2.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1580

tal-31 ta’ Lulju 2023

li jemenda għat-338 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta’ Lulju 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda żewġ entrati fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrati segwenti taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:

(a)

“Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: (a) Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja (indirizz preċedenti) (b) il-Malasja. Data ta’ twelid: 20.1.1964. Post ta’ twelid: Johor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjan. Nru tal-Passaport: A 10472263. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Yazid Sufaat (psewdonimu anqas affidabbli: (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: (a) Taman Bukit Ampang, l-Istat ta’ Selangor, il-Malasja (indirizz preċedenti) (b) il-Malasja (fil-ħabs mill-2013 sal-2019). Data ta’ twelid: 20.1.1964. Post ta’ twelid: Johor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjan. Nru tal-Passaport: A 10472263. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Informazzjoni oħra: Membru fundatur ta’ Jemaah Islamiyah (JI) li ħadem fuq il-programm ta’ armi bijoloġiċi ta’ Al-Qaida, ipprovda appoġġ lil dawk involuti fl-attakki tal-Al-Qaida fl-11 ta’ Settembru 2001 fl-Istati Uniti tal-Amerka, u kien involut f’operazzjonijiet ta’ bbumbardjar JI. Miżmum fil-Malasja mill-2001 sal-2008. Arrestat fil-Malasja fl-2013 u kkundannat għal 7 snin f’Jannar 2016 talli naqas milli jirrapporta informazzjoni relatata ma’ atti terroristiċi. Id-detenzjoni spiċċat fl-20 ta’ Novembru 2019. Wettaq ordni ta’ residenza ristretta ta’ sentejn f’Selangor Malaysia sal-21 ta’ Novembru 2021. Ritratti disponibbli fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

(b)

“Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani (magħruf ukoll bħala (a) Faisal Ahmed Ali Alzahrani, (b) Abu Sarah al-Saudi (c) Abu Sara Zahrani). Data ta’ twelid: 19.1.1986. Nazzjonalità: L-Arabja Sawdija. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Numru tal-passaport: (a) K142736 (numru tal-passaport tal-Arabja Sawdija maħruġ 14.7.2011 f’Al-Khafji, l-Arabja Sawdija), (b) G579315 (numru tal-passaport tal-Arabja Sawdija). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.”

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani (psewdonimu affidabbli: Faisal Ahmed Ali Alzahrani; psewdonimi anqas affidabbli: a) Abu Sarah al-Saudi, b) Abu Sara Zahrani). Data ta’ twelid: 19.1.1986. Nazzjonalità: L-Arabja Sawdija. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Numru tal-passaport: (a) K142736 (numru tal-passaport tal-Arabja Sawdija maħruġ 14.7.2011 f’Al-Khafji, l-Arabja Sawdija), (b) Numru tal-passaport tal-Arabja Sawdija, G579315. Informazzjoni oħra: Allegatament mejjet. Kien l-uffiċjal tad-diviżjoni taż-żejt u l-gass tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq, għall-Governorat ta’ Al Barakah, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, minn Mejju 2015. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.”