20 103

n/a

3 467

n/a

Edukazzjoni preprimarja

ED02

6 372

7 967

2 914

3 048

4 276

9 116

8 814

n/a

3 294

4 529

9 759

6 559

3 459

3 602

Edukazzjoni primarja

ED1

11 854

9 435

2 044

8 398

4 259

8 779

12 213

5 942

4 108

5 023

9 135

6 345

3 556

6 091

Edukazzjoni primarja u edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (livelli 1 u 2)

ED1_2

13 696

10 264

2 384

8 860

5 540

9 974

12 472

6 021

4 102

5 466

10 943

7 102

3 360

3 379

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell

ED2

15 594

12 095

2 832

9 830

7 288

10 794

12 965

6 210

4 091

6 281

14 571

8 051

3 177

n/a

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - ġenerali

ED24

14 665

n/a

2 595

9 830

7 298

10 794

12 947

6 189

4 091

6 281

14 571

8 051

3 177

n/a

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - vokazzjonali

ED25

n/a

n/a

n/a

n/a

5 648

n/a

17 739

6 350

n/a

n/a

n/a

n/a

3 631

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell

ED3

14 422

12 237

2 237

10 829

6 350

10 884

10 814

4 466

3 551

7 040

8 653

10 541

3 636

3 694

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja (livelli 3 u 4)

ED3_4

14 070

12 237

2 233

10 829

6 230

9 646

10 814

4 658

2 931

7 040

8 653

10 474

3 752

3 694

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - ġenerali

ED34

11 836

11 893

2 019

9 776

5 419

11 659

10 769

3 223

3 059

5 975

8 326

10 363

3 547

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - ġenerali (livelli 34 u 44)

ED34_44

13 126

11 893

2 019

9 776

5 180

1 209

10 769

3 223

3 059

5 975

8 326

10 343

3 547

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - vokazzjonali

ED35

16 182

12 501

2 455

16 086

6 719

10 159

10 885

6 246

4 708

9 318

8 789

10 879

3 741

3 748

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali (livelli 35 u 45)

ED35_45

14 645

12 501

2 446

16 086

6 666

8 376

10 885

6 360

2 764

9 318

8 789

10 715

3 938

3 748

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED4

2 259

n/a

389

n/a

919

5 382

n/a

6 904

366

n/a

n/a

7 357

4 666

n/a

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED44

n/a

n/a

n/a

n/a

719

11 355

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

7 081

n/a

n/a

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali

ED45

1 495

n/a

389

n/a

1 345

5 000

n/a

6 904

366

n/a

n/a

7 423

4 666

n/a

Edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir

ED5

16 342

11 521

n/a

613

15 301

2 112

9 900

n/a

n/a

5 922

10 052

9 712

511

n/a

Edukazzjoni terzjarja (livelli 5-8)

ED5-8

17 031

10 314

2 890

3 190

5 263

7 487

10 090

4 169

1 258

4 431

9 449

7 413

3 111

4 321

Edukazzjoni terzjarja minbarra l-edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir (livelli 6-8)

ED6-8

17 155

10 272

2 890

3 496

5 231

7 498

10 114

4 169

1 258

4 031

9 449

6 716

3 218

3 688


 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL

PL

PT

RO

SI

SK

SE

Edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED0

8 477

5 881

4 207

4 188

19 022

6 864

7 877

3 044

3 615

1 986

5 691

3 790

14 794

Żvilupp tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal

ED01

n/a

n/a

n/a

4 173

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

4 121

6 788

n/a

19 147

Edukazzjoni preprimarja

ED02

6 079

5 881

3 723

4 190

19 022

6 864

7 877

3 044

3 794

1 897

5 204

3 790

13 236

Edukazzjoni primarja

ED1

8 144

6 721

3 960

3 935

18 874

6 746

8 730

4 129

5 752

1 285

6 127

4 562

11 745

Edukazzjoni primarja u edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (livelli 1 u 2)

ED1_2

8 257

6 910

3 983

3 919

19 724

8 252

9 958

4 128

6 381

1 947

6 600

4 311

11 706

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell

ED2

8 566

7 207

4 031

3 909

21 182

11 309

11 783

4 124

7 461

2 797

7 707

4 085

11 620

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - ġenerali

ED24

9 156

7 207

4 026

3 885

21 182

11 253

10 369

4 124

n/a

2 797

7 707

4 004

11 620

Edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell - vokazzjonali

ED25

n/a

7 277

5 452

5 267

n/a

17 758

15 544

n/a

n/a

n/a

n/a

7 667

n/a

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell

ED3

8 760

7 319

4 806

4 223

20 543

10 589

9 012

3 559

6 725

2 655

5 323

4 688

12 114

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja (livelli 3 u 4)

ED3_4

9 385

7 319

4 862

4 404

20 278

10 589

9 012

3 443

6 725

2 455

5 323

4 742

11 905

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - ġenerali

ED34

9 345

6 540

4 329

3 844

18 633

11 115

9 897

3 133

n/a

5 720

6 148

4 254

10 681

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - ġenerali (livelli 34 u 44)

ED34_44

9 345

n/a

4 329

3 844

18 633

11 110

9 897

3 133

n/a

5 720

6 148

4 254

10 657

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell - vokazzjonali

ED35

n/a

n/a

5 517

5 295

21 736

9 143

8 559

3 891

n/a

351

4 938

4 901

14 508

Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali (livelli 35 u 45)

ED35_45

4 611

n/a

5 558

5 309

21 279

9 143

8 559

3 652

n/a

457

4 938

4 967

13 897

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED4

17 023

n/a

5 845

5 327

3 046

10 526

5 896

1 972

n/a

922

n/a

601

7 323

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

ED44

4 611

n/a

n/a

n/a

n/a

10 526

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

n/a

9 783

Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja - vokazzjonali

ED45

17 023

n/a

5 845

5 327

3 046

9 486

5 896

1 972

n/a

922

n/a

6 003

5 888

Edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir

ED5

n/a

3 048

4 001

n/a

5 207

12 417

7 809

6 253

2 718

n/a

2 616

5 499

6 825

Edukazzjoni terzjarja (livelli 5-8)

ED5-8

6 928

2 781

3 025

2 744

26 003

14 030

7 425

3 691

3 292

3 868

7 518

3 833

11 392

Edukazzjoni terzjarja minbarra l-edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir (livelli 6-8)

ED6-8

8 047

2 779

2 870

2 744

29 067

14 197

7 420

3 691

3 263

3 868

8 214

3 806

11 866

2.   OPERAZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IT-TAĦRIĠ TA’ PERSUNI QIEGĦDA, PERSUNI LI QED IFITTXU IMPJIEG JEW PERSUNI INATTIVI RREĠISTRATI

2.1.   Tipi ta’ operazzjonijiet

Kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna t-taħriġ ta’ persuni qiegħda, persuni li qed ifittxu impjieg jew persuni inattivi rreġistrati. Il-korsijiet ta’ taħriġ jistgħu jkunu prinċipalment istituzzjonali jew ibbażati fil-post tax-xogħol, iżda jridu jingħataw tal-anqas parzjalment f’kuntest istituzzjonali.

Fil-każ ta’ taħriġ istituzzjonali, il-korsijiet jistgħu jsiru fuq il-post, online jew f’format ibridu, iżda dejjem iridu jingħataw bil-ħarrieġa kif ukoll bil-parteċipanti preżenti fl-istess ħin. Il-korsijiet ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol dejjem iridu jsiru fuq il-post.

2.2.   Definizzjoni tal-indikatur li jwassal għall-ħlas tal-kostijiet unitarji

Isem l-indikatur: Parteċipanti li temmew b’suċċess kors ta’ taħriġ.

L-unità ta’ kejl għall-indikatur: L-għadd ta’ parteċipanti li temmew b’suċċess kors ta’ taħriġ.

