19.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/97


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1483

tat-13 ta’ Lulju 2023

li jistabbilixxi l-għeluq tal-istaġun tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2023.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2023.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2023 lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tal-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 imsemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, għandhom ikunu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord u jsiru rilokazzjoni, trażbord jew ħatt l-art tal-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).


ANNESS

Nru

03/TQ194

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha)

Stokk

HAD/1N2AB.

Speċi

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

Data tal-għeluq

Il-15 ta’ Ġunju 2023