|
22.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1647
tal-21 ta’ Awwissu 2023
li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Miżuri antisussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija (“CFP”) li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) oriġinarjament ġew imposti fl-2011 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 425/2011 (2) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri oriġinali tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(2) |
Il-miżuri oriġinali ħadu l-forma ta’ rata ta’ dazju ad valorem li tvarja minn 4 % sa 12 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi speċifikati b’mod individwali, b’rata residwa ta’ 12 % għall-pajjiż kollu. |
|
(3) |
Wara investigazzjoni anti-dumping, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011 (3), il-Kunsill impona wkoll dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ. |
|
(4) |
Fl-4 ta’ Lulju 2017, wara rieżami ta’ skadenza (“ir-rieżami ta’ skadenza”) f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 (“ir-Regolament bażiku”), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri kif stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali għal ħames snin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187 (4) (“ir-Regolament dwar ir-rieżami ta’ skadenza”). |
|
(5) |
Id-dazji kumpensatorji li hemm fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 4 % sa 12 %. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(6) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti (5) tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(7) |
It-talba tressqet fil-31 ta’ Marzu 2022 minn ħames produtturi tal-Unjoni (Arctic Paper Grycksbo AB, Burgo Group SpA, Fedrigoni SpA, Lecta Group u Sappi Europe SA), imsejħa flimkien bħala “ir-rikorrenti”, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerta karta fina miksija. |
|
(8) |
It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza tas-sussidju u f’rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(9) |
Wara li ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fit-30 ta’ Ġunju 2022 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza tal-miżuri fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika ta’ Bidu”). Fid-dawl tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha għad-dispożizzjoni tagħha u li abbażi tagħha nbdiet l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jista’ jinstab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(10) |
Qabel il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza, u f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) li hija kienet irċeviet talba ddokumentata kif xieraq għal rieżami u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tat-talba għal rieżami u tintlaħaq soluzzjoni maqbula b’mod reċiproku. Madankollu, ma waslet l-ebda tweġiba mill-GTĊ. |
1.4. Investigazzjoni ta’ rieżami anti-dumping separata
|
(11) |
Permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Ġunju 2022 (7), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 (8) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-RPĊ. |
1.5. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(12) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”). |
1.6. Partijiet interessati
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-industrija tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(14) |
B’mod parallel, mal-bidu, il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi, għall-importaturi mhux relatati, għall-utenti u għall-produtturi tal-Unjoni disponibbli online. Hija bagħtet ukoll il-kwestjonarju dwar il-makrodata lill-ilmentaturi. Il-kwestjonarji saru disponibbli wkoll għall-importaturi mhux relatati u għall-utenti fuq l-istess sit web tad-DĠ Kummerċ (9). |
|
(15) |
Il-partijiet kollha ġew mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn sal-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta’ Bidu. Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.7. Kampjunar
1.7.1. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(16) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tieħu kampjun tal-produtturi esportaturi f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
|
(17) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. L-ebda produttur esportatur ma ppreżenta ruħu. |
|
(18) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Madankollu, ma ngħatat l-ebda tweġiba. |
|
(19) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija kienet beħsiebha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku meta teżamina l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tas-sussidjar. L-awtoritajiet tar-RPĊ ma rrispondewx. |
1.7.2. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(20) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2021. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 41 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u 37 % tal-bejgħ stmat tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun provviżorju u għalhekk il-kampjun provviżorju ġie kkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.7.3. Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(21) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Madankollu, l-ebda importatur ma kkoopera mal-Kummissjoni u pprovda l-informazzjoni mitluba. |
1.8. Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika
|
(22) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Fil-jum tal-bidu, l-istess kwestjonarji saru disponibbli online fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (10). Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lir-rikorrenti dwar id-data makroekonomika. Il-kwestjonarji saru disponibbli wkoll għall-importaturi mhux relatati u għall-utenti fuq l-istess sit web tad-DĠ Kummerċ (11). |
|
(24) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Barra minn hekk, ir-rikorrenti pprovdew lill-Kummissjoni b’data makroekonomika. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand l-importaturi mhux relatati. L-ebda wieħed mill-utenti ma pprovda tweġibiet għall-kwestjonarju jew ippreżenta ruħu matul l-investigazzjoni. |
|
(25) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tas-sussidjar u tad-dannu u tal-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji tal-Unjoni li ġejjin:
|
1.9. Divulgazzjoni
|
(26) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazji kumpensatorji. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar dik id-divulgazzjoni. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(27) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri ċerta karta fina miksija (“CFP”) li hija karta jew kartun miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat (minbarra karta tat-tip kraft jew kartun tat-tip kraft), f’folji jew f’rombli, u b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u b’luminożità ta’ aktar minn 84 (imkejla skont l-ISO 2470-1). |
|
(28) |
Il-prodott taħt rieżami ma jinkludix:
|
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(29) |
Il-prodott ikkonċernat mill-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 00, ex 4810 14 00, ex 4810 19 00, ex 4810 22 00, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10 u ex 4810 99 80 (kodiċijiet TARIC 4810130020, 4810140020, 4810190020, 4810220020, 4810293020, 4810298020, 4810991020 u 4810998020). |
2.3. Prodott simili
|
(30) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(31) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAS-SUSSIDJAR
|
(32) |
F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u kif iddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tad-dazji eżistenti hijiex probabbli li twassal għal kontinwazzjoni tas-sussidjar. |
3.1. Nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-użu tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku
|
(33) |
Fid-29 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Il-GTĊ ġie mitlub ukoll jibgħat kwestjonarju għall-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li l-GTĊ kien jaf li pprovdew self lill-industrija kkonċernata jew lil produtturi, distributuri u fornituri oħra li jipprovdu inputs għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba la mill-GTĊ u mill-ebda istituzzjoni finanzjarja li lilha l-GTĊ intalab jibgħat kwestjonarju. |
|
(34) |
Barra minn hekk, l-ebda produttur Ċiniż tas-CFP ma kkoopera mal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni. |
|
(35) |
Permezz ta’ Note Verbale tat-18 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, qieset l-użu tal-fatti disponibbli bħala meħtieġ sabiex teżamina l-kontinwazzjoni tal-prattiki ta’ sussidju tar-RPĊ fl-industrija tal-karta b’mod ġenerali u tal-karta fina miksija b’mod partikolari. |
|
(36) |
Dwar l-użu tal-fatti disponibbli, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku huwa simili għall-Artikolu 12.7 tal-Ftehim SCM (12). Il-Korp tal-Appell fakkar li l-Artikolu 12.7 tal-Ftehim SCM jippermetti l-użu ta’ fatti rreġistrati għall-iskop biss ta’ sostituzzjoni tal-informazzjoni li tista’ tkun nieqsa, sabiex jiġi ddeterminat b’mod akkurat is-sussidjar jew id-dannu. Għaldaqstant, il-Korp tal-Appell spjega li “irid ikun hemm konnessjoni bejn l-“informazzjoni meħtieġa” li tkun nieqsa u l-“fatti disponibbli” partikolari li fuqhom tkun ibbażata determinazzjoni skont l-Artikolu 12.7.” Għalhekk, “awtorità investigattiva trid tuża dawk il-“fatti disponibbli” li “jissostitwixxu b’mod raġonevoli l-informazzjoni li parti interessata tkun naqset milli tipprovdi”, bil-għan li tintlaħaq determinazzjoni akkurata.” Il-Korp tal-Appell spjega wkoll li “il-fatti disponibbli” tirreferi għal dawk il-fatti li jkunu fil-pussess tal-awtorità investigattiva u fir-rekord bil-miktub tagħha. Peress li d-determinazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 12.7 għandhom isiru abbażi ta’ “il-fatti disponibbli”, “dawn ma jistgħux isiru abbażi ta’ suppożizzjonijiet jew spekulazzjonijiet mhux fattwali.” Barra minn hekk, fir-raġunament u l-evalwazzjoni ta’ liema fatti disponibbli jistgħu raġonevolment jissostitwixxu l-informazzjoni nieqsa, awtorità investigattiva “trid tqis il-fatti ssostanzjati kollha rreġistrati”. Il-Korp tal-Appell spjega li l-aċċertament tas-“sostituzzjonijiet raġonevoli għall-“informazzjoni meħtieġa” nieqsa jinvolvi proċess ta’ raġunament u evalwazzjoni” min-naħa tal-awtorità investigattiva. Fejn ikun hemm diversi fatti disponibbli għal awtorità investigattiva li jkun jeħtieġ li tagħżel minnhom, “jidher li jsegwi b’mod naturali li l-proċess ta’ raġunament u evalwazzjoni jinvolvi grad ta’ tqabbil” sabiex tintlaħaq determinazzjoni akkurata. L-evalwazzjoni tal-“fatti disponibbli” li tkun meħtieġa, u l-forma li din tista’ tieħu, jiddependu fuq iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ każ speċifiku, inklużi n-natura, il-kwalità u l-ammont ta’ evidenza rreġistrata u d-determinazzjonijiet partikolari li jridu jsiru. In-natura u l-livell tal-ispjegazzjoni u l-analiżi meħtieġa se jvarjaw skont il-ħtieġa minn determinazzjoni għal oħra (13). |
|
(37) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat għall-analiżi tagħha l-fatti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, b’mod partikolari:
|
3.2. Sussidji u programmi ta’ sussidju eżaminati fir-rieżami ta’ skadenza kurrenti
|
(38) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku jekk kienx hemm kontinwazzjoni tas-sussidjar kif ġej. L-ewwel nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk is-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni ta’ skadenza preċedenti komplewx jagħtu benefiċċju lill-industrija tas-CFP fir-RPĊ. It-tieni, il-Kummissjoni analizzat jekk dik l-industrija bbenefikatx minn sussidji li ma kinux ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali jew fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti (“sussidji addizzjonali” jew “sussidji ġodda”), kif allegat fit-talba. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li, fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn taħt li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar fir-rigward tal-biċċa l-kbira tas-sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, kif ukoll l-eżistenza ta’ xi sussidji addizzjonali ġodda, ma kienx hemm bżonn li jiġu investigati s-sussidji kollha li r-rikorrenti allegaw li jeżistu. Fil-fatt, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina jekk hemmx evidenza ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar, irrispettivament mill-ammont tiegħu. |
3.3. Sussidji kkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti
3.3.1. Self preferenzjali
|
(40) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (23), il-Kummissjoni stabbiliet li l-ammont ta’ sussidju ad valorem fir-rigward ta’ din il-miżura kien ta’ 5,37 % għall-APP Group (24) u ta’ 1,26 % għaċ-Chenming Group (25). |
3.3.1.1.