Kors ta’ taħriġ għandu jitqies bħala “mitmum b’suċċess” meta jkun hemm dokument li juri t-tlestija f’konformità mar-regoli jew il-prattiki nazzjonali. Pereżempju, dan jista’ jkun ċertifikat maħruġ mill-fornitur tat-taħriġ jew dokument ekwivalenti li jkun aċċettabbli skont ir-regoli jew il-prattiki nazzjonali.

Il-kundizzjoni tat-tlestija b’suċċess ta’ kors tat-taħriġ ma għandhiex titqies li tkun intlaħqet meta parteċipant itemm b’suċċess biss xi wħud mill-moduli fi ħdan kors ta’ taħriġ.

2.3.   Ammonti (f’EURO)

L-ammonti stabbiliti fit-Tabelli 2a u 2b hawn taħt ikopru l-kostijiet eliġibbli kollha direttament relatati mal-għoti ta’ korsijiet ta’ taħriġ.

Kategoriji oħra ta’ kostijiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni, bħal allowances għall-parteċipanti, trasport, akkomodazzjoni jew tipi oħra ta’ appoġġ ipprovduti lill-parteċipanti mhumiex koperti mill-kost unitarju u għalhekk jistgħu jikkostitwixxu kostijiet eliġibbli addizzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1060, mar-regolamenti speċifiċi għall-fondi u mar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà.

Jekk l-awtorità maniġerjali jew il-korp intermedju inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ programm japplika dawn il-kostijiet unitarji biex tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm għal operazzjoni waħda li taqa’ taħt dan ir-Regolament, dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu l-ammont li l-Kummissjoni tirrimborża għal kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna t-taħriġ ta’ persuni qiegħda, persuni li qed ifittxu impjieg jew persuni inattivi rreġistrati taħt l-istess programm ġestit mill-istess korp għall-istess tip ta’ benefiċjarju. Programmi oħra ġestiti minn korpi intermedji jew minn awtoritajiet maniġerjali differenti mhumiex ikkonċernati minn din ir-restrizzjoni.

Biex jitqiesu l-isforzi addizzjonali meħtieġa u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati (3), inklużi l-persuni li ħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, hemm stabbiliti valuri speċifiċi fit-Tabella 2b għal operazzjonijiet li jindirizzaw dan il-grupp fil-mira. Dawk il-valuri jistgħu jintużaw minflok il-valuri korrispondenti stabbiliti fit-Tabella 2a. Dawn mhumiex valuri kumulattivi u ma jistgħux jintużaw flimkien mat-Tabella 2a.

L-istess kundizzjonijiet għar-rimborż japplikaw għall-valuri stabbiliti kemm fit-Tabella 2a kif ukoll fit-Tabella 2b. Jekk l-unika differenza hija l-grupp fil-mira, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u rekord tal-awditjar għall-parteċipanti f’konformità ma’ definizzjonijiet u prattiki nazzjonali speċifiċi.

Għal dawk l-Istati Membri elenkati fit-Tabella 5:

l-ammonti msemmija fit-Tabelli 2a u 2b għandhom jiġu mmultiplikati bl-indiċi għall-Programm reġjonali rilevanti;

meta l-programmi jkopru aktar minn reġjun wieħed, l-ammont li għandu jiġi rimborżat għandu jkun f’konformità mar-reġjun li fih jiġu implimentati l-operazzjoni jew il-proġett.

2.4.   Metodu ta’ aġġustament

Dan il-kost unitarju fit-Tabella 2a jista’ jiġi aġġustat awtomatikament fuq bażi annwali billi jiġi applikat l-Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-edukazzjoni (4). L-indiċi bażi użat għall-iffissar tal-valuri fit-Tabella 2a huwa LCIEdukazzjoni2021 (Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-2021). Il-valuri aġġustati bl-indiċi tas-sena N se japplikaw għall-operazzjonijiet kollha kkonċernati mill-1 ta’ Jannar tas-sena N+1

L-aġġustament għandu jkun ibbażat fuq il-formula li ġejja: SCO aġġustat = SCO bażi x LCIl-aħħar edukazzjoni

Il-kostijiet unitarji stabbiliti fit-Tabella 2b jistgħu jiġu aġġustati awtomatikament billi l-kostijiet unitarji aġġustati fit-Tabella 2a jiġu mmultiplikati bil-fattur 1,10.

Tabella 2a

Ammonti għat-taħriġ ta’ persuni qiegħda, persuni li qed ifittxu impjieg jew persuni inattivi rreġistrati (f’EUR)

Is-sena ta’ referenza hija l-2021 minbarra l-kampijiet tad-data mmarkati b’* – is-sena ta’ referenza għal dawn il-kampijiet tad-data hija l-2019.


Stat Membru

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR*

HU

HR

EUR

2 944

3 635

1 143

3 133

838

7 757

6 344

1 052

2 193

2 870

6 141

6 512 *

2 464

831

Stat Membru

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL*

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

EUR

12 362

3 697

1 103

2 060

19 971

3 292

5 219 *

785

1 216

1 244

1 088

626

8 555

 


Tabella 2b

Ammonti għat-taħriġ ta’ persuni qiegħda, persuni li qed ifittxu impjieg jew persuni inattivi rreġistrati (f’EUR) li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati, inklużi il-persuni li ħarbu mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

Stat Membru

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR*

HU

HR

EUR

3 239

3 998

1 257

3 446

922

8 533

6 979

1 157

2 413

3 158

6 755

7 163 *

2 711

914

Stat Membru

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL*

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

EUR

13 598

4 067

1 213

2 266

21 968

3 621

5 741 *

863

1 338

1 368

1 197

689

9 411

 

3.   OPERAZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-GĦOTI TA’ TAĦRIĠ LIL PERSUNI IMPJEGATI

3.1.   Tipi ta’ operazzjonijiet

Kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna attivitajiet ta’ taħriġ li għandha bħala objettivi primarji l-akkwiżizzjoni ta’ kompetenzi ġodda jew l-iżvilupp u t-titjib ta’ dawk eżistenti, u li hija ffinanzjata mill-inqas parzjalment mill-intrapriżi għall-impjegati tagħhom li għandhom kuntratt ta’ xogħol. L-apprendistati jew il-kuntratti ta’ taħriġ huma esklużi.

Il-korsijiet ta’ taħriġ jistgħu jsiru fuq il-post, online jew f’format ibridu, iżda dejjem iridu jingħataw bil-ħarrieġa kif ukoll bil-parteċipanti preżenti fl-istess ħin.

3.2.   Definizzjoni tal-indikaturi li jwasslu għall-ħlas tal-kostijiet unitarji

Isem l-indikatur:

1)

Ir-rata fis-siegħa tat-taħriġ mogħti lil persuni impjegati.

2)

Ir-rata fis-siegħa tas-salarju mħallas lil impjegat waqt li jkun qed jagħmel kors ta’ taħriġ.

Unità ta’ kejl għall-indikatur:

1)

L-għadd ta’ sigħat imwettqa ta’ taħriġ mogħti lil persuni impjegati għal kull parteċipant.

2)

L-għadd ta’ sigħat ta’ salarju mħallas lil impjegat waqt li jkun qed jagħmel kors ta’ taħriġ.

L-għadd ta’ sigħat jeħtieġ li jintwera minn sistema ta’ ġestjoni tal-ħin verifikabbli f’konformità mal-prattiki nazzjonali standard aċċettati.

3.3.   Ammonti (f’EUR)

L-ammonti stabbiliti fit-Tabelli 3a u 3b ikopru l-kostijiet eliġibbli kollha tal-operazzjoni, inklużi l-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin:

tariffi u pagamenti għall-korsijiet ta’ taħriġ;

l-ivvjaġġar u l-allowance għall-parteċipanti relatati mal-korsijiet ta’ taħriġ;

il-kostijiet lavorattivi tal-ħarrieġa interni għal korsijiet ta’ taħriġ (kostijiet diretti u indiretti);

il-kostijiet għaċ-ċentru tat-taħriġ, għall-kmamar tat-taħriġ u għall-materjali tat-tagħlim.

