1.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 216/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1674
tad-19 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/630 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti spreads li jiddelku u preparati biex isiru xarbiet li fihom il-kawkaw, ċertu ikel ippreparat miksub miċ-ċereali jew mill-prodotti taċ-ċereali, ċertu ikel ippreparat miksub mir-ross u minn ċereali oħra, ċerti ċipps u krisps, u ċerti zlazi u kondimenti fil-lista tal-prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(d) u (h), u l-Artikolu 77(1)(k) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 (2) jistabbilixxi l-lista tal-prodotti komposti bi skadenza twila b’riskju baxx li huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (3) stabbilixxa ċerti rekwiżiti għall-kunsinni tal-prodotti komposti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom. Il-prodotti komposti bi skadenza twila eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera kellhom jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 (4) ħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2019/625 mill-15 ta’ Diċembru 2022. Peress li r-Regolament Delegat (UE) 2021/630 jirreferi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/625, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li r-referenza għall-Artikolu 12(2) imħassar tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 fir-Regolament Delegat (UE) 2021/630 tiġi sostitwita b’referenza għall-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292, li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-prodotti komposti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom. |
(3) |
Peress li l-prodotti komposti bi skadenza twila bil-kodiċijiet NM 1806 90 60, 1806 90 70, 1904 10, 1904 20, 1904 90, 1905 90, 2005 20 20 u 2103 fil-forma ta’ ċerti spreads li jiddelku u preparati biex isiru xarbiet li fihom il-kawkaw, ċertu ikel ippreparat miksub miċ-ċereali, prodotti taċ-ċereali, ċertu ikel ippreparat miksub mir-ross, ċerti ċipps u krisps, u l-miso li fih l-istokk tas-soppa tal-ħut u zalza tas-sojja li fiha l-istokk tas-soppa tal-ħut jippreżentaw riskju baxx għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, jenħtieġ li dawn il-prodotti jiġu eżentati wkoll mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Il-crackers jitqiesu bħala tip ta’ gallettini u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu eżentati wkoll mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 (5) jistabbilixxi l-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
(5) |
Peress li bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament ċerti prodotti komposti bi skadenza twila b’riskju baxx li ma fihomx laħam huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/630, jenħtieġ li dawk il-prodotti komposti jissemmew ukoll fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 bħala eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Minħabba li l-emendi tal-aħħar huma konsegwenza diretta tal-emendi tal-ewwel, huwa xieraq li dawn l-emendi jsiru f’att wieħed. |
(6) |
Il-lista tal-prodotti eżentati fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 tirreferi għall-istess oġġetti li jinsabu fil-lista tal-prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2021/630. Peress li bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament ċerti prodotti komposti bi skadenza twila b’riskju baxx li ma fihomx laħam jiżdiedu fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2021/630, huwa meħtieġ li jiġi emendat ukoll il-punt 7 tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 u jiġu allinjati l-listi tal-prodotti komposti eżentati fiż-żewġ Regolamenti Delegati. Peress li ż-żewġ listi huma marbuta b’mod sostantiv u huma intiżi li jiġu applikati flimkien, huwa xieraq li l-emendi għal dawk il-listi jsiru f’att wieħed. |
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2122 u (UE) 2021/630 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/630 huwa emendat kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1).”;" |
2. |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2122 huwa emendat kif ġej:
1. |
fl-Anness I, il-Parti 2 hija sostitwita b’dan li ġej: “ PARTI 2 Lista ta’ oġġetti li mhumiex eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri kif previst fl-Artikolu 7(c)
|
2. |
fl-Anness III, il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Il-prodotti li ġejjin huma eżentati mir-regoli stabbiliti fil-punti 1 sa 6 dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630:
Il-prodotti komposti li fil-kompożizzjoni tagħhom bħala prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom biss enżimi, aromatizzanti, addittivi jew vitamina D3 huma eżentati mir-regoli stabbiliti fil-punti 1 sa 6 dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/630.”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 17).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 45).
((*)) L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
((**)) F’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 17).
((***)) F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/630.
((****)) L-intestatura 2006 tgħid hekk: ‘ħaxix, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn tal-pjanti, ippreservati biz-zokkor (imqattra, glacé jew mgħasslin)’.
((*****)) F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/630.
((******)) F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/630.
((*******)) F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/630.”;
ANNESS
“ANNESS
Lista tal-prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (Artikolu 3)
Din il-lista tistabbilixxi l-prodotti komposti, f’konformità man-Nomenklatura Magħquda (NM) li tintuża fl-Unjoni li ma għandhomx għalfejn jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Noti li jirrigwardaw it-tabella:
Kolonna (1) – kodiċi NM Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (‘Sistema Armonizzata (SA)’) imfassla mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (1). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tas-SA sa sitt ċifri. Is-seba’ u t-tmien ċifri għandhom jidentifikaw aktar subintestaturi tan-NM. Meta jintuża kodiċi b’erba’, b’sitta jew bi tmien ċifri mhux immarkati b’‘ex’ u sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti komposti kollha prefissi b’dawn l-erba’, sitta jew tmien ċifri, jew koperti minnhom, mhumiex meħtieġa jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Meta ċerti prodotti komposti speċifikati biss li jaqgħu taħt wieħed mill-kodiċi ta’ erba’, sitta jew tmien ċifri jkun fihom prodotti tal-annimali u fin-NM ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi, il-kodiċi jiġi mmarkat ‘ex’. Pereżempju, fir-rigward ta’ ‘ ex 2001 90 65 ’, il-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mhumiex meħtieġa għall-prodotti elenkati fil-kolonna (2). |
Kolonna (2) — Spjegazzjonijiet Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti komposti koperti bl-eżenzjoni mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
|
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).