|
(41) |
Fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk is-self preferenzjali jikkostitwixxix parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ, li għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp tal-industrija tal-manifattura tal-karta. |
|
(42) |
L-industrija tal-karta fina miksija li kienet soġġetta għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni tikkostitwixxi parti minn kategorija usa’ tal-industrija tal-karta, imsejħa wkoll l-industrija tal-manifattura tal-karta. Ir-rikorrenti allegaw li l-GTĊ għadu jissussidja l-industrija tal-karta tiegħu u rreferew għal għadd ta’ dokumenti ta’ politika u ppjanar kif ukoll leġiżlazzjoni, li jiffurmaw il-bażi għall-kontinwazzjoni tal-appoġġ mill-Istat għal din l-industrija. |
|
(43) |
Fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ pjanijiet ta’ politika speċifiċi fir-rigward tal-industrija tal-karta. Dawn il-pjanijiet kienu jistipulaw li l-awtoritajiet tal-gvern jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tal-industrija tal-karta u jimplimentaw politiki speċjali (eż., digrieti ta’ implimentazzjoni) biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet ta’ politika. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet ukoll li l-pjanijiet speċifiċi ta’ politika jipprovdu self preferenzjali lill-industrija tal-manifattura tal-karta. |
|
(44) |
Fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li s-suq finanzjarju fir-RPĊ kompla jiġi mgħawweġ bl-interventi tal-GTĊ. Is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali bbażati fuq il-pjanijiet tal-gvern fis-seħħ f’dak iż-żmien huma kkonfermati l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kurrenti. Kemm l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (26) applikabbli matul il-PIR kif ukoll il-11, it-12 u t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin preċedenti baqgħu jindikaw l-industrija tal-karta bħala “Industrija mħeġġa”. |
|
(45) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin (2016-2020) ikkonferma l-kontinwazzjoni tas-sussidjar, peress li individwa l-industrija tal-karta bħala “Industrija mħeġġa”. |
|
(46) |
L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (2021-2025) (27) għandu l-għan li jħaffef it-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi f’industriji ewlenin bħall-industrija kimika u l-manifattura tal-karta, u jtejjeb is-sistema tal-manifattura ekoloġika. |
|
(47) |
Taħt l-Inizjattiva “Made in China 2025”, l-industrija ħafifa Ċiniża, li għaliha tappartjeni l-industrija tal-karta, hija eliġibbli għal appoġġ biex tiffinanzja l-aġġornament teknoloġiku tagħha, l-akkwist ta’ tagħmir modern tal-produzzjoni, u l-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni ekoloġika tagħha. Il-produtturi Ċiniżi tas-CFP bħaċ-Chenming Group jagħmlu referenzi espliċiti fir-rapporti finanzjarji tagħhom (28) għall-implimentazzjoni tal-għanijiet stabbiliti fil-Pjan “Made in China 2025”. |
|
(48) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet, b’referenza għad-“Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat” (29) (“id-Deċiżjoni Nru 40”), li dan l-att huwa ordni mill-Kunsill tal-Istat, jiġifieri l-ogħla organu amministrattiv fir-RPĊ, u jibqa’ legalment vinkolanti fuq korpi pubbliċi u operaturi ekonomiċi oħra. Dan ikklassifika s-setturi industrijali fi Proġetti “Imħeġġa”, “Ristretti” u “Eliminati”. Dan l-Att jirrappreżenta dokument ta’ politika industrijali vinkolanti li juri kif il-GTĊ iżomm politika ta’ appoġġ għal gruppi ta’ intrapriżi jew industriji, bħall-industrija tal-karta, ikklassifikati bħala “Industrija mħeġġa”. Il-Kummissjoni abbażi tat-talba tar-rikorrenti kkonfermat li d-Deċiżjoni Nru 40 kienet għadha fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (30). |
|
(49) |
Fir-rigward tal-għadd ta’ industriji elenkati bħala “Imħeġġa”, b’kollox hemm 26, li jirrappreżentaw biss porzjon tal-ekonomija Ċiniża. Barra minn hekk, ċerti attivitajiet biss f’dawn is-26 settur huma mogħtija status ta’ “Imħeġġa”. L-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 40 jistipula wkoll li l-“Proġetti ta’ investiment imħeġġa” għandhom jibbenefikaw minn privileġġi u inċentivi speċifiċi (appoġġ finanzjarju, eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni, eżenzjoni mill-VAT u eżenzjoni mit-taxxa). B’referenza għall-Proġetti “Ristretti” u “Eliminati”, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet tal-Istat li jintervjenu direttament biex jirregolaw is-suq. Fil-fatt, l-Artikoli 18 u 19 jirrikjedu li l-awtorità rilevanti twaqqaf lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jipprovdu self u tordna wkoll lid-dipartiment amministrattiv tal-prezzijiet tal-Istat biex jgħolli l-prezz tal-elettriku u jordna lill-kumpaniji tal-provvista tal-elettriku biex ma jibqgħux ifornu l-elettriku lil Proġetti “Ristretti” u “Eliminati”. Minn dan ta’ hawn fuq huwa ovvju li d-Deċiżjoni Nru 40 tipprovdi regoli u istruzzjonijiet vinkolanti lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet ekonomiċi kollha fil-forma ta’ direttivi dwar il-promozzjoni u l-appoġġ tal-industriji Mħeġġa, li waħda minnhom hija l-industrija tal-manifattura tal-karta (31). |
|
(50) |
Fl-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet li għadd ta’ dokumenti ta’ politika jindikaw l-industrija tal-karta b’mod espliċitu bħala industrija “Imħeġġa”. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Karta. Dan il-pjan huwa implimentat mill-14-il Programm ta’ Ħames Snin għall-Innovazzjoni tat-Teknoloġija Industrijali maħruġ mill-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni. Il-Programm jirreferi wkoll għall-promozzjoni tar-“ristrutturar industrjali u l-aġġornament (…) tal-industrija tal-karta u l-industriji relatati tagħha”. Bl-istess mod, id-Deċiżjoni Nru 40 imsemmija hawn fuq tindika appoġġ għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-industrija tal-karta. Għalhekk, aktar milli dikjarazzjonijiet ġenerali ta’ tħeġġiġ, dawn il-pjanijiet ta’ politika jidderiġu lill-entitajiet biex jikkonformaw mal-objettiv ta’ ordni pubbliku li jiġi sostnut l-iżvilupp tal-industrija tal-karta fina miksija. |
|
(51) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar is-Servizzi Bankarji Kummerċjali [2015], li tapplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jiddikjara li “il-banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju tas-self tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat.” (32) Dan jindika li d-deċiżjonijiet jittieħdu mill-banek kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra skont id-direttivi tal-gvern u l-objettivi pubbliċi. |
|
(52) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret fis-sejbiet tagħha fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti dwar ir-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”). L-NDRC hija aġenzija tal-Kunsill tal-Istat li tikkoordina l-politika makroekonomika u timmaniġġja l-investimenti tal-Gvern. Il-Kunsill tal-Istat, l-ogħla organu amministrattiv tal-gvern, ħareġ, inter alia, il-Pjan tal-2007 dwar il-Manifattura tal-Karta, li għandu jiġi segwit mill-NDRC. L-investigazzjoni oriġinali stabbiliet ukoll li l-NDRC tiġbor, fuq bażi permanenti, informazzjoni dettaljata mingħand il-kumpaniji. L-eżistenza ta’ mekkaniżmu sistematiku biex tinġabar data relatata mal-kumpaniji biex tintuża fil-pjanijiet u fil-proġetti tal-gvern turi li dawn il-pjanijiet u l-proġetti huma kkunsidrati bħala element importanti tal-politika industrijali tal-Istat. |
|
(53) |
Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li d-deċiżjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-industrija tal-karta (u b’hekk inkluża l-industrija tal-karta fina miksija) ikomplu jqisu l-ħtieġa li jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati tal-pjanijiet ta’ politika rilevanti. |
|
(54) |
B’kont meħud tad-dokumenti elenkati hawn fuq u d-dispożizzjonijiet tagħhom, li dwarhom ma kien hemm l-ebda evidenza jew indikazzjoni li ma għadhomx fis-seħħ, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha mill-investigazzjoni oriġinali u mill-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti li l-industrija tal-karta fina miksija Ċiniża kienet għadha industrija ewlenija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li l-iżvilupp tagħha għadu jiġi segwit u dirett b’mod attiv mill-GTĊ bħala objettiv ta’ politika strateġiku. |
3.3.1.2.
|
(55) |
Fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami (33), il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-finanzjament fiċ-Ċina kien mgħawweġ bl-intervent tal-gvern u li r-rati tal-imgħax mitluba minn banek mhux governattivi u istituzzjonijiet finanzjarji oħra x’aktarx li kienu allinjati mar-rati tal-gvern. L-investigazzjoni ma kixfet l-ebda element li jikkontradixxi s-sejba msemmija hawn fuq, u l-GTĊ lanqas ma pprovda evidenza matul din l-investigazzjoni li din is-sitwazzjoni kienet inbidlet. |
|
(56) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni fit-talba għal rieżami, diversi pjanijiet nazzjonali u reġjonali, ġenerali u speċifiċi għas-settur, iħeġġu lill-awtoritajiet tal-gvern fil-livelli kollha u lill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat biex irawmu l-industrija tal-karta b’mod ġenerali u l-industrija tas-CFP b’mod partikolari. |
|
(57) |
Minbarra l-Liġi dwar is-Servizzi Bankarji Kummerċjali, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self, li huma implimentati mill-People’s Bank of China, jistipula li f’konformità mal-politika tal-Istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħax fuq is-self, bil-għan li jippromwovu t-tkabbir ta’ ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f’xi oqsma (34). |
|
(58) |
L-appoġġ tal-GTĊ għall-industrija tal-karta tiegħu kien, u għadu, iffukat fuq il-finanzjament tat-trasformazzjoni enerġetika tagħha u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali negattiv li jirriżulta mill-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħha. Għalhekk ma hijiex sorpriża li l-produtturi Ċiniżi tas-CFP ibbenefikaw minn self preferenzjali mill-banek Ċiniżi tal-Istat. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli kif imsemmija fil-premessa (37), stabbiliet li l-biċċa l-kbira tal-banek ewlenin baqgħu proprjetà tal-Istat. Il-GTĊ huwa l-azzjonist maġġoritarju fl-akbar erba’ banek fir-RPĊ: l-Industrial and Commercial Bank of China (“ICBC”), il-Bank of China (“BOC”), iċ-China Construction Bank (“CCB”) u l-Agricultural Bank of China (“ABC”). Fl-investigazzjonijiet preċedenti (35), il-GTĊ sostna li kellu anqas minn 50 % tal-ishma fil-Bank of Communications. Madankollu, fl-istess investigazzjonijiet, il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek li ġejjin kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat: Agricultural Bank of China, Bank of Beijing, Bank of China, Bank of Communications, Bank of Jiangsu, Bank of Kunlun, Bank of Nanjing, Bank of Ningbo, Bank of Qingdao, Bank of Shanghai, Bank of Tianjin, Bank of Yantai, CCB, China Bohai Bank, China CITIC Bank, China Construction Bank, China Development Bank, China Everbright Bank, China Guangfa Bank, China Industrial Bank, China Industrial International Trust Limited, China Merchants Bank, China Merchants Bank Financial Leasing Co., Ltd., China Minsheng Bank, Chongqing Rural Commercial Bank, Daye Trust Co., Ltd., Dongying Bank, EverGrowing Bank, Fudian Bank, Guangdong Development Bank, Guosen Securities Co., Hang Fung Bank, Ltd., Hangzhou Bank, Hankou Bank, Hengfeng Bank Co., Ltd., Huaxia Bank, Hubei Bank, Industrial and Commercial Bank of China (ICBC), Minsheng Securities Co.,Ltd., Postal Savings Bank, Qilu Bank, Shanghai Pudong Development Bank, Shanghai Rural Commercial Bank, Shenyang Rural Commercial Bank, Sinotruk Finance Co. Ltd. u Zheshang Bank. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll fuq l-istess bażi li kien hemm evidenza ta’ indikazzjonijiet formali ta’ kontroll mill-gvern fil-banek tal-Istat. Pereżempju, fir-rigward tal-EXIM, il-mandat ta’ ordni pubbliku tiegħu huwa stabbilit fin-“Notifika tat-Twaqqif tal-Export-Import Bank of China” maħruġa mill-Kunsill tal-Istat u fl-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-EXIM. L-Istat, bħala l-azzjonist 100 % tal-EXIM, jikkontrolla l-EXIM billi jinnomina l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri tiegħu. Dawk il-Membri jirrappreżentaw l-interess tal-Istat, inklużi kunsiderazzjonijiet politiċi waqt il-laqgħat tal-EXIM. Ma jeżisti ebda Bord tad-Diretturi. L-Istat jinnomina direttament il-maniġment tal-EXIM (36). Skont is-sit web tiegħu (37), l-EXIM huwa “ddedikat biex jappoġġa l-kummerċ barrani, l-investiment u l-kooperazzjoni ekonomika internazzjonali taċ-Ċina” u “hu impenjat li jsaħħaħ l-appoġġ finanzjarju lis-setturi prinċipali u l-konnessjonijiet dgħajfa fl-ekonomija Ċiniża biex jiżgura żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u b’saħħtu”. |
|
(60) |
Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza matul din l-investigazzjoni li turi li l-kumpaniji jingħataw self skont evalwazzjonijiet xierqa tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni li tikkontradixxi s-sejba preċedenti li l-banek tal-Istat qed jappoġġaw industriji mħeġġa u/jew qed jimplimentaw politiki nazzjonali, kif imsemmi hawn fuq fil-premessi (58) u (59). |
|
(61) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-objettivi speċifiċi ta’ ordni pubbliku, kif previsti fil-qafas legali stabbilit hawn fuq, qed jiġu implimentati minn banek tal-Istat fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet governattivi fir-rigward tal-industrija tal-karta, u b’hekk qed jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
|
(62) |
Fil-qosor, l-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina joperaw f’ambjent legali ġenerali li jidderiġihom biex jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ meta jieħdu d-deċiżjonijiet finanzjarji (38). |
|
(63) |
Barra minn hekk, anki li kieku l-banek tal-Istat ma kellhomx jitqiesu bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni sabet li dawk il-banek kif ukoll il-banek privati jitqiesu wkoll bħala fdati u ordnati mill-GTĊ biex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern (39), skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku fid-dawl tal-qafas normattiv deskritt qabel fil-premessi (51) u (52). Għalhekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tkun attribwita lill-GTĊ. Għall-istess raġunijiet, is-self mogħti minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra lill-kumpaniji fis-settur tal-karta jiġi attribwit lill-GTĊ. |
3.3.1.3.
|
(64) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkolat l-ammont tas-sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(65) |
Fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-karta bbenefikat minn self preferenzjali. Il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont tal-benefiċċju bħala d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija ħallset fuq is-self tal-gvern u l-ammont li l-kumpanija kienet tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq. Imbagħad dan l-ammont ġie allokat għall-fatturat totali tal-produtturi esportaturi li kkoperaw. L-ammont ta’ sussidju ad valorem stabbilit taħt din il-miżura kien ta’ 5,37 % għall-APP Group u ta’ 1,26 % għaċ-Chenming Group. |
|
(66) |
Fl-investigazzjoni kurrenti, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma sabet l-ebda indikazzjoni li ma baqax jingħata s-self preferenzjali lill-produtturi tal-karta fina miksija fir-RPĊ. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-rikorrenti fit-talba tagħhom u fis-sottomissjonijiet sussegwenti pprovdew eżempji ta’ aktar self riċevut mill-produtturi esportaturi inkluż matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, b’mod partikolari:
|
|
(68) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li abbażi tagħha setgħet tistabbilixxi li s-self identifikat mir-rikorrenti kien ġie pprovdut f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi komplew jibbenefikaw minn self preferenzjali. Fil-fatt, l-industrija tal-karta kompliet tiġi identifikata bħala “industrija mħeġġa”. Barra minn hekk, f’investigazzjonijiet reċenti, il-Kummissjoni stabbiliet li s-self preferenzjali għall-industriji mħeġġa kien ġie pprovdut b’rati tal-imgħax ferm anqas minn dawk li kienu jiġu imposti fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet fis-suq finanzjarju, inkluż in-nuqqas ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi (45). |
|
(69) |
Għalhekk, mingħajr il-ħtieġa li jiġi kkwantifikat l-ammont eżatt ta’ sussidjar mogħti permezz ta’ self preferenzjali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ kompla jipprovdi self preferenzjali b’rati tal-imgħax favorevoli f’konformità mal-politika stipulata fi pjanijiet u direttivi speċifiċi li jirreferu għall-industrija tal-karta. It-trasferiment dirett ta’ fondi fil-forma ta’ self preferenzjali kompla jkun disponibbli għall-kumpaniji fl-industrija tal-karta matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.1.4.