Il-ħin imqatta’ għall-korsijiet ta’ taħriġ jirreferi għall-ħin tax-xogħol imħallas (f’sigħat) li jintefaq fuq il-korsijiet ta’ taħriġ; dan ikopri biss il-ħin ta’ taħriġ attwali, u l-ħin li jkun tqatta’ matul il-ħin tax-xogħol bi ħlas biss.

Meta s-salarju tal-impjegat waqt li jkun qed jagħmel kors ta’ taħriġ ma jkunx kost eliġibbli, għandu jiġi rimborżat biss il-kost unitarju 1). Meta s-salarju tal-impjegat waqt it-taħriġ ikun meqjus bħala kost eliġibbli, jista’ jiġi rimborżat l-ammont kombinat mill-kostijiet unitarji 1) u 2).

Kif definit fis-CPR, il-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi u r-rekwiżiti tar-rekord tal-awditjar jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità ma’ definizzjonijiet, regoli u prattiki nazzjonali speċifiċi.

Jekk l-awtorità maniġerjali jew il-korp intermedju inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ programm japplika dawn il-kostijiet unitarji biex tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm għal operazzjoni waħda li taqa’ taħt dan ir-Regolament, dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu l-ammont li l-Kummissjoni tirrimborża għal kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna l-għoti ta’ taħriġ lil persuni impjegati taħt l-istess programm ġestit mill-istess korp għall-istess tip ta’ benefiċjarju. Programmi oħra ġestiti minn korpi intermedji jew Awtoritajiet Maniġerjali differenti mhumiex ikkonċernati minn din ir-restrizzjoni.

Biex jitqiesu l-isforzi addizzjonali meħtieġa u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati (5), inklużi persuni li jkunu ħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, hemm stabbiliti valuri speċifiċi fit-Tabella 3b għal operazzjonijiet li jindirizzaw dan il-grupp fil-mira. Dawn il-valuri jistgħu jintużaw minflok il-valuri korrispondenti stabbiliti fit-Tabella 3a. Dawn mhumiex valuri kumulattivi u ma jistgħux jintużaw flimkien mat-Tabella 3a.

L-istess kundizzjonijiet għar-rimborż japplikaw għall-valuri stabbiliti kemm fit-Tabella 3a kif ukoll fit-Tabella 3b. Jekk l-unika differenza hija l-grupp fil-mira, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u rekord tal-awditjar għall-parteċipanti f’konformità ma’ definizzjonijiet u prattiki nazzjonali speċifiċi.

Għal dawk l-Istati Membri elenkati fit-Tabella 5:

l-ammonti stabbiliti fit-Tabelli 3a u 3b għandhom jiġu mmultiplikati bl-indiċi għall-Programm Reġjonali rilevanti;

meta l-programmi jkopru aktar minn reġjun wieħed, l-ammont li għandu jiġi rimborżat għandu jkun f’konformità mar-reġjun li fih jiġu implimentati l-operazzjoni jew il-proġett.

3.4.   Metodu ta’ aġġustament

Il-kost unitarju stabbilit fit-Tabella 3a jista’ jiġi aġġustat awtomatikament fuq bażi annwali billi jiġi applikat l-Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-edukazzjoni (6) u l-Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-appoġġ Amministrattiv. L-indiċi bażi użat għall-iffissar tal-valuri fit-Tabelli 3a kien l-LCIEdukazzjoni2021 u l-LCIAppoġġAmministrattiv2021 - (indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-2021). Il-valuri aġġustati bl-indiċi tas-sena N se japplikaw għall-operazzjonijiet kollha kkonċernati mill-1 ta’ Jannar tas-sena N+1.

1)

L-aġġustament tar-rata fis-siegħa għat-taħriġ tal-persuni impjegati għandu jkun ibbażat fuq il-formula li ġejja:

SCO aġġustat = SCO bażi x LCIl-aħħar edukazzjoni

2)

L-aġġustament tar-rata fis-siegħa għas-salarju ta’ impjegat waqt it-taħriġ għandu jkun ibbażat fuq il-formula li ġejja:

SCO aġġustat = SCO bażi x LCIl-aħħar appoġġ amministrattiv

Il-kostijiet unitarji stabbiliti fit-Tabella 3b jistgħu jiġu aġġustati awtomatikament billi l-kostijiet unitarji aġġustati fit-Tabella 3a jiġu mmultiplikati bil-fattur 1,10.

Tabella 3a

Ammonti għat-taħriġ ta’ persuni impjegati (f’EUR)

Is-sena ta’ referenza hija l-2021 minbarra l-kampijiet tad-data mmarkati b’* — is-sena ta’ referenza għal dawn il-kampijiet tad-data hija l-2019.


 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR*

HU

HR

Rata fis-siegħa – taħriġ ta’ persuni impjegati (EUR)

44,84

25,63

8,75

21,37

13,52

40,60

44,31

19,19

19,16

18,98

42,36

37,93 *

21,16

12,42

Rata fis-siegħa tas-salarju mħallas lil impjegat waqt li jkun qed jagħmel kors ta’ taħriġ (EUR)

32,69

33,55

2,96

13,39

10,68

27,61

35,59

10,00

13,87

20,37

29,26

26,75 *

7,27

7,41

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL*

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Rata fis-siegħa – taħriġ ta’ persuni impjegati (EUR)

36,23

27,90

10,60

10,88

31,31

23,06

34,73 *

14,52

10,34

0,45

24,27

15,41

67,97

 

Rata fis-siegħa tas-salarju mħallas lil impjegat waqt li jkun qed jagħmel kors ta’ taħriġ (EUR)

32,77

25,30

10,12

5,34

26,88

8,83

23,91 *

6,75

12,39

4,49

9,75

18,49

36,47

 


Tabella 3b

Ammonti għat-taħriġ ta’ persuni impjegati (f’EUR) li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati, inklużi persuni li ħarbu mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR*

HU

HR

Rata fis-siegħa – taħriġ ta’ persuni impjegati (EUR)

49,32

28,20

9,63

23,51

14,87

44,66

48,75

21,10

21,07

20,88

46,60

41,72 *

23,27

13,67

Rata fis-siegħa tas-salarju mħallas lil impjegat waqt li jkun qed jagħmel kors ta’ taħriġ (EUR)

35,96

36,91

3,26

14,73

11,75

30,37

39,14

11,01

15,25

22,41

32,18

29,42 *

8,00

8,15

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL*

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Rata fis-siegħa – taħriġ ta’ persuni impjegati (EUR)

39,85

30,70

11,66

11,96

34,44

25,36

38,20 *

15,97

11,38

0,49

26,70

16,95

74,77

 

Rata fis-siegħa tas-salarju mħallas lil impjegat waqt li jkun qed jagħmel kors ta’ taħriġ (EUR)

36,04

27,83

11,13

5,87

29,57

9,72

26,30 *

7,42

13,62

4,94

10,73

20,34

40,12

 

4.   OPERAZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-FORNIMENT TAS-SERVIZZI TA’ KONSULENZA RELATATI MAL-IMPJIEGI

4.1.   Tipi ta’ operazzjonijiet

Kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna l-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza relatati mal-impjiegi lil persuni qiegħda, persuni li qed ifittxu impjieg jew persuni inattivi rreġistrati. Is-servizzi ta’ konsulenza relatati mal-impjiegi jistgħu jiġu pprovduti individwalment jew bħala parti minn grupp. Dawn jinkludu s-servizzi u l-attivitajiet kollha mwettqa mis-servizz pubbliku tal-impjiegi (PES) u s-servizzi pprovduti minn aġenziji pubbliċi oħra jew kwalunkwe korp ieħor ikkuntrattati b’fondi pubbliċi, li jiffaċilitaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni qiegħda u ta’ persuni oħra li jfittxu impjieg, jew li jassistu lill-impjegaturi fir-reklutaġġ u s-selezzjoni tal-persunal.

4.2.   Definizzjoni tal-indikaturi li jwasslu għall-pagament tal-kostijiet unitarji

Isem l-indikatur:

1)

Ir-rata fis-siegħa għall-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza.

2)

Ir-rata fix-xahar għall-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza.

