|
16.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1634
tal-5 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 15(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jipprovdi metodi dettaljati għall-kalkolu tal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief. |
|
(2) |
Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 huma bbażati fuq id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 stabbilita f’konformità mal-proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2173 (3) biex titqies l-introduzzjoni tad-WLTP, billi ġie ċċarat kif iridu jiġu ddeterminati l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ tipi partikolari ta’ manifatturi. Madankollu, hija meħtieġa kjarifika ulterjuri għall-manifatturi li huma membri ta’ konsorzju sabiex jiġi previst il-metodu ta’ kalkolu għall-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għas-snin kalendarji mill-2021 sal-2024. |
|
(3) |
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu għall-miri tad-deroga applikabbli fis-snin kalendarji mill-2021 sal-2024. Għaċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-metodu ta’ kalkolu wkoll għall-miri tad-deroga applikabbli fis-snin kalendarji 2025 sa 2028, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Sabiex issir distinzjoni bejn il-każ ta’ vetturi bażi kompluti u inkompleti, id-definizzjoni tal-massa tat-test (“TM”) għall-massa tat-test medja f’kilogrammi tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha stabbilita fil-Parti B, il-punt 6.2.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jenħtieġ li tiġi adattata. |
|
(5) |
L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 jispeċifikaw it-tip u l-format tad-data li trid tinġabar mill-Istati Membri, jew mill-manifatturi, u trażmessa kull sena lill-Kummissjoni dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Abbażi tal-esperjenza miksuba, sar evidenti li ċerti parametri ta’ monitoraġġ jistgħu jitneħħew sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ monitoraġġ, peress li dawk il-parametri ma jintużawx għall-kalkolu tal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi jew tal-emissjonijiet speċifiċi medji, u għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mingħajr ma tiġi mxekkla l-valutazzjoni robusta tal-konformità tal-manifatturi mal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tagħhom. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiżdiedu ċerti parametri ġodda, b’mod partikolari għall-fini tal-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fis-servizz. Dawk il-bidliet fil-parametri jeħtieġ li jiġu riflessi għat-tip ta’ data li trid tinġabar fil-Parti A tal-Anness II u fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 kif ukoll għall-formati għall-ġbir tad-data fil-Parti B tal-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 jagħti dettalji dwar proċedura għall-manifatturi biex jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri tal-massa fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief li huma approvati skont it-tip fi stadji multipli. Fil-każ ta’ vettura bażi individwali inkompleta, il-massa tal-vettura trid tiġi kkalkolata f’konformità mal-Parti A, il-punt 1.2.4 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631, filwaqt li jitqies il-valur tal-massa tal-karozzerija (B0), li ġie stabbilit għal 1,375 għall-kalkoli relatati mas-sena kalendarja 2021. Għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, dak il-valur jenħtieġ li jiġi rivedut abbażi tal-medja tal-massa fi stat ta’ tħaddim ta’ vetturi bażi inkompleti ġodda rreġistrati fl-Unjoni fis-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020. |
|
(7) |
Fin-nuqqas tad-data finali ta’ monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2020, ir-reviżjoni tal-valur B0 ma setgħetx tiġi ffinalizzata sal-31 ta’ Ottubru 2021 kif previst fil-Parti A, il-punt 1.2.4 tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2019/631. Meta jitqies li r-reviżjoni tal-valur B0 bl-użu tad-data għas-snin kalendarji 2018 u 2019 biss kienet tirriżulta f’valur li kien qrib ħafna tal-valur B0 attwali u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u tiġi pprovduta ċertezza legali għall-manifatturi kkonċernati, huwa xieraq li jinżamm il-valur B0 applikabbli bħalissa għas-sena kalendarja 2022. Għas-snin kalendarji 2023 u 2024, il-valur B0 rivedut ġie kkalkolat abbażi tad-data ta’ monitoraġġ finali għall-vetturi kummerċjali ħfief għas-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020. Barra minn hekk, biex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-manifatturi wara l-2024, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-valur B0 rivedut jibqa’ applikabbli wkoll fis-snin ta’ wara l-2024. |
|
(8) |
Hija meħtieġa kjarifika biex jitqiesu aħjar il-modi differenti biex tiġi ddeterminata l-influwenza ajrudinamika fil-każ ta’ vetturi bażi N1 inkompleti bħala parti mill-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ monitoraġġ tas-CO2. |
|
(9) |
Il-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 fiha ċerta informazzjoni relatata b’mod partikolari mal-proċedura tat-test regolatorju tal-NEDC li ma għadhiex valida, u għalhekk jenħtieġ li titħassar. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punti li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024:
|
(a) |
il-punt 1(a)(ii) u (iii) u l-punt 2(b) u (c) tal-Anness II; |
|
(b) |
il-punt 1(a)(iii) u (v) u l-punt 3(c) u (e) tal-Anness III. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2173 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna l-parametri ta’ monitoraġġ u jiċċara ċerti aspetti relatati mal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
fil-Parti B, it-Taqsima 2 A, it-tabella hija emendata kif ġej:
|
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti B titħassar; |
|
(3) |
fil-Parti C, it-Taqsima 2a hija emendata kif ġej:
|