|
(70) |
Kif muri fil-premessi (66) sa (69) hawn fuq, diversi dokumenti legali li huma mmirati speċifikament lejn il-kumpaniji fis-settur tal-karta jidderiġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji. Abbażi ta’ dawn id-dokumenti, huwa muri li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss self preferenzjali lil għadd limitat ta’ industriji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ. |
|
(71) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali ma humiex disponibbli b’mod ġenerali iżda huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat evidenza li tissuġġerixxi li s-self preferenzjali hu bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. |
3.3.1.5.
|
(72) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.2. Programmi tat-taxxa fuq l-introjtu
3.3.2.1.
|
(73) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-ammont ta’ sussidju ad valorem fir-rigward ta’ dan is-sussidju kien ta’ 1,22 % għall-APP Group u ta’ 0,58 % għaċ-Chenming Group. |
|
(74) |
Dan is-sussidju jippermetti kumpanija li tapplika b’suċċess għaċ-Ċertifikat ta’ Intrapriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida biex tibbenefika minn rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ 15 %, meta mqabbla mar-rata normali ta’ 25 %. |
3.3.2.1.1. Bażi Ġuridika
|
(75) |
Is-sussidju huwa pprovdut bħala trattament tat-taxxa preferenzjali fl-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ (nru 63 ippromulgata fis-16 ta’ Marzu 2007) (46), li jistipula li “r-rata tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida li jkunu jeħtieġu appoġġ speċjali tal-Istat għandha titnaqqas għal 15 %”. L-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jiċċara li: “ L-intrapriżi importanti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida li għandhom jiġu appoġġati mill-Istat kif imsemmi fil-Klawżola 2 tal-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jirreferu għall-intrapriżi li għandhom drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ewlenin u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Identifikazzjoni tal-Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u taż-Żoni Ewlenin tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida Appoġġati mill-Istat għandhom jiġu fformulati b’mod konġunt mid-dipartimenti tat-teknoloġija, tal-finanzi u tat-tassazzjoni taħt il-Kunsill tal-Istat u jidħlu fis-seħħ wara li jiġu approvati mill-Kunsill tal-Istat ” (47) , (48) . |
3.3.2.1.2. Eliġibbiltà
|
(76) |
L-Artikolu 10 tal-Miżuri Amministrattivi għad-determinazzjoni tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida jelenka l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-kumpaniji biex jibbenefikaw minn din ir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu. Jekk il-kumpanija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 10, din trid tissottometti applikazzjoni lill-awtoritajiet relevanti skont il-proċedura li hemm fl-Artikolu 11 tal-istess Att. |
3.3.2.1.3. Implimentazzjoni prattika
|
(77) |
Kwalunkwe kumpanija li tagħmel il-ħsieb li tapplika għal din ir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu għandha tagħmel applikazzjoni online mal-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija lokali li jagħmel eżami preliminari. Imbagħad, l-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija lokali jagħmel rakkomandazzjoni lid-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija provinċjali. Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ Intrapriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, dan tal-aħħar jista’ jiddeċiedi wkoll li jwettaq investigazzjoni direttament fil-bini tal-applikanti. |
3.3.2.1.4. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali, tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti u tal-investigazzjoni kurrenti.
|
(78) |
Kif instab fl-investigazzjoni oriġinali, ir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu jenħtieġ li titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur, li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Dan is-sussidju jibqa’ speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti, illimitat l-aċċess għal din ir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu għal ċerti intrapriżi u industriji biss ikklassifikati bħala mħeġġa, bħal dawk li jappartjenu għall-industrija tal-karta fina miksija. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni ma kellha l-ebda indikazzjoni jew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika minn din ir-rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni kienu se jintemmu fil-futur qrib. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti (49) fit-talba, kif ukoll l-investigazzjonijiet reċenti (50) u l-informazzjoni pubblikament disponibbli (51), il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn politiki ta’ taxxa preferenzjali għall-kumpaniji li huma rikonoxxuti bħala intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata jew ġdida (u b’hekk inkluża l-industrija tal-karta fina miksija). |
|
(80) |
It-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha evidenza addizzjonali li ċerti produtturi Ċiniżi tas-CFP komplew jibbenefikaw minn bosta eżenzjonijiet u rifużjonijiet tat-taxxa. |
|
(81) |
Fl-2018, fl-2020 u fl-ewwel nofs tal-2021, iċ-Chenming Group irrapporta li rċieva rifużjonijiet tat-taxxa li jammontaw għal madwar RMB 61 miljun, RMB 111-il miljun u RMB 1 miljun, rispettivament (52). |
|
(82) |
Fl-2018, fl-2019, fl-2020 u fl-ewwel nofs tal-2021, iċ-Chenming Group irrapporta taħt it-taqsima “Għotjiet tal-Gvern” rifużjonijiet tat-taxxa li jammontaw għal RMB 20 miljun, RMB 80 miljun, RMB 72 miljun u RMB 9 miljun, rispettivament (53). |
|
(83) |
Il-valur ikkombinat ta’ dawn ir-ribassi / rifużjonijiet tat-taxxa jammonta għal madwar RMB 81 miljun, RMB 192 miljun, RMB 72 miljun u RMB 10 miljun, li jirrappreżentaw 0,28 %, 0,63 %, 0,23 % u 0,06 % tad-dħul tal-kumpanija u 3,32 %, 11,56 %, 4,19 % u 0,51 % tal-profitt nett tagħha għas-snin 2018, 2019, 2020 u l-ewwel nofs tal-2021, rispettivament (54). Bl-istess mod, fl-2020, Gold East Paper (Jiangsu) irrappurtat rifużjonijiet u tnaqqis tat-taxxa li jammontaw għal RMB 68 miljun, li jirrappreżenta 0,73 % tad-dħul tagħha u 2,18 % tal-profitt tagħha għal dik is-sena (55). Konsegwentement, anki jekk kien impossibbli li jiġi ddeterminat abbażi tad-data pubblikament disponibbli taħt liema eżenzjoni jew rifużjoni speċifika tat-taxxa ġew ipprovduti dawk il-benefiċċji, huwa ċar li l-benefiċċji inkwistjoni komplew jiġu pprovduti u kienu sinifikanti. |
|
(84) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li abbażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (78) u l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza kif imsemmi fil-premessi (79) sa (83), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tas-CFP komplew jiġu ssussidjati. |
3.3.2.1.5. Konklużjoni
|
(85) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ politiki ta’ taxxa preferenzjali għall-kumpaniji rikonoxxuti bħala intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata jew ġdida matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.2.2.
|
(86) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont ta’ sussidju ad valorem fir-rigward ta’ dan it-trattament tat-taxxa preferenzali għal 0,02 % għall-APP Group u 0,05 % għaċ-Chenming Group. |
|
(87) |
It-tpaċija tat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp tintitola lill-kumpaniji għal trattament tat-taxxa preferenzjali għall-attivitajiet tagħhom ta’ R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità tat-teknoloġija avvanzata ddeterminati mill-Istat meta jintlaħqu ċerti limiti għall-infiq fuq ir-R&Ż. |
|
(88) |
B’mod aktar speċifiku, l-infiq fuq ir-R&Ż imġarrab għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u tekniki ġodda, li ma jiffurmax assi intanġibbli u li huwa kontabilizzat fil-profitt u t-telf tat-terminu kurrenti, huwa soġġett għal tnaqqis addizzjonali ta’ 75 % wara li tnaqqas b’mod sħiħ fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali. Fejn l-infiq fuq ir-R&Ż imsemmi hawn fuq jifforma assi intanġibbli, dan huwa soġġett għal amortizzament ibbażat fuq 175 % tal-kostijiet tal-assi intanġibbli. Minn Jannar 2021, it-tnaqqis addizzjonali qabel it-taxxa għall-ispejjeż tar-R&Ż żdied għal 100 % (56). |
3.3.2.2.1. Bażi Ġuridika
|
(89) |
It-trattament tat-taxxa preferenzjali huwa previst fl-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ (nru 63 ippromulgata fis-16 ta’ Marzu 2007), fl-Artikolu 95 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ, kif ukoll fl-avviżi li ġejjin:
|
3.3.2.2.2. Eliġibbiltà
|
(90) |
Dan it-trattament tat-taxxa preferenzjali jipprovdi benefiċċju lill-kumpaniji li huma rikonoxxuti li qed iwettqu proġetti ta’ R&Ż. Huma biss il-proġetti ta’ R&Ż ta’ kumpaniji tas-Setturi tat-Teknoloġija Ġdida u Avvanzata li qed Jirċievu Appoġġ Primarju mill-Istat u l-proġetti elenkati fil-Gwida għall-Oqsma Ewlenin tal-Industrijalizzazzjoni tat-Teknoloġija Avvanzata taħt il-Prijorità ta’ Żvilupp kurrenti ppromulgata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma li huma eliġibbli għall-iskema. |
3.3.2.2.3. Implimentazzjoni prattika
|
(91) |
Kwalunkwe kumpanija li jkun beħsiebha tapplika għal dan it-trattament tat-taxxa preferenzjali jeħtieġ li tippreżenta informazzjoni dettaljata dwar il-proġetti ta’ R&Ż lill-Uffiċċju lokali tax-Xjenza u t-Teknoloġija. Wara l-eżami, l-uffiċċju tat-taxxa joħroġ l-avviż tal-approvazzjoni. L-ammont soġġett għat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu jitnaqqas b’50 % tal-ispejjeż effettivi għall-proġetti approvati. |
3.3.2.2.4. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali, tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti u tal-investigazzjoni kurrenti
|
(92) |
Kif instab fl-investigazzjoni oriġinali (58) u fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (59), it-trattament tat-taxxa preferenzjali jenħtieġ li jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur, li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Dan is-sussidju jibqa’ speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi u industriji biss li huma kklassifikati bħala mħeġġa, bħalma huma dawk li jappartjenu għall-industrija tal-karta fina miksija. |
|
(93) |
La l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika minn dan it-trattament tat-taxxa preferenzjali jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni kienu se jintemmu fil-futur qrib. Il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti (60) fit-talba, stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn politiki ta’ taxxa preferenzjali għar-R&Ż matul il-PIR. Fil-fatt, it-trattament tat-taxxa preferenzjali għadu jipprovdi benefiċċju lill-kumpaniji li huma rikonoxxuti formalment bħala Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida. |
|
(94) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li abbażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-PIR. Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet milħuqa fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (92), tal-benefiċċji globali tat-taxxa misjuba mir-rikorrenti msemmija fil-premessi (79) sa (83) u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tas-CFP komplew jiġu ssussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.2.2.5. Konklużjoni
|
(95) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ politiki ta’ taxxa preferenzjali għar-riċerka u l-iżvilupp matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.2.3.
|
(96) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont ta’ sussidju ad valorem fir-rigward ta’ din l-iskema għal 1,34 % għall-APP Group u 0,21 % għaċ-Chenming Group. |
|
(97) |
L-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi tikkonċerna intrapriżi residenti fir-RPĊ li huma azzjonisti f’intrapriżi residenti oħra fir-RPĊ. Tal-ewwel huma intitolati għal eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti dividendi mħallsa minn tal-aħħar. |
3.3.2.3.1. Bażi Ġuridika
|
(98) |
Din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi hija prevista fl-Artikolu 25 u fl-Artikolu 26 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ u spjegata ulterjorment fl-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-RPĊ, id-Digriet Nru 512 tal-Kunsill tal-Istat tar-RPĊ, ippromulgat fis-6 ta’ Diċembru 2007. |
|
(99) |
Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 26(2) tal-Liġi EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi. |
|
(100) |
L-Artikolu 25 tal-EIT, li huwa chapeau għall-Kapitolu IV “Politiki ta’ Taxxa Preferenzjali”, jistipula li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew fi proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għal introjtu minn investimenti ta’ ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli”, li jidher li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss. |
3.3.2.3.2. Eliġibbiltà
|
(101) |
Din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi tipprovdi benefiċċju lill-kumpaniji residenti kollha li huma azzjonisti f’intrapriżi residenti oħra fiċ-Ċina. |
|
(102) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni biss għal intrapriżi residenti kwalifikati li għandhom l-appoġġ ewlieni tal-Istat u li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat. |
3.3.2.3.3. Implimentazzjoni prattika
|
(103) |
Il-kumpaniji jistgħu jagħmlu użu minn din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi direttament permezz tad-dikjarazzjoni tat-taxxa tagħhom. |
3.3.2.3.4. Sejbiet tal-investigazzjoni kurrenti
|
(104) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (61) u fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (62), il-Kummissjoni sabet li din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi jenħtieġ li titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Dan is-sussidju għadu speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema biss għal intrapriżi residenti fir-RPĊ li jirċievu introjtu minn dividendi mingħand intrapriżi residenti oħra fir-RPĊ, għall-kuntrarju ta’ dawk l-intrapriżi li jinvestu f’intrapriżi barranin. |
|
(105) |
Ma kien hemm l-ebda evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika minn din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni kienu se jintemmu fil-futur qrib. Il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti fit-talba (63) kif ukoll tal-investigazzjonijiet reċenti (64), stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija għadha tibbenefika mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi. |
|
(106) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li abbażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-PIR. Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet preċedenti milħuqa fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (104), il-benefiċċji globali tat-taxxa misjuba mir-rikorrenti msemmija fil-premessi (79) u (100), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tas-CFP komplew jiġu ssussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.2.3.5. Konklużjoni
|
(107) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.3. Programmi dwar it-Taxxi Indiretti u t-Tariffi tal-Importazzjoni
3.3.3.1.