3)

Ir-rata annwali għall-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza.

Unità ta’ kejl għall-indikatur:

L-għadd ta’ sigħat tas-servizzi ta’ konsulenza pprovduti lil persuni qiegħda, lil dawk li qed ifittxu impjieg jew lil persuni inattivi rreġistrati.

L-għadd ta’ xhur tas-servizzi ta’ konsulenza pprovduti lil persuni qiegħda, lil dawk li qed ifittxu impjieg jew lil persuni inattivi rreġistrati.

L-għadd ta’ snin tas-servizzi ta’ konsulenza pprovduti lil persuni qiegħda, lil dawk li qed ifittxu impjieg jew lil persuni inattivi rreġistrati.

L-għadd ta’ sigħat jeħtieġ li jintwera minn sistema ta’ ġestjoni tal-ħin verifikabbli. L-għadd ta’ xhur u snin jeħtieġ li jintwera f’konformità mal-prattiki amministrattivi nazzjonali tas-soltu għal dan it-tip ta’ reġistrazzjoni jew ġustifikazzjoni tal-ħin.

Il-kost unitarju jkopri l-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza matul siegħa/xahar/sena irrispettivament mill-għadd ta’ persuni li jirċievu s-servizz.

Meta tiġi applikata r-rata ta’ kull xahar jew kull sena fil-każ ta’ forniment part-time, l-ammont għandu jiġi stabbilit fuq bażi pro rata tar-rata ta’ kull xahar jew ta’ kull sena.

Il-kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u r-rekord tal-awditjar jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità ma’ definizzjonijiet, regoli u prattiki nazzjonali speċifiċi.

4.3.   Ammonti (f’EUR)

L-ammonti stabbiliti fit-Tabelli 4a u 4b ikopru l-kostijiet eliġibbli kollha tal-operazzjoni (jiġifieri l-kostijiet diretti tal-persunal + ir-rata fissa ta’ 40 % biex jiġu koperti l-kostijiet eliġibbli l-oħra kollha), ħlief għall-benefiċċji mħallsa lill-parteċipanti, li għalhekk jistgħu jikkostitwixxu kostijiet eliġibbli addizzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1060, mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi u mar-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà.

Jekk l-awtorità maniġerjali jew il-korp intermedju inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ programm japplika dawn il-kostijiet unitarji biex tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm għal operazzjoni waħda li taqa’ taħt dan ir-Regolament, dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu l-ammont li l-Kummissjoni tirrimborża għal kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna l-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza relatati mal-impjiegi taħt l-istess programm ġestit mill-istess korp għall-istess tip ta’ benefiċjarju. Programmi oħra ġestiti minn korpi intermedji jew minn awtoritajiet maniġerjali differenti mhumiex ikkonċernati minn din ir-restrizzjoni.

Biex jitqiesu l-isforzi addizzjonali meħtieġa u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati (7), inklużi l-persuni li ħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, hemm stabbiliti valuri speċifiċi fit-Tabella 4b għal operazzjonijiet li jindirizzaw dan il-grupp fil-mira. Dawn il-valuri jistgħu jintużaw minflok il-valuri korrispondenti stabbiliti fit-Tabella 4a. Dawn mhumiex valuri kumulattivi u ma jistgħux jintużaw flimkien mat-Tabella 4a.

L-istess kundizzjonijiet għar-rimborż japplikaw għall-valuri stabbiliti kemm fit-Tabella 4a kif ukoll fit-Tabella 4b. Jekk l-unika differenza hija l-grupp fil-mira, għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà u rekord tal-awditjar għall-parteċipanti f’konformità ma’ definizzjonijiet u prattiki nazzjonali speċifiċi.

Għal dawk l-Istati Membri elenkati fit-Tabella 5:

l-ammonti msemmija fit-Tabelli 4a u 4b għandhom jiġu mmultiplikati bl-indiċi għall-Programm reġjonali rilevanti;

fejn il-programmi jkopru aktar minn reġjun wieħed, l-ammont li għandu jiġi rimborżat għandu jkun f’konformità mar-reġjun li fih jiġu implimentati l-operazzjoni jew il-proġett.

4.4.   Metodu ta’ aġġustament

Dan il-kost unitarju jista’ jiġi aġġustat awtomatikament fuq bażi annwali billi jiġi applikat l-Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-Amministrazzjoni Pubblika. L-indiċi bażi użat għall-iffissar tal-valuri fit-Tabelli 4a u 4b huwa l-LCIAmministrazzjoni pubblika 2021 - (Indiċi tal-Kost Lavorattiv għall-2021). Il-valuri aġġustati bl-indiċi tas-sena N se japplikaw għall-operazzjonijiet kollha kkonċernati mill-1 ta’ Jannar tas-sena N+1

Rata fis-siegħa: SCO aġġustata = SCO bażi x LCIAmministrazzjoni pubblika sena N

LC – Indiċi tal-kost lavorattiv skont l-attività tan-NACE Rev. 2 — valur nominali, data annwali [lc_lci_r2_a] NACE Rev. 2 (attività = O. Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja)

Rata ta’ kull xahar: SCO aġġustata = SCORata fis-siegħa aġġustata x Ti x 4,348121417

Ti - il-medja tas-sigħat maħduma fil-ġimgħa ta’ impjieg full-time fil-pajjiż ikkonċernat; 4,348121417 — għadd ta’ ġimgħat ta’ xogħol fix-xahar;

Rata annwali: SCO aġġustata = SCORata fix-xahar x aġġustata 52,177457

52,177457 — għadd ta’ ġimgħat fis-sena;

Il-kostijiet unitarji stabbiliti fit-Tabella 4b jistgħu jiġu aġġustati awtomatikament billi l-kostijiet unitarji aġġustati fit-Tabella 4a jiġu mmultiplikati bil-fattur 1,10.

Tabella 4a

Ir-rati tal-kostijiet unitarji għall-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza (f’EUR) — il-livelli tal-prezzijiet tal-2021

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR*

HU

HR

Rata fis-siegħa (EUR)

48,30

46,74

7,36

34,64

17,51

54,69

62,57

24,43

23,60

23,59

51,47

53,77

22,24

13,18

Kull xahar (EUR)

8 904

8 352

1 306

6 266

3 158

9 750

10 446

4 303

4 504

4 164

8 997

9 469

3 916

2 338

Rata annwali (EUR)

106 844

100 228

15 666

75 189

37 892

116 998

125 347

51 639

54 044

49 973

107 957

113 632

46 992

28 064

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL*

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Rata fis-siegħa (EUR)

38,54

35,37

15,62

20,03

41,63

16,84

42,49

11,66

31,71

21,12

38,32

14,72

60,79

 

Kull xahar (EUR)

6 838

6 260

2 739

3 484

7 349

3 082

7 519

2 116

5 751

3 701

6 896

2 637

10 757

 

Rata annwali (EUR)

82 053

75 120

32 861

41 791

88 195

36 984

90 235

25 387

69 011

44 403

82 757

31 634

129 094

 


Tabella 4b

Ir-rati tal-kostijiet unitarji għall-forniment tas-servizzi ta’ konsulenza li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew tar-refuġjati, inklużi l-persuni li ħarbu mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (f’EUR) — il-livelli tal-prezzijiet tal-2021

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

HR

Rata fis-siegħa (EUR)

53,13

51,42

8,10

38,10

19,26

60,16

68,82

26,88

25,95

25,95

56,62

59,15

24,46

14,50

Kull xahar (EUR)

9 794

9 188

1 437

6 892

3 474

10 725

11 491

4 733

4 954

4 581

9 896

10 416

4 308

2 572

Rata annwali (EUR)

117 528

110 250

17 232

82 708

41 681

128 697

137 882

56 803

59 448

54 970

118 753

124 995

51 691

30 870

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Rata fis-siegħa (EUR)

42,40

38,91

17,18

22,03

45,80

18,52

46,74

12,83

34,88

23,23

42,15

16,19

66,87

 

Kull xahar (EUR)

