|
17.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1466
tal-14 ta’ Lulju 2023
li jemenda l-Annessi V, XIV, XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għan-Namibja, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u ta’ bajd u prodotti tal-bajd
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew it-territorji, jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew it-territorji jew iż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-kontea ta’ Cumbria, l-Ingilterra (1), u fil-kontea ta’ Aberdeenshire, l-Iskozja (1), li ġew ikkonfermati fit-2 u fid-9 ta’ Lulju 2023 rispettivament permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Ir-Renju Unit issottometta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jiġi evitat aktar tixrid tal-HPAI. |
|
(8) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni taħt restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
|
(9) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata fir-rigward tas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(10) |
B’mod partikolari, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ 32 tifqigħa tal-HPAI fl-istabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (6), British Columbia (11), Nova Scotia (1), Ontario (2), Quebec (6) u Saskatchewan (6), fil-Kanada li ġew ikkonfermati bejn l-14 ta’ April 2022 u s-6 ta’ Mejju 2023. |
|
(11) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fl-istabbilimenti tal-pollam fil-kontej ta’ Lincolnshire (2) u East Sussex (1) fl-Ingilterra, ir-Renju Unit li ġew ikkonfermati bejn is-17 ta’ Mejju 2023 u l-25 ta’ Mejju 2023. |
|
(12) |
Minbarra dan, l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ North Dakota, South Dakota u Tennessee, li ġew ikkonfermati bejn il-5 ta’ Jannar 2023 u d-19 ta’ April 2023. |
|
(13) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti wkoll issottomettew informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfettar wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti. Il-Kummissjoni tqis li l-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam miż-żoni kkonċernati tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(16) |
Barra minn hekk, peress li għal ħafna snin ma esportatx u mhi qed tippjana l-ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-pollam u l-prodotti ġerminali tagħhom, ta’ laħam frisk tar-ratiti, ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u ta’ bajd u prodotti tal-bajd, in-Namibja talbet li titneħħa mil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti stabbiliti fl-Annessi V, XIV, XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-Annessi jiġu emendati skont dan. |
|
(17) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1226 (4) emenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi stabbilixxa data tal-ftuħ għaż-żona CA-2.187 li qabel kienet magħluqa, fl-entrati għall-Kanada. Instab żball wieħed fir-ringiela għal dik iż-żona fil-Parti 1 tal-Anness V li jenħtieġ tiġi kkoreġuta. Għalhekk dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan. |
|
(18) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI u t-talba li saret min-Namibja, l-emendi li għandhom isiru għall-Annessi V, XV, XIV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(19) |
Il-korrezzjoni għall-entrata għall-Kanada fir-ringiela għaż-żona CA-2.187 fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1226. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V, XIV, XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Parti II tal-Anness għal dan ir-Regolament għandu japplika mis-27 ta’ Ġunju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1226 tat-22 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì u għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 160, 26.6.2023, p. 19).
ANNESS
PARTI I
EMENDI GĦAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness XV huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness XIX, fil-Parti 1, l-entrata għan-Namibja titħassar. |
PARTI II
KORREZZJONI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2021/404
Fil-Parti 1 tat-Taqsima B tal-Anness V, fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.187 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“CA Il-Kanada |
CA-2.187 |
BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 |
N, P1 |
|
18.4.2023 |
14.6.2023” |