|
(108) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont ta’ sussidju ad valorem fir-rigward ta’ din il-miżura għal 1,17 % għall-APP Group u 0,61 % għaċ-Chenming Group. |
|
(109) |
Din il-miżura tipprovdi benefiċċji fil-forma ta’ eżenzjoni mill-VAT u importazzjonijiet mingħajr dazju ta’ oġġetti kapitali lill-Intrapriżi b’Investiment Barrani (“FIEs”) jew kumpaniji domestiċi li jistgħu jiksbu ċ-Ċertifikat ta’ proġetti Mħeġġa mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti relatata mal-investiment, it-taxxa u d-dwana. |
3.3.3.1.1. Bażi Ġuridika
|
(110) |
L-eżenzjonijiet mill-VAT u tariffarji huma bbażati fuq sett ta’ dispożizzjonijiet legali, jiġifieri ċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki tat-Taxxa fuq Tagħmir Importat Nru 37/1997, it-Tħabbira tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jikkonċernaw l-ittra ta’ Ġestjoni tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew Iffinanzjati mill-Barranin imħeġġa jiżviluppaw mill-Istat Nru 316/2006 datat it-22 ta’ Frar 2006 u fuq il-Katalgu dwar Oġġetti ta’ importazzjoni li ma jistgħux ikunu eżentati mid-dazju għall-FIEs jew għall-intrapriżi domestiċi-2008. |
3.3.3.1.2. Eliġibbiltà
|
(111) |
L-eliġibbiltà hi limitata għal applikanti, FIEs jew intrapriżi domestiċi, li huma kapaċi jiksbu ċ-Ċertifikat ta’ proġetti Mħeġġin mill-Istat. |
3.3.3.1.3. Implimentazzjoni prattika
|
(112) |
Skont l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jikkonċernaw l-ittra ta’ Ġestjoni tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew Iffinanzjati mill-Barranin imħeġġa biex jiżviluppaw mill-Istat, Nru 316/2006, datat it-22 ta’ Frar 2006, l-Artikolu I.1. il-proġetti ta’ investiment barrani li jikkonformaw “ma’ proġetti mħeġġa b’investiment barrani bi trasferiment tat-teknika fil-“Katalgu ta’ Gwida tal-Industriji b’Investiment Barrani” u l-“Katalgu Industrijali għall-Investiment Barrani fir-Reġjuni Ċentrali u tal-Punent” huma eżentati mid-dazji doganali kif ukoll mit-taxxi fuq il-valur miżjud importati, ħlief dawk elenkati fil-katalgu tal-“Katalgu tal-Komoditajiet tal-Importazzjoni Li Ma Jgawdux minn Eżenzjoni mit-Taxxa tal-Proġetti b’Investiment Barrani”. L-Ittra ta’ Konferma tal-Proġetti għal proġetti b’investiment barrani tal-kategorija mħeġġa b’investiment totali ta’ USD 30 miljun jew aktar għandha tinħareġ mill-NDRC. L-Ittra ta’ Konferma tal-Proġett għal proġetti b’investiment barrani tal-kategorija mħeġġa b’investiment totali ta’ anqas minn USD 30 miljun għandha tinħareġ mill-kummissjonijiet jew mill-muniċipalitajiet ekonomiċi fil-livell provinċjali. Hekk kif jirċievu l-Ittra ta’ Konferma tal-Proġett tal-kategorija mħeġġa, il-kumpaniji jippreżentaw iċ-ċertifikati u dokumenti oħra ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet doganali lokali tagħhom sabiex ikunu eliġibbli għall-eżenzjoni mid-dazju doganali u mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tat-tagħmir. |
3.3.3.1.4. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali, tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti u tal-investigazzjoni kurrenti
|
(113) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (65), fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (66) u f’investigazzjonijiet oħra (67), il-Kummissjoni sabet li l-eżenzjonijiet mill-VAT u tariffarji jenħtieġ li jitqiesu bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Dan is-sussidju jibqa’ speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità tal-għoti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema biss għal intrapriżi li jinvestu taħt kategoriji speċifiċi ta’ negozju ddefiniti b’mod eżawrjenti fil-liġi (jiġifieri l-katalgu għall-gwida tal-industriji għall-investiment barrani u l-katalgu tal-industriji, il-prodotti u t-teknoloġiji ewlenin li l-Istat bħalissa qed iħeġġeġ l-iżvilupp tagħhom). |
|
(114) |
Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika minn dawn l-eżenzjonijiet mill-VAT u tariffarji jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni se jintemmu fil-futur qrib. Il-Kummissjoni, abbażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar dan is-sussidju f’investigazzjonijiet tal-passat (68), stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija għadha tibbenefika minn eżenzjoni mill-VAT u tariffarja fuq it-tagħmir importat. |
|
(115) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li abbażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-PIR. Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet milħuqa fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (113), tal-benefiċċji globali tat-taxxa misjuba mir-rikorrenti msemmija fil-premessa (112), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tas-CFP komplew jiġu ssussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.3.1.5. Konklużjoni
|
(116) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ eżenzjonijiet mill-VAT u tariffarji fuq it-tagħmir importat matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.3.2.
|
(117) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont ta’ sussidju ad valorem fir-rigward ta’ dan is-sussidju għal 0,03 % għall-APP Group u 0,05 % għaċ-Chenming Group. |
|
(118) |
Din il-miżura tipprovdi benefiċċji fil-forma ta’ rifużjonijiet tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ tagħmir immanifatturat domestikament minn FIEs. |
3.3.3.2.1. Bażi Ġuridika
|
(119) |
Ir-rifużjonijiet tal-VAT huma bbażati fuq sett ta’ dispożizzjonijiet legali:
|
3.3.3.2.2. Eliġibbiltà
|
(120) |
L-eliġibbiltà hi limitata għall-FIEs li jixtru tagħmir immanifatturat domestikament u li jaqgħu taħt il-kategorija mħeġġa. |
3.3.3.2.3. Implimentazzjoni prattika
|
(121) |
Il-programm għandu l-għan li jirrifondi l-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ tagħmir immanifatturat domestikament jekk it-tagħmir ma jaqax fil-Katalogu tal-Mhux Eżentabbli u jekk il-valur tat-tagħmir ma jaqbiżx il-limitu ta’ investiment totali fuq FIE skont il-“miżuri Amministrattivi bi prova fuq ix-Xiri ta’ Tagħmir Immanifatturat Domestikament”. |
|
(122) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (69), il-produtturi kollha li kkooperaw ibbenefikaw minn din il-miżura. |
3.3.3.2.4. Sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali, tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti u tal-investigazzjoni kurrenti
|
(123) |
Fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (70), il-Kummissjoni sabet li r-rifużjonijiet tal-VAT jenħtieġ li jitqiesu bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Dan is-sussidju għadu speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku, billi s-sussidju jiddependi fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi minflok dawk importati. |
|
(124) |
Fl-investigazzjoni kurrenti, ir-rikorrenti pprovdew evidenza li, skont il-Politika dwar is-Sussidji Preferenzjali għall-Intraprenditorija tal-Massa u l-Innovazzjoni, ir-rifużjonijiet tal-VAT fuq ix-xiri ta’ tagħmir magħmul fiċ-Ċina minn FEI huma wieħed minn 83 sussidju disponibbli għal industriji importanti (71). |
|
(125) |
La l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika minn dawn ir-rifużjonijiet tal-VAT u l-eżenzjonijiet tariffarji jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni kienu se jintemmu fil-futur qrib. Il-Kummissjoni, abbażi tal-investigazzjonijiet reċenti (72), stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija għadha tibbenefika minn rifużjonijiet tal-VAT għax-xiri ta’ tagħmir immanifatturat domestikament. |
|
(126) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li abbażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-PIR. Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet preċedenti milħuqa fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (123), tal-benefiċċji globali tat-taxxa misjuba mir-rikorrenti msemmija fil-premessa (124) hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tas-CFP komplew jiġu ssussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.3.2.5. Konklużjoni
|
(127) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ rifużjonijiet tal-VAT fuq tagħmir immanifatturat domestikament matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.4. Programmi ta’ Għotjiet
3.3.4.1.
|
(128) |
Fl-investigazzjoni oriġinali l-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija bbenefikat minn diversi programmi ta’ għotjiet. B’mod partikolari, il-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali evalwat ħames programmi rrapportati mill-produtturi esportaturi li kkoperaw u sabet li lkoll huma kumpensabbli. Il-Kummissjoni ħadet nota wkoll ta’ sitt programmi oħra rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda ma vvalutathomx minħabba l-ammont żgħir ta’ benefiċċji involuti. |
3.3.4.2.
|
(129) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (73), fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (74) u f’investigazzjonijiet oħra (75), il-Kummissjoni sabet li l-produtturi tal-karta fina miksija bbenefikaw bħala parti mill-pjanijiet tal-GTĊ li jappoġġa lill-industrija tal-karta minn diversi għotjiet li jenħtieġ li jitqiesu bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ provvista ta’ fondi li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Aktar reċentement, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti kkonfermaw fir-Rieżami Sunset dwar l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti ta’ karta fina mhux miksija (UFP) (“UFP miċ-Ċina”) il-forniment kontinwu ta’ għotjiet (76). |
|
(130) |
La l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika minn dawn l-għotjiet jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni kienu se jintemmu fil-futur qrib. Il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti (77) fit-talba kif ukoll tal-investigazzjonijiet reċenti (78), stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija għadha tibbenefika minn għotjiet bħala industrija mħeġġa. |
|
(131) |
Skont it-talba tar-rikorrenti, il-produtturi Ċiniżi tas-CFP għadhom jibbenefikaw minn għotjiet. Pereżempju, fl-2019 u fl-2020, iċ-Chenming Group irċieva għotjiet mill-Gvern li jammontaw għal RMB 228 miljun u RMB 800 000, li jirrappreżentaw 0,75 % u 0,003 % tad-dħul tal-Grupp u 13,76 % u 0,05 % tal-profitt tiegħu għal dawk il-perjodi, rispettivament (79). |
|
(132) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ għadu jipprovdi diversi għotjiet lill-industrija tal-karta fina miksija u li l-produtturi tal-karta fina miksija fir-RPĊ għadhom qed jibbenefikaw minn dawn l-għotjiet, mingħajr il-ħtieġa li tikkwantifika bi preċiżjoni l-ammont ta’ benefiċċji mogħtija. Dawk l-għotjiet huma meqjusa speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku u jidhru wkoll li ngħataw fuq bażi ad hoc. |
3.3.4.3.
|
(133) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ għotjiet matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.5. Forniment mill-Gvern ta’ Oġġetti u Servizzi għal remunerazzjoni anqas minn adegwata: forniment ta’ art
|
(134) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija fir-RPĊ ibbenefikat mill-forniment ta’ art u b’mod aktar speċifiku mid-drittijiet għall-użu tal-art (“LURs”) b’remunerazzjoni anqas minn adegwata. |
|
(135) |
L-ammont ta’ sussidjar li nstab fl-investigazzjoni oriġinali fir-rigward ta’ din il-miżura ġie stabbilit għal 2,81 % għall-APP Group u 0,69 % għaċ-Chenming Group. |
3.3.5.1.
|
(136) |
Ir-rikorrenti pprovdew evidenza fit-talba li l-GTĊ kompla jipprovdi drittijiet għall-użu tal-art lill-industrija tal-karta fina miksija għal remunerazzjoni anqas minn adegwata. Il-bażi ġuridika għal din l-affermazzjoni huma d-dokumenti li ġejjin (80):
|
3.3.5.2.
|
(137) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet, l-artijiet kollha huma proprjetà tal-gvern peress li, skont il-Kostituzzjoni Ċiniża u d-dispożizzjonijiet legali rilevanti, l-artijiet jappartjenu kollettivament lill-Poplu taċ-Ċina. L-ebda art ma tista’ tinbiegħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet għall-użu tal-art skont il-liġi: l-awtoritajiet tal-Istat jgħadduha permezz ta’ sejħa għall-offerti, stima jew irkant. |
3.3.5.3.
|
(138) |
Fl-investigazzjoni oriġinali (81), il-Kummissjoni sabet li l-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art mill-GTĊ jenħtieġ li jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ forniment ta’ oġġetti li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. |
|
(139) |
La l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika mill-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni kienu se jintemmu fil-futur qrib. |
|
(140) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni reċentement sabet ukoll f’diversi investigazzjonijiet, inkluż il-GFF miċ-Ċina (82) u l-fojl konvertitur tal-aluminju miċ-Ċina (83), li l-produtturi Ċiniżi huma eliġibbli li jirċievu rifużjonijiet mill-awtoritajiet lokali biex jikkumpensaw għall-prezzijiet, li huma ħallsu għal-LURs. F’dan ir-rigward, fl-2019, The Chenming Group irrapporta żieda fid-drittijiet tiegħu għall-użu tal-art li jammontaw għal RMB 163 miljun. Fl-2020, dak l-ammont żdied għal RMB 219-il miljun, jiġifieri, żieda ta’ RMB 56 miljun (84). |
|
(141) |
Konsegwentement, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rati mħallsa għall-użu tal-art komplew jiġu ssussidjati minħabba li s-sistema imposta mill-GTĊ ma tosservax il-prinċipji tas-suq. Peress li l-industrija tal-karta kompliet tkun “Industrija mħeġġa” taħt it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin u l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli stabbiliet li l-għoti preferenzjali tal-art għadu jseħħ. Il-provvista ta’ drittijiet għall-użu tal-art mill-GTĊ lill-industrija tal-karta bħala waħda mill-industriji mħeġġa turi li s-sussidju hu speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(142) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li abbażi tagħha setgħet tikkalkula l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-PIR. Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet milħuqa fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessa (138), tal-benefiċċji globali tat-taxxa misjuba mir-rikorrenti msemmija fil-premessa (136), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni qieset li l-produtturi tas-CFP komplew jiġu ssussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.5.4.