7 522

6 886

3 013

3 832

8 084

3 390

8 271

2 328

6 326

4 071

7 585

2 901

11 833

 

Rata annwali (EUR)

90 258

82 632

36 148

45 970

97 014

40 682

99 259

27 925

75 912

48 844

91 033

34 798

142 004

 

5.   L-INDIĊI LI GĦANDU JIĠI APPLIKAT GĦAL REĠJUNI DIFFERENTI GĦAL KULL STAT MEMBRU

Tabella 5

Indiċi li għandu jiġi applikat għall-ammonti għar-reġjuni li ġejjin

Il-Belġju

1,00

Brussels Capital

1,26

Flanders

0,97

Wallonia

0,91


Franza

1,00

Île de France

1,32

Aquitaine

0,87

Champagne-Ardenne

0,88

Midi-Pyrénées

0,91

Picardie

0,91

Limousin

0,84

Haute-Normandie

0,96

Rhône-Alpes

0,97

Centre

0,89

Auvergne

0,86

Basse-Normandie

0,86

Languedoc-Roussillon

0,84

Bourgogne

0,87

Provence-Alpes-Côte d’Azur

0,93

Nord - Pas-de-Calais

0,95

Corse

0,93

Lorraine

0,90

Guadeloupe

1,01

Alsace

0,97

Martinique

0,90

Franche-Comté

0,89

Guyane

0,99

Pays de la Loire

0,90

La Réunion

0,83

Bretagne

0,86

Mayotte

0,64

Poitou-Charentes

0,83

 

 


Il-Ġermanja

1,00

Baden-Württemberg

1,08

Niedersachsen

0,93

Bayern

1,05

Nordrhein-Westfalen

1,02

Berlin

0,98

Rheinland-Pfalz

0,96

Brandenburg

0,82

Saarland

0,98

Bremen

1,06

Sachsen

0,81

Hamburg

1,21

Sachsen-Anhalt

0,82

Hessen

1,12

Schleswig-Holstein

0,87

Mecklenburg-Vorpommern

0,79

Thüringen

0,82


Il-Greċja

1,00

Anatoliki Makedonia, Thraki

0,81

Sterea Ellada

0,90

Kentriki Makedonia

0,88

Peloponnisos

0,79

Dytiki Makedonia

1,12

Attiki

1,23

Ipeiros

0,79

Voreio Aigaio

0,90

Thessalia

0,83

Notio Aigaio

0,97

Ionia Nisia

0,82

Kriti

0,83

Dytiki Ellada

0,81

 

 


L-Italja

1,00

Piemonte

1,04

Marche

0,90

Valle d’Aosta

1,00

Lazio

1,07

Liguria

1,01

Abruzzo

0,89

Lombardia

1,16

Molise

0,82

Provincia Autonoma di Bolzano/Bozen

1,15

Campania

0,84

Provincia Autonoma di Trento

1,04

Puglia

0,82

Veneto

1,03

Basilicata

0,86

Friuli-Venezia Giulia

1,08

Calabria

0,75

Emilia-Romagna

1,06

Sicilia

0,86

Toscana

0,95

Sardegna

0,84

Umbria

0,87

 

 


Il-Polonja

1,00

Lódzkie

0,75

Wielkopolskie

1,16

Mazowieckie

1,26

Zachodniopomorskie

1,06

Malopolskie

1,05

Lubuskie

0,88

Slaskie

1,19

Dolnoslaskie

1,22

Lubelskie

0,60

Kujawsko-Pomorskie

0,91

Podkarpackie

0,81

Warminsko-Mazurskie

0,83

Swietokrzyskie

0,63

Pomorskie

0,78

Podlaskie

0,73

 

 


Il-Portugall

1,00

Norte

0,86

Algarve

0,87

Centro

0,84

Área Metropolitana de Lisboa

1,33

Alentejo

0,91

Região Autónoma dos Açores

0,91

Região Autónoma da Madeira

0,95


Spanja

1,00

 

 

Galicia

0,88

Extremadura

0,84

Principado de Asturias

0,98

Cataluña

1,09

Cantabria

0,96

Comunidad Valenciana

0,91

País Vasco

1,17

Illes Balears

0,96

Comunidad Foral de Navarra

1,07

Andalucía

0,87

La Rioja

0,92

Región de Murcia

0,84

Aragón

0,98

Ciudad Autónoma de Ceuta

1,07

Comunidad de Madrid

1,18

Ciudad Autónoma de Melilla

1,04

Castilla y León

0,91

Canarias

0,91

Castilla-la Mancha

0,88

 

 

6.   SERVIZZI TA’ KURA FID-DAR U SERVIZZI TA’ KURA MATUL IL-JUM IBBAŻATA FIL-KOMUNITÀ

6.1.   Tipi ta’ operazzjonijiet

Kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna l-forniment tas-servizzi ta’ kura fid-dar u s-servizzi ta’ kura matul il-ġurnata bbażati fil-komunità għall-anzjani, għall-adulti b’diżabilità fiżika u mentali, u għat-tfal b’diżabilità fiżika.

1.

Is-servizzi ta’ kura fid-dar huma servizzi mogħtija fid-dar tar-riċevitur tal-kura biex jgħinu lil dawk il-persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb lilhom infushom, minħabba ċirkostanzi oġġettivi, f’Attivitajiet tal-Ħajja ta’ Kuljum (ADLs, Activities of Daily Living), bħall-ħasil, l-ilbies u l-ikel, jew f’Attivitajiet Strumentali tal-Ħajja ta’ Kuljum (IADLs, Instrumental Activities of Daily Living), bħat-tħejjija tal-ikel, il-ġestjoni tal-flus, ix-xiri ta’ prodotti tal-merċa jew ta’ oġġetti personali. Is-servizzi ta’ kura fid-dar jinkludu wkoll kura mobbli mill-infirmiera u servizzi terapewtiċi bbażati fid-dar.

It-tipi ta’ attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għar-rimborż:

a)

assistenza personali fid-dar;

b)

forniment tas-servizzi ta’ iġjene personali;

c)

kura ta’ solliev fid-dar;

d)

servizzi terapewtiċi u ta’ riabilitazzjoni bbażati fid-dar (għal diżabilitajiet fiżiċi biss);

e)

appoġġ għall-kura mill-infermiera fid-dar għal ħajja indipendenti (eskluż ix-xiri ta’ tagħmir);

f)

servizzi ta’ riabilitazzjoni soċjali.

L-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu mill-inqas l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) b’mod kumulattiv, jiġifieri sabiex ikunu jistgħu jitolbu n-nefqa relatata bbażata fuq il-kost unitarju.

2.

Is-servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-Komunità spiss jingħataw fiċ-ċentri tal-kura matul il-jum – istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ kura soċjali u ta’ riabilitazzjoni soċjali matul il-jum. Iċ-ċentri tal-kura matul il-jum huma strutturi miftuħa għall-ospitalità u l-kura ta’ persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom kompletament, u li normalment ikollhom mard kroniku. Dawn jippermettu lill-parteċipanti jissoċjalizzaw u jgawdu minn attivitajiet ippjanati f’ambjent ta’ grupp, filwaqt li jirċievu kura f’ambjent strutturat binhar matul il-jum.

It-tipi ta’ attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għar-rimborż:

kura mill-infermiera;

kura ta’ solliev;

servizzi ta’ żvilupp tal-ħiliet funzjonali u soċjali;

attivitajiet ta’ grupp li jinvolvu eżerċizzji għall-istimulazzjoni mentali fi gruppi u programmi ta’ benesseri.

Biex ikunu eliġibbli għar-rimborż, l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu s-sett kollu tat-tipi ta’ attivitajiet stabbiliti hawn fuq għall-operazzjonijiet ta’ servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità.

6.2.   Definizzjoni tal-indikatur li jwassal għall-pagament tal-kostijiet unitarji

Isem l-indikatur:

1.

Il-forniment tas-servizzi ta’ kura fid-dar

2.

Il-forniment tas-servizzi ta’ kura matul il-ġurnata bbażati fil-komunità

Unità ta’ kejl għall-indikatur:

1.

