20.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1490
tad-19 ta’ Lulju 2023
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 15(2), ir-raba’ subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, sustanzi CMR tal-kategorija 1B jew sustanzi CMR tal-kategorija 2 skont il-livell tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom. |
(2) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jipprevedi li għandu jiġi pprojbit li s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (sustanzi CMR) jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, sustanza CMR tista’ tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Sabiex tiġi implimentata b’mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta’ sustanzi ristretti jew permessi fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-listi ta’ sustanzi ristretti jew permessi fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq. |
(4) |
Dan ir-Regolament ikopri s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 (3) (“is-sustanzi rilevanti”). Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/692 se japplika mill-1 ta’ Diċembru 2023. |
(5) |
Ma tressqet l-ebda talba għall-użu fil-prodotti kożmetiċi bħala eċċezzjoni għas-sustanzi rilevanti. |
(6) |
Is-sustanzi rilevanti bħalissa la huma ristretti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, u lanqas permessi fl-Annessi IV, V jew VI ta’ dak ir-Regolament. |
(7) |
Is-sustanza aċidu 2-etileżanojku (Nru CAS 149-57-5) bħalissa hija elenkata fl-entrata 1024 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Madankollu, l-imlieħ ta’ dik is-sustanzi, li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR [tal-kategorija 1B] bir-Regolament Delegat (UE) 2022/692, mhumiex inklużi f’dik l-entrata. Bħalissa, l-ebda waħda mis-sustanzi rilevanti l-oħra ma hija elenkata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u jenħtieġ li l-imlieħ tas-sustanza aċidu 2-etileżanojku jiżdiedu fl-entrata 1024 ta’ dak l-Anness. |
(8) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(9) |
L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi rilevanti bħala sustanzi CMR u għalhekk jenħtieġ li japplikaw mill-istess data ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 tas-16 ta’ Frar 2022 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 129, 3.5.2022, p. 1).
ANNESS
L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrata 1024 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|