|
(143) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika mill-forniment ta’ art għal remunerazzjoni anqas minn adegwata matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.6. Programmi ta’ assigurazzjoni tal-esportazzjoni għall-industrija tal-karta fina miksija
3.3.6.1.
|
(144) |
Il-bażijiet ġuridiċi għall-programm huma dawn li ġejjin:
|
3.3.6.2.
|
(145) |
Fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (85) u fil-premessa (458) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72, il-Kummissjoni kkonkludiet li Sinosure hija organu pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, bħal fil-kuntest tas-self preferenzjali msemmi hawn fuq, il-konklużjoni li Sinosure hi mogħtija l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi hija bbażata fuq fatti disponibbli relatati mas-sjieda tal-Istat, indizji formali tal-kontroll tal-gvern kif ukoll evidenza li turi li l-GTĊ għadu jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta’ Sinosure. |
|
(146) |
Kif ikkonfermat fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti u f’investigazzjonijiet reċenti oħra (86), il-gvern jeżerċita sjieda u kontroll finanzjarju sħiħ fuq Sinosure. Sinosure hi sjieda unika tal-Istat li hija proprjetà 100 % tal-Kunsill tal-Istat. L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni (“AoA”) jiddikjara li d-dipartiment kummerċjali kompetenti tal-kumpanija hu l-Ministeru tal-Finanzi, u jeħtieġ ukoll li Sinosure tissottometti rapporti finanzjarji u kontabilistiċi u r-rapport tal-baġit fiskali lill-Ministeru tal-Finanzi għal analiżi u approvazzjoni. |
|
(147) |
Fir-rigward tal-kontroll tal-gvern, bħala sjieda unika tal-Istat, Sinosure ma għandhiex Bord tad-Diretturi. Rigward il-Bord tas-Superviżuri, is-superviżuri kollha jinħatru mill-Kunsill tal-Istat u jeżegwixxu dmirijiethom skont ir-“Regolament Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri ta’ Istituzzjoni Finanzjarja Importanti tal-Istat.” Il-maniġment superjuri ta’ Sinosure hu maħtur ukoll mill-gvern. Is-sit web ta’ Sinosure (87) juri li l-President ta’ Sinosure huwa s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, u l-maġġoranza tal-Maniġment Superjuri huma wkoll Membri tal-Kumitat tal-Partit. |
|
(148) |
Il-bażi ġuridika għas-sussidji pprovduti minn Sinosure huma dawn li ġejjin:
|
|
(149) |
Fuq is-sit web tagħha, Sinosure tiddikjara li tippromwovi l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ oġġetti, speċjalment l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata. Skont studju mwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), l-industrija tat-teknoloġija avvanzata Ċiniża, li minnha tagħmel parti l-industrija tal-ACF, irċeviet 21 % tal-assigurazzjoni ta’ kreditu totali għall-esportazzjoni pprovduta minn Sinosure (89). Barra minn hekk, Sinosure ħadet rwol attiv fit-twettiq tal-inizjattiva “Made in China 2025”, li tiggwida lill-intrapriżi biex jużaw ir-riżorsi ta’ kreditu nazzjonali, twettaq innovazzjoni xjentifika u teknoloġika u titjib teknoloġiku, u tgħin lill-intrapriżi “emerġenti” jsiru aktar kompetittivi fis-suq globali (90). |
|
(150) |
Il-qafas istituzzjonali u dokumenti oħra maħruġa mill-GTĊ li taħthom topera Sinosure jkomplu juru li Sinosure hi mogħtija l-awtorità biex teżegwixxi politiki tal-gvern. L-Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (Shang Ji Fa [2004] Nru 368 tas-26 ta’ Lulju 2004) inħareġ b’mod konġunt mill-MOFCOM u Sinosure fl-2004 u għadu jirregola l-attivitajiet ta’ Sinosure. Fost l-objettivi ta’ dan l-Avviż hemm il-promozzjoni tal-esportazzjoni ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida u ta’ prodotti b’valur miżjud għoli permezz tal-użu ulterjuri tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni. |
|
(151) |
Kif stabbilit fil-premessi (46), (57) u (113), il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-karta fina miksija hija meqjusa mill-GTĊ bħala industrija ewlenija, li l-iżvilupp tagħha huwa segwit attivament mill-Istat bħala objettiv ta’ ordni pubbliku. Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-karta hija waħda mis-26 industrija li huma kklassifikati bħala “Mħeġġa”, kif iddikjarat fil-premessa (46), (57) u hawn fuq. Il-Kummissjoni nnotat li l-attività tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni mwettqa minn Sinosure hija parti integrali mis-settur finanzjarju aktar wiesa’ fejn huwa stabbilit li l-intervent tal-gvern jinterferixxi direttament u jfixkel il-funzjonament normali tas-suq finanzjarju fir-RPĊ, ara wkoll il-premessi (148) u (149). |
|
(152) |
Il-Kummissjoni taf b’dokumenti oħra li juru li Sinosure twettaq direttament politiki governattivi li jibbenefikaw minnhom, inter alia, il-produtturi esportaturi. L-hekk imsejjaħ Pjan 840 hu ddettaljat fl-Avviż mill-Kunsill tal-Istat tas-27 ta’ Mejju 2009 (91). Dan l-isem jirreferi għall-użu ta’ USD 84 biljun bħala assigurazzjoni tal-esportazzjoni u huwa waħda mis-sitt miżuri mnedija mill-Kunsill tal-Istat fl-2009 biex tiġi stabbilizzata d-domanda għall-esportazzjoni wara l-kriżi globali u ż-żieda konsegwenti fid-domanda għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Is-sitt miżuri jinkludu b’mod partikolari kopertura mtejba tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, il-forniment ta’ assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni b’terminu qasir fuq skala ta’ USD 84 biljun fl-2009 u tnaqqis tar-rata tal-primjum. Bħala l-unika istituzzjoni tal-politika li tissottoskrivi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, Sinosure hi indikata bħala l-eżekutur tal-pjan. Rigward it-tnaqqis tal-primjum tal-assigurazzjoni, Sinosure kienet meħtieġa tiżgura li r-rata medja tal-assigurazzjoni fit-terminu qasir ta’ kreditu għall-esportazzjoni titnaqqas bi 30 % fuq il-bażi tar-rata medja ġenerali fl-2008. |
|
(153) |
L-hekk imsejjaħ “pjan 421” ġie inkluż fl-Avviż dwar il-kwistjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ arranġamenti speċjali għall-finanzjament tal-assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ settijiet kbar kompluti ta’ tagħmir maħruġ b’mod konġunt mill-Ministeru tal-Kummerċ u mill-Ministeru tal-Finanzi fit-22 ta’ Ġunju 2009. Din kienet ukoll politika importanti li tappoġġa l-politika “investu barra” taċ-Ċina bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja globali tal-2009 u pprovdiet USD 42,1 biljun f’assigurazzjoni tal-finanzjament biex tappoġġa l-esportazzjoni ta’ settijiet sħaħ kbar ta’ tagħmir. Sinosure u xi istituzzjonijiet finanzjarji oħra jimmaniġġjaw u jipprovdu l-finanzjament. L-intrapriżi koperti minn dan id-dokument jistgħu jgawdu l-miżuri finanzjarji preferenzjali, inkluża assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, il-Kummissjoni ma setgħetx tikseb dettalji addizzjonali dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-avviż. Fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tal-karta hija koperta wkoll minn dan id-dokument. |
|
(154) |
Sa tmiem l-2019, Sinosure kienet appoġġat l-esportazzjonijiet, il-kummerċ domestiku u l-investimenti b’valur totali ta’ aktar minn USD 4,6 triljun. Hija ffaċilitat ukoll is-self ta’ RMB 3,6 triljun minn aktar minn 200 bank (92). |
|
(155) |
Sinosure għandha wkoll rwol attiv ħafna fl-appoġġ lill-kumpaniji involuti fil-Belt and Road Initiative, bħal APP. Dan jinkludi l-introduzzjoni ta’ miżuri speċjali biex tiżdied il-veloċità tas-saldu tal-każijiet f’termini ta’ valutazzjoni tad-danni, u l-għajnuna lill-intrapriżi tal-esportazzjoni biex jikkontrollaw ir-riskji kemm jista’ jkun u biex tittaffa l-pressjoni finanzjarja b’mod effettiv (93). |
|
(156) |
Abbażi tal-elementi ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li Sinosure hija organu pubbliku peress li hija mogħtija l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi. L-istess konklużjonijiet ntlaħqu f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti li jikkonċernaw l-industriji mħeġġa fir-RPĊ (94). |
|
(157) |
Peress li Sinosure hi organu pubbliku mogħti l-awtorità mill-gvern u li jeżegwixxi l-liġijiet u l-pjanijiet governattivi, l-għoti tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni lil produtturi tal-karta fina miksija jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ trasferiment potenzjali dirett ta’ fondi mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
3.3.6.3.
|
(158) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji li fuqha seta’ jiġi kkalkulat l-ammont ta’ sussidju mogħti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.6.4.
|
(159) |
Is-sussidji huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku, u għalhekk huma speċifiċi. |
3.3.6.5.
|
(160) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika mill-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni pprovduta minn Sinosure fil-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.3.7. Rifużjonijiet tal-VAT għal prodotti fornuti b’mill-anqas 70 % ta’ fibra riċiklata u residwi agrikoli
3.3.7.1.
|
(161) |
Mill-1 ta’ Lulju 2015, l-iskema ta’ rifużjoni tal-VAT jew ta’ eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi ta’ produzzjoni u tax-xogħol li jużaw ir-riżorsi b’mod komprensiv hija kkonsolidata taħt l-“Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni għall-Istampar u għall-Ħruġ ta’ Katalogu ta’ Prodotti u ta’ Servizzi tax-Xogħol li Jagħmlu Użu Komprensiv tar-Riżorsi (CaiShui [2015] Nru 78)”. Il-bejgħ domestiku tal-karta fina miksija hu soġġett għal rata tal-VAT ta’ 17 %. Skont l-Avviż, il-kumpaniji jirċievu rifużjoni ta’ 50 % tal-VAT għall-prodotti fornuti b’mill-anqas 70 % ta’ fibra riċiklata u residwi agrikoli, bħall-fdal tal-qasab taz-zokkor, il-karta tal-iskart u l-ħuxlief tal-għelejjel. |
3.3.7.2.
|
(162) |
Skont informazzjoni mhux ivverifikata pprovduta mill-GTĊ fil-qafas tal-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (95), skont l-Avviż imsemmi hawn fuq, il-politiki ta’ rifużjoni tal-VAT huma applikabbli għall-bejgħ ta’ prodotti, li l-produzzjoni tagħhom kienet tuża materjali riċiklati, użati mill-ġdid jew żejda jew enerġija minn produzzjonijiet oħra. |
3.3.7.3.
|
(163) |
Skont informazzjoni mhux ivverifikata pprovduta mill-GTĊ fil-qafas tal-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (96), il-programm huwa amministrat mill-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bl-assistenza ta’ awtoritajiet kompetenti oħra, u huwa implimentat mill-awtoritajiet tat-taxxa lokali fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. L-intrapriżi li japplikaw għar-rifużjoni tal-VAT iridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom ma’ dokumenti rilevanti oħra lill-awtorità tat-tassazzjoni għall-eżami. Wara li l-applikazzjoni tiġi approvata, l-applikanti jistgħu jirċievu l-benefiċċji. |
3.3.7.4.
|
(164) |
Fl-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (97), il-Kummissjoni sabet li r-rifużjonijiet tal-VAT għall-prodotti fornuti b’mill-anqas 70 % ta’ fibra riċiklata u residwi agrikoli mill-GTĊ jenħtieġ li jitqiesu bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li s-sussidju kien speċifiku f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(165) |
La l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma pprovdew evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-karta fina miksija ma baqgħetx tibbenefika minn din ir-rifużjoni tal-VAT jew li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni kienu se jintemmu fil-futur qrib. Fil-fatt, l-Avviż imsemmi fil-premessa (161), (162) u (163) isemmi speċifikament il-karta bħala prodotti li jużaw riżorsi bħall-fdal tal-qasab taz-zokkor, il-karta tal-iskart u l-ħuxlief tal-għelejjel, u jsostni li l-produtturi jridu jikkonformaw mar-regolamenti tekniċi speċifiċi għall-industrija tal-polpa u tal-karta. |
|
(166) |
Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni li din l-iskema twaqqfet vis-à-vis il-produtturi tal-karta fina miksija. |
|
(167) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ jipprovdi sussidji fil-forma ta’ rifużjonijiet tal-VAT għal prodotti fornuti b’mill-anqas 70 % ta’ fibra riċiklata u residwi agrikoli għall-industrija tal-karta fina miksija u li l-produtturi tal-karta fina miksija fir-RPĊ komplew jibbenefikaw minn dawn ir-rifużjonijiet matul il-PIR. |
3.3.7.5.