L-għadd ta’ sigħat/jiem/xhur/snin tal-parteċipanti għall-parteċipanti kollha li jirċievu servizzi ta’ kura fid-dar

2.

L-għadd ta’ sigħat/jiem/xhur/snin tal-parteċipanti għall-parteċipanti kollha li jirċievu servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità

6.3.   Ammonti (f’EUR)

L-ammonti stabbiliti fit-Tabella 6 u fit-Tabella 7 hawn taħt ikopru l-kostijiet eliġibbli kollha tal-operazzjoni (8).

Meta jfasslu operazzjoni unika għall-forniment tas-servizzi ta’ kura fid-dar u s-servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità appoġġati mill-FSE+, l-Istati Membri ma jitħallewx jagħżlu mil-lista ta’ attivitajiet eliġibbli stabbilita skont il-punti 6.1.1 u 6.1.2. L-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu s-sett sħiħ ta’ attivitajiet standard stabbiliti skont il-punt 6.1.2 għall-operazzjonijiet tas-servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità li jkunu eliġibbli għal rimborż, jew fil-każ ta’ kura fid-dar, mill-inqas l-attivitajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-punt 6.1.1 b’mod kumulattiv.

Id-dokumenti meħtieġa biex jiġġustifikaw li jkunu saru l-attivitajiet rilevanti, u li l-outputs iddikjarati kollha jkunu twettqu, huma dawk mitluba f’konformità mal-prattiki u l-proċeduri normali ta’ kull Stat Membru. L-awtoritajiet maniġerjali jeħtieġ li jiddefinixxu b’mod ċar ir-rekord tal-awditjar.

Eżempji ta’ dokumenti ta’ ġustifikazzjoni

 

Għas-servizzi ta’ kura fid-dar:

Kuntratt ta’ indokratur, rekords ta’ awtorapportar mill-indokraturi; valutazzjoni tal-indokraturi minn prattikant ġenerali ta’ persuna pprovduta b’servizzi ta’ kura fid-dar jew minn servizzi soċjali lokali u/jew dokumentazzjoni ekwivalenti

Skedi ta’ żmien għall-attivitajiet tal-indokraturi (għall-użu tar-rata fis-siegħa) jew rekords verifikabbli oħra tal-ġestjoni tal-ħin

 

Għas-servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità:

Rekords tar-reġistrazzjoni u tal-attendenza tal-parteċipant

Skedi ta’ żmien tal-attivitajiet tal-ħaddiema tal-kura matul il-jum (għall-użu tar-rata fis-siegħa) jew rekords verifikabbli oħra tal-ġestjoni tal-ħin

Jekk l-awtorità maniġerjali jew il-korp intermedju inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ programm japplika dawn il-kostijiet unitarji biex tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm għal operazzjoni waħda li taqa’ taħt dan ir-Regolament, dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu l-ammont li l-Kummissjoni tirrimborża għal kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna l-forniment tas-servizzi ta’ kura fid-dar u s-servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità taħt l-istess programm għall-istess tip ta’ benefiċjarju. Programmi oħra ġestiti minn korpi intermedji jew minn awtoritajiet maniġerjali differenti mhumiex ikkonċernati minn din ir-restrizzjoni.

6.4.   Metodu ta’ aġġustament

Il-valuri tal-kost unitarju għaż-żewġ tipi tas-servizzi ta’ kura jistgħu jiġu aġġustati kull sena abbażi tal-Indiċi tal-Kost Lavorattiv (LCI) ta’ Eurostat għall-attività ekonomika “servizzi tas-saħħa tal-bniedem u tax-xogħol soċjali”. Il-valuri aġġustati bl-indiċi tas-sena N se japplikaw għall-operazzjonijiet kollha kkonċernati mill-1 ta’ Jannar tas-sena N+1

Il-formula għall-aġġustament: Valur tal-kost unitarju ta’ Stat Membru X * indiċi LCI tal-Istat Membru X

Tabella 6

Kostijiet unitarji għas-servizzi ta’ kura fid-dar — livelli tal-prezzijiet tal-2021

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

HR

Rata fis-siegħa - EUR

37,19

34,36

6,52

13,54

15,01

35,01

44,36

14,24

13,16

26,20

32,95

32,29

7,29

12,83

Rata ta’ kuljum - EUR  (*1)

297

275

52

108

120

280

355

114

105

210

264

258

58

103

Rata ta’ kull xahar - EUR  (*2)

5 950

5 498

1 044

2 166

2 401

5 602

7 098

2 279

2 105

4 193

5 271

5 167

1 166

2 053

Rata annwali - EUR  (*3)

71 399

65 971

12 526

25 992

28 810

67 224

85 178

27 349

25 261

50 314

63 257

62 005

13 988

24 635

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Rata fis-siegħa - EUR

36,10

31,86

10,66

10,66

47,19

18,59

40,56

10,98

15,11

11,20

20,55

13,81

36,10

 

Rata ta’ kuljum - EUR  (*1)

289

255

85

85

378

149

324

88

121

90

164

110

289

 

Rata ta’ kull xahar - EUR  (*2)

5 776

5 097

1 705

1 705

7 551

2 975

6 489

1 757

2 418

1 792

3 288

2 209

5 776

 

Rata annwali - EUR  (*3)

69 312

61 170

20 459

20 459

90 606

35 700

77 871

21 086

29 019

21 503

39 458

26 514

69 312

 


Tabella 7

Kostijiet unitarji għas-servizzi ta’ kura matul il-jum ibbażati fil-komunità — il-livelli tal-prezzijiet tal-2021

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

HR

Rata fis-siegħa - EUR

28,78

26,59

5,05

10,48

11,61

27,10

34,34

11,02

10,18

20,28

25,50

24,99

5,64

9,93

Rata ta’ kuljum - EUR  (*4)

230

213

40

84

93

217

275

88

81

162

204

200

45

79

Rata ta’ kull xahar - EUR  (*5)

4 605

4 255

808

1 676

1 858

4 336

5 494

1 764

1 629

3 245

4 080

3 999

902

1 589

Rata annwali - EUR  (*6)

55 260

51 059

9 695

20 117

22 298

52 029

65 925

21 167

19 551

38 941

48 959

47 989

10 826

19 066

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Rata fis-siegħa - EUR

27,94

24,66

8,25

8,25

36,52

14,39

31,39

8,50

11,70

8,67

15,91

10,69

27,94

 

Rata ta’ kuljum - EUR  (*4)

224

197

66

66

292

115

251

68

94

69

127

86

224

 

Rata ta’ kull xahar - EUR  (*5)

4 470

3 945

1 320

1 320

5 844

2 303

5 022

1 360

1 872

1 387

2 545

1 710

4 470

 

Rata annwali - EUR  (*6)

53 645

47 343

15 835

15 835

70 126

27 630

60 269

16 320

22 460

16 643

30 539

20 521

53 645

 

7.   FINANZJAMENT MHUX MARBUT MAL-KOSTIJIET GĦALL-OPERAZZJONIJIET LI JIPPROVDU SERVIZZI GĦALL-VITTMI TA’ VJOLENZA DOMESTIKA (U ULIEDHOM) U GĦALL-PERSUNI MINGĦAJR DAR

7.1.   Tipi ta’ operazzjonijiet

L-operazzjonijiet koperti mis-soluzzjoni tal-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’dan il-modulu ta’ servizzi jinkludu servizzi għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u għall-persuni li jesperjenzaw il-kondizzjoni ta’ persuna mingħajr dar għal żmien qasir jew fit-tul ipprovduti bħala pakkett ta’ servizzi ta’:

Servizzi residenzjali, bħal akkomodazzjoni ta’ emerġenza għall-parteċipant; u

Servizzi mhux residenzjali, bħal konsulenza u intervent permezz ta’ ħidma soċjali mal-parteċipant.

7.2.   Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati jew tar-riżultati li għandhom jinkisbu bi skeda ta’ żmien

Ir-rilaxx tal-fondi huwa marbut mal-issodisfar tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Il-forniment ivverifikat ta’ servizzi residenzjali u/jew mhux residenzjali għal koorti ta’ daqs fiss definit minn qabel ta’ parteċipanti, li għandu jiġi stabbilit b’mod ċar minn kull Stat Membru fis-sejħa għall-operazzjonijiet.

Il-fondi rilaxxati jinkludu wkoll pagamenti għall-kisba tal-eżiti li ġejjin:

2.

Persuni mingħajr dar u vittmi ta’ vjolenza domestika u uliedhom li jiċċaqilqu minn akkomodazzjoni ta’ emerġenza jew temporanja għal akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kirjiet fit-tul (9).

7.3.   Definizzjoni tal-indikatur

a)    l-iskattar tal-pagament tal-kost unitarju għall-forniment tas-servizzi

Isem l-indikatur: Il-forniment ta’ siegħa/jum/xahar tas-servizzi eliġibbli għal koorti ta’ daqs fiss ta’ parteċipanti, definit minn qabel mill-awtorità maniġerjali.

Unità ta’ kejl għall-indikatur: L-għadd ta’ sigħat/jiem/xhur ta’ servizz li jitqattgħu fil-forniment ta’ servizzi eliġibbli għal koorti ta’ daqs fiss ta’ parteċipanti, definit minn qabel mill-awtorità maniġerjali.

b)    l-iskattar tar-rimborż ta’ eżiti ta’ suċċess

Isem l-indikatur:

1.

Bidla pożittiva fl-istatus tal-akkomodazzjoni minn parteċipant li jirċievi servizzi eliġibbli (10).

2.

Eżitu sostnut fl-akkomodazzjoni minn parteċipant li jirċievi servizzi eliġibbli.

Unità ta’ kejl għall-indikatur:

1.

L-għadd ta’ persuni mingħajr dar u vittmi ta’ vjolenza domestika li jiċċaqilqu f’akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kirja fit-tul.

2.

L-għadd ta’ persuni mingħajr dar u vittmi ta’ vjolenza domestika li, wara li marru b’suċċess f’akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kiri fit-tul, sostnew dan l-eżitu għal durata fissa.

1.    Riżultati intermedji li jiskattaw ir-rimborż ta’ eżiti sostnuti fl-akkomodazzjoni (b)  (11)

1.

L-għadd ta’ entrati miksuba għal akkomodazzjoni permanenti.

2.

L-għadd ta’ movimenti sostnuti lejn akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kirja fit-tul għal 3 xhur wara d-dħul.

3.

L-għadd ta’ movimenti sostnuti lejn akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kirja fit-tul għal 6 xhur wara d-dħul.

4.

L-għadd ta’ movimenti sostnuti lejn akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kirja fit-tul għal 12-il xahar wara d-dħul.

5.

L-għadd ta’ movimenti sostnuti lejn akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kirja fit-tul għal 18-il xahar wara d-dħul.

Il-valuri ddefiniti fit-Tabella 8 u fit-Tabella 9 ikopru l-kostijiet eliġibbli kollha tal-operazzjoni.

Id-dokumenti meħtieġa biex jiġġustifikaw li jkunu saru l-attivitajiet rilevanti, u li l-eżiti ddikjarati kollha huma dawk meħtieġa f’konformità mal-prattiki u l-proċeduri normali ta’ kull Stat Membru. L-awtoritajiet maniġerjali jeħtieġ li jiddefinixxu b’mod ċar ir-rekord tal-awditjar.

Eżempji ta’ dokumenti ta’ ġustifikazzjoni meħtieġa:

 

Għal servizzi pprovduti lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u uliedhom:

Ittra minn avukat għall-vjolenza domestika, minn aġenzija tas-servizzi soċjali, minn fornitur ta’ akkomodazzjoni ta’ emerġenza jew minn fornitur ta’ assistenza medika fuq letterhead, jew dokumentazzjoni oħra ta’ sostenn, bħal rapport tal-pulizija, ordni ta’ trażżin jew dokumenti simili, rapport mediku ta’ korrimenti biex jiġġustifika l-eliġibbiltà tal-parteċipant.

Fajl tal-parteċipant individwali li jkun fih id-data tad-dħul fl-operazzjoni, l-isem tal-ħaddiem soċjali/konsulent (jew persunal simili) fl-akkomodazzjoni ta’ emerġenza, id-dettalji tas-servizzi pprovduti, iffirmat mill-parteċipant u ffirmat b’mod konġunt mill-membru tal-persunal responsabbli.

 

Għas-servizzi pprovduti lil persuni mingħajr dar:

Ittra jew forma oħra ta’ dokumentazzjoni (bħal ordni ta’ żgumbrament tal-qorti, ittra mid-dipartiment lokali kontra n-nirien jew tal-pulizija, minn kumpanija tal-assigurazzjoni, mill-ex sid il-kera) iffirmata minn ħaddiem ta’ sensibilizzazzjoni jew minn ħaddiem ta’ servizz minn organizzazzjoni li tista’ tivverifika li l-persuna inkwistjoni hija, fil-fatt, mingħajr dar, jew dikjarazzjoni bil-miktub imħejjija mill-parteċipant dwar il-post tal-għajxien preċedenti tal-parteċipant (jekk ma tkunx tista’ ssir verifika minn ħaddiem ta’ sensibilizzazzjoni jew ħaddiem ta’ servizz).

Fajl tal-parteċipant individwali li jkun fih id-data tad-dħul fl-operazzjoni, l-isem tal-ħaddiem soċjali/konsulent (jew persunal simili) fl-akkomodazzjoni ta’ emerġenza, id-dettalji tas-servizzi pprovduti, iffirmat mill-parteċipant u ffirmat b’mod konġunt mill-membru tal-persunal responsabbli.

 

Għall-pagamenti bbażati fuq ir-riżultati pprovduti lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u/jew lil persuni mingħajr dar:

Kopja tal-ftehimiet ta’ kiri tal-akkomodazzjoni permanenti inkluża indikazzjoni ċara tad-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-kuntratt ta’ kiri imsemmi (li għandhom jiġu ffirmati mill-parteċipant u ffirmati b’mod konġunt mill-aġenzija tal-akkomodazzjoni jew ekwivalenti).

Jekk l-awtorità maniġerjali jew il-korp intermedju inkarigat mill-implimentazzjoni ta’ programm japplika dawn il-kostijiet unitarji biex tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm għal operazzjoni waħda li taqa’ taħt dan ir-Regolament, dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu l-ammont li l-Kummissjoni tirrimborża għal kwalunkwe operazzjoni li tipprovdi appoġġ għal servizzi għall-vittmi ta’ vjolenza domestika (u uliedhom) u għal persuni mingħajr dar taħt l-istess programm għall-istess tip ta’ benefiċjarju. Programmi oħra ġestiti minn korpi intermedjarji jew awtoritajiet maniġerjali differenti mhumiex ikkonċernati minn din ir-restrizzjoni.

7.4.   Metodu ta’ aġġustament

L-ammonti kkalkolati għall-forniment tas-servizzi (Tabella 8) jistgħu jiġu aġġustati kull sena abbażi tal-kostijiet lavorattivi tal-Eurostat u l-inflazzjoni tal-HICP fuq is-servizzi u l-kostijiet tal-akkomodazzjoni. Il-valuri aġġustati bl-indiċi tas-sena N se japplikaw għall-operazzjonijiet kollha kkonċernati mill-1 ta’ Jannar tas-sena N+1.