|
(168) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta fina miksija kompliet tibbenefika minn sussidji fil-forma ta’ rifużjonijiet tal-VAT għal prodotti fornuti b’mill-anqas 70 % ta’ fibra riċiklata u residwi agrikoli matul il-PIR. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, ta’ benefiċċju għall-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, din l-iskema ta’ sussidji għadha titqies bħala kumpensabbli. |
3.4. Konklużjoni ġenerali dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar
|
(169) |
Abbażi ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-karta fina miksija fir-RPĊ komplew jibbenefikaw minn sussidji kumpensabbli matul il-PIR. |
3.5. Żviluppi tal-importazzjonijiet f’każ li jitħassru l-miżuri
3.5.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
|
(170) |
Biex tanalizza l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u ta’ kwalunkwe produttur esportatur Ċiniż, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti fit-talba tagħhom għal rieżami, kif speċifikat fil-premessi ta’ hawn taħt, fir-rigward tas-CFP kif ukoll tal-industrija tal-Karta Ħielsa mill-Injam Miksija (CWF), is-settur aktar wiesa’ li għalih tappartjeni s-CFP. |
|
(171) |
Peress li d-data fis-CWF kienet aktar faċilment disponibbli, ir-rikorrenti użawha biex jikkalkulaw il-proporzjon tas-CFP taċ-ċifri tal-produzzjoni u tal-kapaċità. |
|
(172) |
Abbażi tat-talba tar-rikorrenti (98), fl-2021, id-domanda globali għas-CWF kienet ta’ madwar 17,3 miljun tunnellata u l-kapaċitajiet globali kienu ta’ madwar 20,7 miljun tunnellata. Id-domanda globali għas-CFP ġiet ikkalkulata mir-rikorrenti għal madwar 12,1 miljun tunnellata u kapaċitajiet ta’ madwar 14,5 miljun tunnellata. |
|
(173) |
Fl-2021, skont ir-rikorrenti, id-domanda għall-karta CWF tal-UE kienet ta’ madwar 3,2 miljun tunnellata u l-kapaċitajiet tal-karta CWF tal-UE kienu ta’ madwar 5 miljun tunnellata. Id-domanda għas-CFP tal-UE ġiet ikkalkulata mill-Kummissjoni għal madwar 2,64 miljun tunnellata u l-kapaċitajiet tas-CFP tal-UE għal ftit aktar minn 4 miljun tunnellata. |
|
(174) |
Il-kapaċitajiet tas-CWF Ċiniżi tal-2021 kienu ta’ madwar 6,8 miljun tunnellata u d-domanda Ċiniża kienet ta’ 4,7 miljun tunnellata. Il-kapaċitajiet tas-CFP Ċiniżi għalhekk kienu ta’ 4,8 miljun tunnellata u d-domanda domestika għall-prodott ikkonċernat kienet ta’ madwar 3,3 miljun tunnellata (99). |
|
(175) |
Għalhekk, iċ-Ċina kellha kapaċitajiet ta’ riżerva tas-CFP (100) ta’ mill-anqas 0,9 miljun tunnellata u kapaċitajiet żejda (101) ta’ madwar 1,5 miljun tunnellata fl-2021, ċifra li tikkorrispondi għal madwar 56 % tad-domanda totali għas-CFP tal-UE. Jekk wieħed iħares lejn is-CWF b’mod ġenerali, il-kapaċitajiet żejda Ċiniżi kienu aktar minn 2 miljun tunnellata fl-2021 (aktar minn 80 % tal-konsum tal-UE). Ma ġie osservat l-ebda tnaqqis fil-kapaċitajiet żejda. Konsegwentement, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, jista’ jiġi preżunt li kapaċità ta’ riżerva saħansitra ogħla tista’ tiġi ridirezzjonata faċilment mis-CWF għall-produzzjoni tas-CFP u tinbiegħ fis-suq tal-Unjoni. |
|
(176) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti li jistgħu jużaw biex jipproduċu saħansitra aktar prodotti tas-CFP u li jistgħu jiġu esportati lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati. Il-Kummissjoni sabet ukoll li dan il-potenzjal ta’ esportazzjoni jista’ jiżdied bħala riżultat tat-tnaqqis mistenni fid-domanda globali u domestika fir-RPĊ, f’konformità mal-iżviluppi fl-aħħar għaxar snin, kif deskritt fit-taqsima 5 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
3.5.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(177) |
Kif indikat fil-premessa (172) sa (175), l-investigazzjoni wriet li d-domanda tal-Unjoni għas-CFP baqgħet sinifikanti. Għalkemm il-konsum tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, is-suq tal-Unjoni għadu t-tieni l-akbar suq fid-dinja (wara s-suq Ċiniż) u jirrappreżenta madwar 20 % tal-konsum globali. Barra minn hekk, id-domanda domestika fir-RPĊ hija mbassra li se tonqos, u dan jissuġġerixxi inċentiv qawwi għall-produtturi Ċiniżi biex isibu swieq alternattivi li jistgħu jassorbu dawn il-kapaċitajiet żejda Ċiniżi. |
|
(178) |
Barra dan, diversi pajjiżi daħħlu fis-seħħ miżuri (102) għall-prodotti tal-karta kontra ċ-Ċina, inklużi l-Korea t’Isfel, l-Indja u l-Istati Uniti, kif imsemmi fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
|
(179) |
Barra minn hekk, abbażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari tat-talba, il-Kummissjoni identifikat 27 pajjiż fejn l-esportaturi Ċiniżi biegħu l-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet immirati tal-industrija tal-Unjoni. L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn dawn il-pajjiżi kienu jirrappreżentaw madwar 10 % tal-esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi fil-volum. |
|
(180) |
Konsegwentement, minħabba l-kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti li nstabu, il-possibbiltà li tiżdied il-kapaċità ta’ riżerva billi wieħed jaqleb għall-karta fina miksija minn tipi oħra ta’ karta, l-aċċess limitat tal-produtturi tal-karta fina miksija Ċiniżi għas-swieq ta’ pajjiżi terzi importanti, il-prezz li bih il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jbigħu fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll it-tnaqqis previst fil-konsum domestiku fir-RPĊ, huwa probabbli li l-importazzjonijiet sussidjati jiġu ridirezzjonati lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet sussidjati x’aktarx li jidħlu fl-Unjoni f’volumi ogħla u bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(181) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri jiġu revokati, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni. |
3.6. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar
|
(182) |
Il-Kummissjoni, abbażi tal-fatti disponibbli, ikkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza li s-sussidjar tal-industrija tas-CFP fir-RPĊ kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u x’aktarx li jkompli fil-futur. L-ebda evidenza ma wriet li s-sussidji u l-programmi ta’ sussidju inkwistjoni se jintemmu fil-futur qrib. |
|
(183) |
Is-sussidjar tal-industrija tal-karta fina miksija ppermetta lill-produtturi Ċiniżi jżommu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tagħhom f’livell ferm ogħla mid-domanda domestika, minkejja s-swieq li qed jiċkienu fiċ-Ċina u madwar id-dinja. |
|
(184) |
Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li t-tħassir tal-miżuri kumpensatorji huwa probabbli li jirriżulta fir-ritorn ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Diversi programmi ta’ sussidju komplew jiġu offruti mill-GTĊ lill-industrija tal-karta fina miksija, u l-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza li l-industrija tal-karta fina miksija bbenefikat minn għadd minnhom matul il-PIR. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(185) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn 17-il produttur fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(186) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 3 700 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (20), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 41 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(187) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni u d-data tal-Eurostat. |
|
(188) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(189) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas b’5 % fl-2019, segwit minn tnaqqis qawwi ieħor ta’ 24 punt perċentwali fl-2020 marbut mat-tifqigħa tal-COVID-19. L-2021 kienet ikkaratterizzata minn żieda żgħira ta’ 4 punti perċentwali, għalkemm mhux biżżejjed biex terġa’ lura għal-livelli osservati qabel il-kriżi, li rriżulta fi tnaqqis globali fil-konsum tal-Unjoni ta’ 25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Jekk wieħed iħares lejn ix-xejra aktar fit-tul, il-konsum stmat tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien 44 % anqas minn dak li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali (4 572 057 tunnellata). It-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni jirrifletti t-tnaqqis fid-domanda għall-karta grafika b’mod ġenerali, li huwa prinċipalment ir-riżultat tal-iżvilupp tal-media diġitali, li qed tissostitwixxi l-media stampata tradizzjonali. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(190) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni u d-data tal-Eurostat. Id-data tal-Eurostat qabel ġiet ivverifikata mal-informazzjoni disponibbli. |
|
(191) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej għall-esportaturi li bħalissa huma soġġetti għad-dazji: Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(192) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ kien negliġibbli. Fil-fatt, mill-impożizzjoni tal-miżuri fl-2011, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ niżlu għal livelli insinifikanti. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(193) |
Kif indikat fil-premessa hawn fuq, minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet tas-CFP mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet ta’ dan il-bejgħ ma kinux ikkunsidrati bħala rappreżentattivi u ma setgħux jintużaw biex wieħed jasal għal xi konklużjoni dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u l-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina
|
(194) |
L-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina oriġinaw prinċipalment mill-Korea t’Isfel u mill-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(195) |
Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(196) |
Għalkemm il-volum totali tal-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi għajr ir-RPĊ żdied matul il-perjodu kkunsidrat, dan baqa’ f’livell baxx ħafna, kif rifless fis-sehem mis-suq totali tagħhom, li żdied minn 0,22 % għal 0,95 % matul dan il-perjodu. Il-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għalhekk ma kkontribwewx għas-sitwazzjoni tad-dannu tal-UE. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
|
(197) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(198) |
Kif imsemmi fil-premessa (20), intuża l-kampjunar għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(199) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, li tinsab fil-kwestjonarju dwar id-data makroekonomika pprovdut mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew ivverifikati u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(200) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-ammonti tas-sussidju, u l-irkupru minn sussidjar li sar fil-passat. |
|
(201) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(202) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(203) |
Il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni naqsu rispettivament b’25 % u b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-kapaċità tal-produzzjoni huwa xejra fit-tul marbuta mal-adattament tal-industrija għal domanda li qed tonqos relatata mad-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà tagħna. |
|
(204) |
Diġà qabel il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni kienu wettqu sforzi kbar ta’ ristrutturar bil-għan li jindirizzaw il-kapaċità żejda strutturali li tirriżulta mid-diġitalizzazzjoni u dawn l-isforzi komplew matul il-perjodu kkunsidrat. Kemm bħala riżultat tal-għeluq ta’ ċerti impjanti kif ukoll tal-konverżjoni ta’ impjanti oħra biex jipproduċu prodotti tal-karta għajr is-CFP, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tas-CFP tagħha b’madwar 1 400 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(205) |
Bit-tnaqqis kontinwu tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm l-użu tal-kapaċità tagħha relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Bl-eċċezzjoni tas-sena 2020, li għaliha l-użu tal-kapaċità kien aktar baxx meta mqabbel mas-snin preċedenti u ta’ wara, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni wara t-tifqigħa tal-COVID-19 fl-2020. |
|
(206) |
L-investigazzjoni stabbiliet li rata għolja ta’ użu tal-kapaċità hi fattur importanti fil-vijabilità fit-tul tal-industrija tal-karta minħabba l-investimenti għoljin fl-assi fissi u l-impatt li jirriżulta fuq il-kostijiet medji tal-manifattura. |
4.5.2.2.
|
(207) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(208) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas b’25 %. Dan naqas b’5 % bejn l-2018 u l-2019 u fl-2020, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-bejgħ naqas drastikament b’24 punt perċentwali addizzjonali. Fl-2021, kien hemm irkupru żgħir ta’ 4 punti perċentwali iżda mhux sal-livelli ta’ bejgħ osservati fl-2018. It-tnaqqis fil-bejgħ kien relatat mat-tnaqqis fid-domanda għall-prodott ikkonċernat, li jista’ jkun marbut mad-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà tagħna. |
|
(209) |
Peress li kważi ma kien hemm l-ebda importazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli għal madwar 99. |
4.5.2.3.
|
(210) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma rat l-ebda tkabbir fil-produzzjoni u fil-bejgħ. Għall-kuntrarju, dawn l-indikaturi ekonomiċi segwew mill-qrib ix-xejra ta’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. |
4.5.2.4.
|
(211) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(212) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-għadd ta’ impjegati naqas bi 22 %. Dan it-tnaqqis kien kostanti u regolari matul il-perjodu. Huwa jirrifletti l-isforzi ta’ ristrutturar aktar fit-tul imwettqa mill-industrija tal-Unjoni biex tindirizza l-kapaċità żejda strutturali, kif spjegat fil-premessa (204). |
|
(213) |
It-tnaqqis sostanzjali fil-forza tax-xogħol kien akkumpanjat minn tnaqqis komparabbli fil-produzzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-produttività, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata fis-sena, irreġistrat biss tnaqqis żgħir ta’ 4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2020, il-produttività naqset drastikament bi 19-il punt perċentwali minħabba t-tnaqqis f’daqqa fid-domanda kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. B’riżultat ta’ dan, il-produttività laħqet l-aktar livell baxx tagħha fl-2020. |
4.5.2.5.
|
(214) |
Kif spjegat fil-premessa (142), ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni affermattiva tal-ammont ta’ sussidjar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. L-investigazzjoni għalhekk iffukat fuq il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar jekk il-miżuri kumpensatorji jiġu revokati (ara l-premessi (182), (183) u (184)). |
|
(215) |
Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, l-industrija tal-Unjoni wriet sinjali ta’ rkupru mill-effetti tas-sussidjar tal-passat. Matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kurrenti, ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ rkupru bħal dan, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċja sitwazzjoni diffiċli, bil-ħtieġa li tiġi ristrutturata miżjuda mal-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
|
(216) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(217) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u naqas biss b’1 %. Wara żieda żgħira ta’ 2 % fl-2019, il-prezzijiet naqsu bi 8 punti perċentwali fl-2020, is-sena tat-tifqigħa tal-COVID-19, meta domanda aktar baxxa niżżlet il-prezzijiet ’l isfel. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet reġgħu żdiedu b’5 punti perċentwali minħabba żieda fid-domanda. |
|
(218) |
Il-kost ta’ unità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas daqsxejn bi 2 % bejn l-2018 u l-2019. It-tnaqqis ulterjuri bi 3 punti perċentwali fl-2020 kien dovut għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija. Fl-2021, il-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija żdiedu b’mod sinifikanti, u dan wassal għal żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni bi 11-il punt perċentwali, li rriżulta f’żieda totali ta’ 6 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3.2.
|
(219) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(220) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kienu stabbli matul il-perjodu 2018-2019. Dawn naqsu b’6 % fl-2020 meta mqabbla mal-2019. Dawn żdiedu immedjatament wara, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal livell ta’ 5 % ogħla milli fl-2018. |
4.5.3.3.
|
(221) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(222) |
L-istokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa konformi mat-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni. |
|
(223) |
F’termini ta’ perċentwal tal-produzzjoni, il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq kien ta’ madwar 3 % matul il-perjodu. |
4.5.3.4.
|
(224) |
Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(225) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. L-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Bħala referenza, ta’ min jinnota li fl-investigazzjoni oriġinali, il-profitt fil-mira għall-industrija ġie stabbilit għal 8 % (103). Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset minn -3,6 % għal -9,5 %. L-2019 kienet, komparattivament, l-aħjar sena, meta l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni laħqet -0,8 %, minħabba kombinazzjoni ta’ kost aktar baxx tal-produzzjoni u prezzijiet tal-bejgħ b’saħħithom. Fl-2020, il-profittabilità naqset drastikament għal livell ta’ -5,6 %, biex kompliet tonqos fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal -9,5 %. |
|
(226) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus kien pożittiv u fil-biċċa l-kbira x-xejra tiegħu kienet tirrifletti l-evoluzzjoni tal-profittabilità, bl-2019 tkun l-aħjar sena. |
|
(227) |
Fid-dawl tat-tnaqqis fid-domanda għas-CFP kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma investietx f’kapaċità ġdida. L-investimenti li saru kienu ffukati fuq il-manutenzjoni, is-sostituzzjoni tal-kapital, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika, u fuq miżuri mmirati lejn ir-ristrutturar u l-konformità mal-istandards tal-protezzjoni ambjentali. |
|
(228) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod simili għall-profitt matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(229) |
Minħabba l-kost tad-dejn eżistenti, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni u d-domanda dejjem tonqos għas-CFP, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital baqgħet limitata matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(230) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-indikaturi tad-dannu wrew stampa negattiva. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni kienu qed jonqsu, il-bejgħ kien qed jonqos, u l-impjiegi kienu qed jonqsu. Il-profitt u r-redditu fuq l-investiment kienu negattivi matul il-perjodu kollu kkonċernat, bl-2020 u l-2021 ikunu l-agħar snin tal-perjodu. |
|
(231) |
Ix-xejriet negattivi fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ kienu r-riżultat tad-domanda dejjem tonqos għas-CFP kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, li kienet tirrikjedi li l-industrija tal-Unjoni tkompli bir-ristrutturar, inkluż billi tagħlaq ċerti impjanti tal-manifattura tal-karta u billi tikkonverti oħrajn għall-produzzjoni ta’ tipi oħra ta’ karta. |
|
(232) |
Id-domanda futura għas-CFP hija mistennija li tonqos u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni se tibqa’ diffiċli, b’aktar tnaqqis fil-produzzjoni u fil-kapaċità tal-produzzjoni li se jkollu jseħħ. |
|
(233) |
Il-miżuri fis-seħħ żguraw il-protezzjoni għall-industrija tal-Unjoni, u dan ippermettielha żżomm sehem mis-suq għoli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tas-CFP b’mod suffiċjenti ’l fuq mil-livelli li jkopru l-kostijiet biex tiġġenera profitt. Dan kien dovut fl-2018-2019 għaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima (speċjalment il-polpa) u d-diffikultà li ż-żieda fil-prezzijiet tiġi mgħoddija lill-klijenti tal-industrija tal-Unjoni. Fl-2020, it-tnaqqis fid-domanda u fil-prezzijiet marbut mal-pandemija tal-COVID-19 affettwa lill-industrija tal-Unjoni, li rreġistrat telf sinifikanti. Filwaqt li l-2021 kienet ikkaratterizzata minn żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija, li wasslet għal żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ta’ 11 % u deterjorament ulterjuri tal-linji tal-qiegħ. Barra minn hekk, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kellha tirristruttura l-attivitajiet tagħha u l-kapaċità tal-produzzjoni tnaqqset b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan ġie b’kost addizzjonali. |
|
(234) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, id-dannu lill-industrija tal-Unjoni li ġie osservat matul dan il-perjodu ma setax ikun ikkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. Huwa kien ikkawżat prinċipalment mit-tnaqqis fid-domanda għas-CFP u mill-kostijiet għoljin tar-ristrutturar relatati, li t-tnejn kellhom effett sinifikanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
5. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(235) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (234) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll fil-premessa (234) li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax ikun ikkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ jekk il-miżuri kurrenti jitħallew jiskadu. |
|
(236) |
Kif issemma fil-premessa (177), is-suq tal-Unjoni huwa t-tieni l-akbar suq tas-CFP fid-dinja. Fil-fatt, id-daqs globali tiegħu u l-eżistenza ta’ xerrejja kbar tas-CFP jagħmluh attraenti ħafna għall-produtturi Ċiniżi tas-CFP, minħabba li kunsinni kbar bħal dawn jippermettulhom jużaw il-kapaċità ta’ produzzjoni żejda tagħhom, li min-naħa tagħha tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni ta’ unità tagħhom. Għaldaqstant, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, minħabba l-benefiċċji ekonomiċi tal-użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni żejda fir-RPĊ, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi joffru s-CFP bi prezzijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni, u dan jagħmel pressjoni fuq il-prezzijiet u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(237) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-imġiba tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi sabiex tiddetermina l-effetti tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(238) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, intużat id-data li tinsab fit-talba għal rieżami, ibbażata fuq Svan Data (104), u, b’mod partikolari d-data tal-esportazzjoni Ċiniża relatata mal-kodiċi tal-komodità 4810 19. Ir-raġuni kienet li r-rikorrent spjega fit-talba għal rieżami ta’ skadenza li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu prinċipalment esportati taħt il-kodiċi tal-komodità Ċiniż 4810 19. |
|
(239) |
Għall-finijiet ta’ tqabbil, il-Kummissjoni ddeterminat il-prezzijiet li ġejjin:
|
|
(240) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-bejgħ medju ponderat tal-industrija tal-Unjoni mitlub lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, aġġustat għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, mal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni, aġġustati għal prezz totali sal-konsenja tal-Unjoni matul il-PIR. It-tqabbil tal-prezzijiet ibbażat fuq id-data stabbilita fil-premessa (239) wera li għall-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn 8 pajjiżi kienu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 1 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fil-volum. Dan il-perċentwal żgħir huwa dovut għall-prezzijiet baxxi tas-CFP fl-Unjoni. |
|
(241) |
It-tieni, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk il-prezzijiet ponderati tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni, aġġustati għal prezz totali sal-konsenja tal-Unjoni waqqgħux il-prezz tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbel mal-prezz immirat tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq id-data fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. L-analiżi identifikat 27 pajjiż terz fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi biegħu l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz immirat medju tal-industrija tal-Unjoni. L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn dawn il-pajjiżi kienu jirrappreżentaw madwar 10 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn pajjiżi terzi oħra fil-volum. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (178), is-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma esklużi għall-esportazzjonijiet Ċiniżi minħabba d-dazji tagħhom fis-seħħ. |
|
(242) |
Bħala konklużjoni, l-analiżi wriet – abbażi tal-fatti disponibbli - li l-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz immirat tal-Unjoni. Fid-dawl tal-kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina, ġie nnotat ukoll li volumi kbar ta’ CFP jistgħu potenzjalment jiġu prodotti biex jinbiegħu fis-suq tal-UE. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Ċiniżi jkunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet u b’hekk jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(243) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu u kienet vulnerabbli. Ġie nnotat ukoll li l-industrija bħalissa qed tirristruttura ruħha kif rifless fit-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat, b’xi kumpaniji rrikonvertew xi wħud mil-linji tal-produzzjoni tagħhom biex jipproduċu tipi oħra ta’ karta. |
|
(244) |
L-investigazzjoni kkonfermat ukoll is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali li r-rata għolja ta’ użu tal-kapaċità hi fattur importanti fil-vijabbiltà fit-tul tal-produtturi tal-karta minħabba li l-proċess tal-produzzjoni jeħtieġ ħafna kapital. Kwalunkwe rikorrenza tal-importazzjonijiet sussidjati u tal-pressjoni li tirriżulta fuq il-prezzijiet iċċaħħad lill-industrija tal-Unjoni mill-fluss tal-flus meħtieġ biex tiffinanzja l-isforzi ta’ ristrutturar biex tadatta għat-tnaqqis fid-domanda dinjija għas-CFP. Hija timmina wkoll l-effetti pożittivi tal-isforzi ta’ ristrutturar tal-passat u twassal għal deterjorament ulterjuri tal-indikaturi kollha tad-dannu. |
|
(245) |
Fuq din il-bażi, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(246) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antisussidji eżistenti tmurx b’mod ċar kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi mhux relatati, tal-kummerċjanti u tal-utenti. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(247) |
L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu u kienet f’sitwazzjoni vulnerabbli. L-isfidi maħluqa mit-tnaqqis kontinwu fid-domanda għas-CFP se jeħtieġu pjanijiet ta’ ristrutturar kontinwi, inkluż l-għeluq ta’ impjanti tal-manifattura tal-karta u l-konverżjoni ta’ oħrajn għall-produzzjoni ta’ tipi oħra ta’ karta. |
|
(248) |
Bil-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tikseb prezzijiet tas-CFP ogħla mil-livelli li jkopru l-kostijiet u tiġġenera l-introjtu meħtieġ biex tiffinanzja l-isforzi tar-ristrutturar tagħha u taġġusta għall-isfidi maħluqa mid-domanda dejjem tonqos għas-CFP. |
|
(249) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri antisussidji fis-seħħ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
|
(250) |
Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn importaturi u kummerċjanti mhux relatati. Abbażi tal-fatt li matul il-perjodu kkunsidrat ma kien hemm kważi l-ebda importazzjoni ta’ CFP mir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ma jirrappreżentawx proporzjon kbir tal-attivitajiet kummerċjali ta’ importaturi u kummerċjanti mhux relatati u li ma kien hemm l-ebda fattur li jissuġġerixxi li dawn jiġu affettwati b’mod sproporzjonat jekk jinżammu l-miżuri. |
6.3. Interess tal-utenti
|
(251) |
L-ebda utent individwali ma kkoopera u ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(252) |
Il-Kummissjoni rċeviet żewġ sottomissjonijiet bil-miktub, waħda minn Unitedprint.com, utent tal-Unjoni tas-CFP u waħda minn assoċjazzjoni tal-industrija tal-istampar, Intergraf (109) (appoġġata mill-Assoċjazzjoni Rjali Olandiża tal-Istampar u l-Industriji Alleati). |
|
(253) |
Is-sottomissjoni ta’ Intergraf spjegat li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbati minħabba s-sostituzzjoni tal-media stampata bil-media diġitali, kif ukoll mill-importazzjonijiet massivi ta’ prodotti stampati, b’mod partikolari mir-RPĊ. Skont Intergraf, il-miżuri anti-dumping u antisussidji jimminaw il-kompetittività tal-istampaturi tal-Unjoni, li ma hijiex protetta minn miżuri kummerċjali simili u trid tirrispetta standards ambjentali stretti. |
|
(254) |
Intergraf sostniet li aktar minn EUR 700 miljun ta’ karta stampata jiġu esportati miċ-Ċina lejn l-UE kull sena. Dan jinkludi varjetà kbira ta’ prodotti tal-istampar li ma humiex stampati fuq is-CFP. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta liema parti tal-prodotti importati mir-RPĊ kienet stampata fuq is-CFP u liema parti kienet stampata fuq tipi oħra ta’ karta. |
|
(255) |
L-investigazzjoni oriġinali sabet li l-biċċa l-kbira tal-prodotti li jiġu stampati fuq is-CFP huma prodotti “sensittivi għaż-żmien”, bħal rivisti, fuljetti, posta diretta u inserzjonijiet li huma anqas suxxettibbli li jiġu importati mir-RPĊ minħabba ż-żmien meħtieġ għat-trasport. L-informazzjoni sottomessa mir-rikorrenti f’dan ir-rieżami kkonfermat li s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali kienu għadhom validi. |
|
(256) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li filwaqt li hu probabbli li ċertu materjal stampat ikun stampat fuq karta fina miksija barra mill-Unjoni minħabba d-dazji anti-dumping u kumpensatorji, l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-istampar tal-Unjoni hu limitat. |
|
(257) |
Intergraf semmiet ukoll in-nuqqas ta’ provvisti tas-CFP u ż-żieda kbira fil-prezzijiet, speċjalment minn nofs l-2021. Dan ġie nnotat ukoll fis-sottomissjoni minn Unitedprint.com. Bl-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-volumi rispettivi tal-provvista u tad-domanda u għalhekk l-allegat żbilanċ fis-suq. Il-Kummissjoni ma setgħetx tevalwa wkoll jekk iż-żieda msemmija fil-prezzijiet setgħetx tiġi mgħoddija lill-klijenti tagħhom jew le. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fl-2021, f’kuntest ta’ wara l-COVID-19, kien hemm nuqqasijiet f’għadd ta’ swieq tal-materja prima. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(258) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tas-CFP li toriġina miċ-Ċina. |
7. MIŻURI ANTISUSSIDJI
|
(259) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidju, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri antisussidji fuq is-CFP miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu. |
|
(260) |
Biex jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji kumpensatorji individwali. Il-kumpaniji b’dazji kumpensatorji individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(261) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kumpensatorju għall-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(262) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(263) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u mmanifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rati individwali ta’ dazju kumpensatorju. |
|
(264) |
Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (110). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat Regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(265) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. |
|
(266) |
Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjoni mill-industrija tal-UE li ssostanzjat ulterjorment is-sejbiet tal-Kummissjoni li l-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jbigħu fi prezzijiet taħt il-prezz fil-mira tal-Unjoni. Għaldaqstant ma tqiesx neċessarju li jkun emendat it-test tar-Regolament preżenti. |
|
(267) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (111) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(268) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju kumpensatorju definittiv qed jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija, li hija karta jew kartun miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat (minbarra karta tat-tip kraft jew kartun tat-tip kraft), f’folji jew f’rombli, u b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma jaqbiżx l-400 g/m2 u b’luminożità ta’ aktar minn 84 (imkejla skont l-ISO 2470-1), li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4810 13 00, ex 4810 14 00, ex 4810 19 00, ex 4810 22 00, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10 u ex 4810 99 80 (kodiċijiet TARIC 4810130020, 4810140020, 4810190020, 4810220020, 4810293020, 4810298020, 4810991020 u 4810998020) u li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Id-dazju kumpensatorju definittiv ma huwiex qed jiġi impost fuq rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed. Rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard ta’ ttestjar tal-ISO 3783:2006 li jikkonċerna d-determinazzjoni tar-reżistenza għat-tiċrit — il-metodu tal-veloċità aċċellerata bl-użu tat-tester IGT (mudell elettriku), jagħtu riżultat ta’ anqas minn 30 N/m meta jitkejjel fid-direzzjoni trażversali tal-karta (CD) u riżultat ta’ anqas minn 50 N/m meta jitkejjel fid-direzzjoni tal-magna (MD). Id-dazju kumpensatorju definittiv ma huwiex qed jiġi impost fuq karta b’ħafna saffi u kartun b’ħafna saffi.