Il-formula għall-aġġustament: Il-valur unitarju għall-Istat Membru X * Indiċi kombinat tal-LCI u tal-HICP għall-Istat Membru X

L-ammonti kkalkolati għall-pagamenti bbażati fuq l-eżitu (Tabella 9) jistgħu jiġu aġġustati kull sena, abbażi tal-inflazzjoni tal-HICP fuq il-kostijiet tas-servizzi u tal-akkomodazzjoni. Il-valuri aġġustati bl-indiċi tas-sena N se japplikaw għall-operazzjonijiet kollha kkonċernati mill-1 ta’ Jannar tas-sena N+1

Il-formula għall-aġġustament: Il-valur unitarju għall-Istat Membru X * Indiċi HICP għall-Istat Membru X

Tabella 8

Valuri unitarji għall-forniment tas-servizzi fil-modulu “Kriżijiet u emerġenzi”  (12) — livelli tal-prezzijiet tal-2021

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

HR

Rata fis-siegħa - EUR

57,90

55,81

24,96

43,47

38,59

56,73

62,22

37,45

37,75

44,62

56,31

52,80

31,66

31,17

Rata ta’ kuljum - EUR  (*7)

463

447

200

348

309

454

498

300

302

357

450

422

253

249

Rata ta’ kull xahar - EUR  (*8)

9 264

8 930

3 994

6 955

6 175

9 077

9 955

5 991

6 040

7 139

9 010

8 447

5 065

4 988

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Rata fis-siegħa - EUR

64,66

48,27

33,65

37,07

85,48

41,87

57,77

32,83

39,99

29,52

40,27

35,84

58,60

 

Rata ta’ kuljum - EUR  (*7)

517

386

269

297

684

335

462

263

320

236

322

287

469

 

Rata ta’ kull xahar - EUR  (*8)

10 346

7 722

5 384

5 931

13 676

6 699

9 244

5 253

6 398

4 723

6 443

5 735

9 376

 


Tabella 9

Finanzjament tal-eżitu permezz ta’ somom fissi f’daqqa għall-modulu tas-servizz “Kriżijiet u emerġenzi”  (13) – livelli tal-prezzijiet tal-2021

 

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

HR

Dħul fl-akkomodazzjoni – EUR (a)

611

589

263

458

407

598

656

395

398

470

594

557

334

329

Akkomodazzjoni sostnuta għal 3 xhur, 6 xhur, 12-il xahar, 18-il xahar – EUR (b)

1 832

1 766

790

1 375

1 221

1 795

1 968

1 185

1 194

1 411

1 781

1 670

1 001

986

 

IE

IT

LV

LT

LU

MT

NL

PL

PT

RO

SI

SK

SE

 

Dħul fl-akkomodazzjoni – EUR (a)

682

509

355

391

901

441

609

346

422

311

425

378

618

 

Akkomodazzjoni sostnuta għal 3 xhur, 6 xhur, 12-il xahar, 18-il xahar – EUR (b)

2 045

1 527

1 065

1 173

2 704

1 324

1 828

1 039

1 265

934

1 274

1 134

1 854

 


(1)  Sabiex jiġi ddefinit l-istatus taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tar-refuġjati, japplikaw id-definizzjonijiet ta’ hawn taħt

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“refuġjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikata li jiġi ppersegwitat għal raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew, minħabba din il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’din il-biża’, ma tixtieqx tirritorna fih, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha.

“pajjiż ta’ oriġini” tfisser il-pajjiż jew il-pajjiżi tan-nazzjonalità jew, għal persuni mingħajr stat, tar-residenza abitwali preċedenti.

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna, inkluża persuna mingħajr Stat jew persuna b’ċittadinanza mhux determinata, li mhix ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) tat-TFUE.

(2)  LC — Indiċi tal-kost lavorattiv skont l-attività tan-NACE Rev. 2 — valur nominali, data annwali [lc_lci_r2_a] NACE Rev. 2 (attività = P. Edukazzjoni)

(3)  Sabiex jiġi ddefinit l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ refuġjati, japplikaw id-definizzjonijiet ta’ hawn taħt

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“refuġjat” tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikata li jiġi ppersegwitat għal raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew, minħabba din il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’din il-biża’, ma tixtieqx tirritorna fih, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;

“pajjiż ta’ oriġini” tfisser il-pajjiż jew pajjiżi tan-nazzjonalità jew, għal persuni mingħajr stat, ta’ residenza abitwali preċedenti.

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna, inkluża persuna mingħajr Stat jew persuna b’ċittadinanza mhux determinata, li mhix ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) tat-TFUE;

(4)  LC — Indiċi tal-kost lavorattiv skont l-attività tan-NACE Rev. 2 — valur nominali, data annwali [lc_lci_r2_a] NACE Rev. 2 (attività = P. Edukazzjoni)

(5)  Sabiex jiġi ddefinit l-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiżi terzi u ta’ refuġjat, japplikaw id-definizzjonijiet ta’ hawn taħt f’konformità mad-definizzjonijiet nazzjonali speċifiċi

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“refuġjat” tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikata li jiġi ppersegwitat għal raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew, minħabba din il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’din il-biża’, ma tixtieqx tirritorna fih, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;

“pajjiż ta’ oriġini” tfisser il-pajjiż jew pajjiżi tan-nazzjonalità jew, għal persuni mingħajr Stat, tar-residenza abitwali preċedenti.

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna, inkluża persuna mingħajr Stat jew persuna b’ċittadinanza mhux determinata, li mhix ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) tat-TFUE;

(6)  LC — Indiċi tal-kost lavorattiv skont l-attività tan-NACE Rev. 2 — valur nominali, data annwali [lc_lci_r2_a] NACE Rev. 2 (attività = P. Edukazzjoni)

(7)  Sabiex jiġi ddefinit l-istatus ta’ ċittadin ta’ pajjiżi terzi u ta’ refuġjat, japplikaw id-definizzjonijiet ta’ hawn taħt

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“refuġjat” tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikata li jiġi ppersegwitat għal raġunijiet ta’ razziżmu, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta’ nazzjonalità u ma jistax, jew, minħabba din il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’din il-biża’, ma tixtieqx tirritorna fih, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;

“pajjiż ta’ oriġini” tfisser il-pajjiż jew il-pajjiżi tan-nazzjonalità jew, għal persuni mingħajr stat, tar-residenza abitwali preċedenti.

EUR-Lex - 32011L0095 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna, inkluża persuna mingħajr Stat jew persuna b’ċittadinanza mhux determinata, li mhix ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) tat-TFUE;

(8)  Għal aktar dettalji ara l-istudju bl-isem “Simplified cost options and Financing not linked to costs in the area of social inclusion and youth” għal aktar dettalji: Il-Katalgu tal-pubblikazzjonijiet - Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni - Kummissjoni Ewropea (europa.eu)

(*1)  Abbażi ta’ 8 sigħat ta’ kuntatt

(*2)  Abbażi ta’ 160 siegħa ta’ kuntatt

(*3)  Abbażi ta’ 1 720 siegħa ta’ kuntatt

(*4)  Abbażi ta’ 8 sigħat ta’ kuntatt

(*5)  Abbażi ta’ 160 siegħa ta’ kuntatt

(*6)  Abbażi ta’ 1 720 siegħa ta’ kuntatt

(9)  Fit-tul huwa ddefinit bħala sena u aktar (skont l-ETHOS – Tipoloġija Ewropea tal-Persuni Mingħajr Dar u l-Esklużjoni minn Akkomodazzjoni)

(10)  Bidla pożittiva fl-istatus tal-akkomodazzjoni tfisser bidla minn akkomodazzjoni ta’ emerġenza/temporanja għal akkomodazzjoni konvenzjonali ta’ kwalità adegwata fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza u adattata għall-istruttura speċifika tal-familja b’kirjiet fit-tul

(11)  Dawn ir-riżultati huma stadji importanti kumulattivi u l-kost unitarju relatat tagħhom jista’ jiġi mitlub għal kull stadju (jiġifieri 3 xhur, 6 xhur, 12-il xahar, 18-il xahar), ladarba jinkiseb.

(*7)  Abbażi ta’ 8 sigħat ta’ servizz

(*8)  Abbażi ta’ 160 siegħa ta’ servizz

(12)  Dawn huma ammonti fissi għall-forniment ġenerali tas-servizz lil koorti ta’ daqs fiss ta’ parteċipanti. Dawn mhumiex ammonti għal kull parteċipant individwali.

(13)  L-ammonti jiġu żborżati għal kull parteċipant individwali li jikseb l-eżitu b’suċċess