2. Ir-rati tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, Zhenjiang City, Jiangsu Province, PRC; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, Suzhou City, Jiangsu Province, PRC |
12 % |
B001 |
|
Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, Shouguang City, Shandong Province, PRC; Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, Shouguang City, Shandong Province, PRC |
4 % |
B013 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
12 % |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi preżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187 tat-3 ta’ Lulju 2017 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 134).
(6) ĠU C 248, 30.6.2022, p. 119
(7) ĠU C 248, 30.6.2022, p. 130
(8) ĠU L 176, 30.06.2016, p.21.
(9) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2616
(10) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2616
(11) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2616
(12) Il-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji
(13) WT/DS437/AB/R, United States — Countervailing Duty Measures on Certain Products from China, Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.178 — 4.179. Dan ir-Rapport tal-Korp tal-Appell ikkwota WT/DS295/AB/R, Mexico — Definitive AntiDumping Measures on Beef and Rice, Rapport tal-Korp tal-Appell tad-29 ta’ Novembru 2005, il-paragrafu 293; u WT/DS436/AB/R, United States — Countervailing Measures on Certain Hot-Rolled Carbon Steel Flat Products from India, Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.416-4.421.
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187 tat-3 ta’ Lulju 2017 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 134).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34)
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2170 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fojl tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 344).
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1).
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 tal-24 ta’ Frar 2021 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 25.2.2021, p. 1).
(23) Ara l-premessa (60) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 452/2011.
(24) The APP group: Sinar Mas Paper (China) Investment Co., Ltd, Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, Gold Huasheng Paper (SuZhou Industrial Park) Co., Ltd, Ningbo Zhonghua Paper Industry Co., Ltd, Ningbo Asia Pulp & Paper Co., Ltd.
(25) The Chenming Group: Shandong Chenming Paper Holdings Limited, Shouguang Chenming Art Paper Co.Ltd.
(26) It-12-il Pjan ta’ Ħames Snin taċ-Ċina (2011-2015) ġie adottat fl-14 ta’ Marzu 2011.
(27) L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, li jkopri s-snin 2021-2025 li għadda mill-parlament Ċiniż, il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, f’Marzu 2021
(28) http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2019/2019-3/2019-03-30/5140126.PDF il-paġni 13 u 37
http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2020/2020-3/2020-03-28/5976095.PDF il-paġni 11 u 36
(29) Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji li Jippromwovu l-Aġġustamenti tal-Istruttura Industrijali.
(30) Ara l-Anness 19 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni tal-Implimentazzjoni tad-“Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”
(31) Għal konklużjoni simili ara r-Regolament 452/2011, il-premessa (76), u r-Regolament 2017/1187, il-premessa (45), li josservaw li d-Deċiżjoni Nru 40 hija legalment vinkolanti għall-korpi pubbliċi kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi fiċ-Ċina.
(32) Ara l-GFR, il-premessa (76)
(33) Ara l-premessi (82) sa (89) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 452/2011 u l-premessi 55 sa 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1187.
(34) Ara l-premessa 100 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/969
(35) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17) (“il-każ HRF”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1) (“il-każ tat-Tajers”) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5) (“il-każ tal-E-bikes”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 33) (“il-każ GFF”).
(36) Ara l-premessa (226) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72.
(37) Introduction_The Export-Import Bank of China (eximbank.gov.cn)
(38) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328, il-premessa (75)
(39) Ara l-premessa (266) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72.
(40) Ara t-talba tar-rikorrenti, l-Anness 20
(41) Ara t-talba tar-rikorrenti, l-Anness 20
(42) Ara t-talba tar-rikorrenti, l-Anness 16
(43) Ara t-talba tar-rikorrenti, l-Anness 16
(44) Ara t-talba tar-rikorrenti, l-Anness 16
(45) Ara l-premessa (274) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72.
(46) Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina - l-Ordni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 714.
(47) Ara l-premessa (466) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72
(48) Ara l-premessa (476) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287
(49) Ara t-talba tar-rikorrenti, il-premessi 221, 223 u 224.
(50) Ara l-premessa (503) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 u l-premessa (496) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72
(51) Ir-Rapport Annwali tal-2015 taċ-Chenming Group, il-paġna 14.
(52) Ir-Rapport Annwali tal-2018 taċ-Chenming Group, il-paġna 157, ir-Rapport Annwali tal-2019, il-paġna 146, u r-Rapport Interim tal-2021, il-paġna 159.
(53) Ir-Rapport Annwali tal-2018 taċ-Chenming Group, il-paġna 254, ir-Rapport Annwali tal-2019, il-paġna 253, ir-Rapport Annwali tal-2020, il-paġna 266, u r-Rapport Interim tal-2021, il-paġna 160.
(54) Ir-Rapport Annwali tal-2018 taċ-Chenming Group, il-paġni 5, 157 u 254, ir-Rapport Annwali tal-2019, il-paġni 5 u , 146 u 253, ir-Rapport Annwali tal-2020, il-paġni 6 u 266, u r-Rapport Interim tal-2021, il-paġni 6, 159 u 160.
(55) Ir-Rapport Annwali tal-2020 ta’ Gold East Paper (Jiangsu), il-paġni 65, 69 u 97
(56) It-Tħabbira [2021] Nru 13 tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar Titjib Ulterjuri fil-Politika ta’ Tnaqqis Qabel it-Taxxa Ponderat għall-Ispejjeż tar-Riċerka u l-Iżvilupp.
(57) Ara l-premessa (487) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287
(58) Ara l-premessa (335) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011.
(59) Ara l-premessa (82) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187.
(60) Ara l-paragrafu 221 tat-talba tar-rikorrenti.
(61) Ara l-premessa (129) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011
(62) Ara l-premessa (91) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(63) Ara l-premessa 211, 216, 233 u 235 tat-talba tar-rikorrenti
(64) Ara l-premessa (499) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287 u l-premessa (571) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/776.
(65) Ara l-premessa (142) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011
(66) Ara l-premessa (100) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(67) Ara l-premessa (189) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688
(68) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013, Investigazzjoni oriġinali dwar il-pannelli solari, il-premessa (336) sa (342); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ((UE) Nru 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar azzar miksi b’materjal organiku, il-premessa (293) sa (298).
(69) Ara l-premessa (152) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011
(70) Ara l-premessa (111) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(71) Ara l-Politika dwar is-Sussidji Preferenzjali għall-Intraprenditorija tal-Massa u l-Innovazzjoni, is-sussidji 47 sa 49, it-Talba tal-rikorrenti, l-Anness 34 Intraprenditorija tal-massa u l-innovazzjoni
(72) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013, Rieżami ta’ skadenza dwar il-pannelli solari, il-premessi (384) sa (392); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 dwar azzar miksi b’materjal organiku, il-premessa (189)
(73) Ara l-premessa (176) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011
(74) Ara l-premessa (119) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(75) Ara l-premessa (445) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287, ara l-premessa (192) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72
(76) Ara US CVD Sunset Review Uncoated Paper from China (2022) https://www.usitc.gov/publications/701_731/pub5275.pdf, paġna 9.
(77) Ara l-premessi 43, 46 u 56 tat-talba tar-rikorrenti
(78) Ara l-premessa (445) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287, ara l-premessa (192) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72
(79) Ara r-Rapport Annwali tal-2019 taċ-Chenming Group, il-paġni 5 u 253, u r-Rapport Annwali tal-2020, il-paġni 6 u 266.
(80) Ara l-premessa (125) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 u l-premessa (539) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287
(81) Ara l-premessa (251) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011
(82) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 GFF, il-premessa 498
(83) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2287, ACF, il-premessa 544.
(84) Ara r-Rapport Interim tal-2019 u tal-2020 taċ-Chenming Group, il-paġna 217 u 229 rispettivament
(85) Ara l-premessa (130) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(86) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72, OFC, il-premessa 453, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 Tajers, il-premessa 429.
(87) https://www.sinosure.com.cn/en/Sinosure/Profile/index.shtml.
(88) Ara l-premessa (105) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328
(89) Studju tal-OECD dwar il-politiki u l-programmi Ċiniżi tal-kreditu għall-esportazzjoni, il-paġna 7, il-paragrafu 32, disponibbli minn https://www.oecd.org/ officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=TAD/ECG(2015)3&doclanguage=en, aċċessat l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu 2021.
(90) Ara s-sit web ta’ Sinosure, Profil tal-kumpanija, Supporting “Made in China”, https://www.sinosure.com.cn/en/Resbonsiblity/smic/index.shtml, aċċessat l-aħħar fis-17 ta’ Awwissu 2021.
(91) http://www.gov.cn/ldhd/2009-05/27/content_1326023.htm
(92) Ara l-profil ta’ Sinosure https://www.sinosure.com.cn/en/Sinosure/Profile/index.shtml
(93) China Credit Insurance Corporation (SINOSURE) Releases the National Risk Analysis Report for 2020: Axton Global
(94) Ara l-premessa (112) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/328 u l-premessa (458) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72.
(95) Ara l-premessa (148) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(96) Ara l-premessa (149) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(97) Ara l-premessa (150) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187
(98) Ara t-talba tar-Rikorrenti, l-Anness 7, ir-rapporti dwar il-kapaċitajiet u d-domanda għas-CWF ta’ RISI.
(99) Ara t-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-Anness 7, ir-rapporti dwar il-kapaċitajiet u d-domanda għas-CWF ta’ RISI.
(100) Il-kapaċitajiet ta’ riżerva huma kkunsidrati bħala d-differenza bejn il-kapaċitajiet eżistenti tas-CFP Ċiniżi, id-domanda għas-CFP Ċiniża u l-esportazzjonijiet tas-CFP Ċiniżi mit-talba (ara l-Anness 8, Svan data).
(101) Il-kapaċitajiet żejda huma kkunsidrati bħala d-differenza bejn il-kapaċitajiet eżistenti tas-CFP Ċiniżi u d-domanda domestika għas-CFP Ċiniża.
(102) Ara l-Anness 10 tat-talba tar-rikorrenti.
(103) Il-premessa 158 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 451/2011.
(104) Svan data hija konsulenza ta’ riċerka dwar is-suq (https://svandata.com/)
(105) Ibbażat fuq data mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun
(106) Ibbażat fuq Ibid. Huma l-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li magħhom żdied il-profitt fil-mira.
(107) Matul il-PIR, il-kostijiet tal-merkanzija kienu f’livelli għoljin b’mod anormali. Għalhekk, il-Kummissjoni użat il-kostijiet tal-merkanzija tal-2019 biex tikkalkula l-prezzijiet totali teoretiċi sal-konsenja Ċiniżi. F’konformità mad-data mit-talba għal rieżami ta’ skadenza (l-Anness 28), il-kostijiet tal-merkanzija miċ-Ċina lejn l-UE bħala medja fl-2019 kienu jammontaw għal EUR 63 għal kull tunnellata u l-kost tal-ġestjoni doganali kien jammonta għal EUR 8 għal kull tunnellata.
(108) Data mit-talba tar-rikorrenti. Il-prezz totali sal-konsenja tal-UE ġie kkalkulat bħala l-prezzijiet FOB Ċiniżi li magħhom żdiedu l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-ġestjoni doganali.
(109) Intergraf tirrappreżenta 21 federazzjoni nazzjonali tal-istampar. L-istampaturi Ewropej irrappreżentati minn Intergraf huma utenti tas-CFP u potenzjalment importaturi tas-CFP miċ-Ċina.
(110) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(111) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).