14.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1451

tat-13 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 fir-rigward tan-notifikar tal-mard u l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa mill-Istati Membri għall-approvazzjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi u fl-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 35 u 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli rigward il-mard tal-annimali li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar in-notifikar u r-rapportar tal-mard, dwar il-programmi ta’ sorveljanza, u ta’ eradikazzjoni tal-Unjoni, u dwar l-istatus ta’ ħelsien mill-mard.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi r-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard tal-annimali elenkat u li qed ifeġġ.

(3)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni tad-dispożizzjonijiet dwar in-notifikar u r-rapportar tal-mard, dwar il-programmi ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni tal-Unjoni, u dwar l-istatus ta’ ħelsien mill-mard stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 u fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689, ir-regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-informazzjoni, il-formati u r-rekwiżiti proċedurali għall-programmi ta’ sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 (3).

(4)

L-esperjenza li nkisbet permezz tas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar l-eżitu tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati, u l-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard fil-perjodu mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002, u speċjalment fid-dawl tad-data diġà disponibbli fis-Sistema kompjuterizzata ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS) prevista fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429, turi li ċerti elementi tal-informazzjoni li attwalment huma meħtieġa minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni mhumiex essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri jenħtieġ li dawk l-elementi ma jkunux meħtieġa. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 jiġi emendat skont dan.

(5)

L-informazzjoni li trid tingħata dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni hija disponibbli fl-ADIS. L-abbozzi tal-programmi ta’ eradikazzjoni sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni jenħtieġ li jiġu sottomessi wkoll b’mod elettroniku permezz tal-ADIS, sabiex tiġi żgurata l-koerenza.

(6)

Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002, indikat li jenħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi V, VI u VII tiegħu, biex jiġi żgurat li jkun ċar li l-ambitu territorjali ta’ programm ta’ eradikazzjoni approvat li jikkonċerna l-annimali akkwatiċi, u l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal dawk l-annimali, ikunu jistgħu japplikaw fil-livell tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi V, VI u VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 jiġu emendati skont dan.

(7)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jipprevedi diversi derogi li huma rilevanti għas-sottomissjoni ta’ programm ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew C tal-annimali akkwatiċi f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002. Fil-present, deroga waħda biss minn dawn hija msemmija f’dak l-Anness. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 jiġi emendat biex ikun żgurat li d-derogi rilevanti kollha jissemmew fit-Taqsima 4 tal-Anness VII tiegħu.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati annwali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati

1.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati tagħhom li jkollhom għaddejjin.

2.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, għal kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, għandu jkun fihom l-informazzjoni speċifikata:

(a)

fit-Taqsima 1 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti;

(b)

fit-Taqsima 2 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV);

(c)

fit-Taqsima 3 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (l-infezzjoni bil-BTV);

(d)

fit-Taqsima 4 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi.

3.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.”;

(2)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu (2) jitħassar;

(3)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja tal-paragrafu 1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“Lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettulha għall approvazzjoni:”;

(b)

jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Il-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS”;

(4)

fl-Artikolu 11, il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“Meta japplikaw lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard f’konformità mat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fl-applikazzjonijiet tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tkun ingħatat fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti speċifikata fi:”;

(5)

L-Annessi V, VI u VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V, VI u VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness V:

(a)

it-Taqsima 1, il-punt 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.

Informazzjoni dwar l-istabbilimenti u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju f’konformità mal-punt 5, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni ta’ annimali fil-mira, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (*1) fil-31 ta’ Diċembru;

(b)

l-għadd ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż, bit-tilqim jew mingħajru, meta jkun rilevanti, mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;

(d)

l-għadd ta’ annimali miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c);

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti li ġew ikkonfermati li kienu infettati waqt il-perjodu ta’ rappurtar.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).”;"

(b)

It-Taqsima 4, il-punt 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.

Informazzjoni dwar l-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju msemmi fil-punt 5 skont l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, li huma inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni, fil-31 ta’ Diċembru;

(b)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, mill-għadd ta’ stabbilimenti jew mill-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a), li mhumiex infettati fil-31 ta’ Diċembru;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti u mill-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;

(d)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati ġodda, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti u punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru.”

(2)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew ta’ żoni rigward il-mard ta’ annimali terrestri u akkwatiċi, u fl-applikazzjonijet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti fir-rigward ta’ mard tal-annimali akkwatiċi, f’konformità mal-Artikolu 11”;

(b)

it-Taqsima 6 hija emendata kif ġej:

(i)

il-punti minn 1 sa 7 huma ssostitwiti b’dan li ġej

“1.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda li tkun inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(b)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(d)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati b’test seroloġiku għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis kull sena fl-aħħar tliet snin;

(f)

l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

(g)

l-għadd ta’ każijiet ta’ abort minn annimali bovini miżmuma li setgħu ġew ikkawżati minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis investigati kull sena għall-aħħar tliet snin;

(h)

id-data tal-aħħar każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’annimali bovini miżmuma;

(i)

id-data tal-aħħar tilqima kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali bovini miżmuma;

2.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru fl-aħħar tliet snin;

(b)

l-għadd ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(d)

l-għadd ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini li ġew ittestjati għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis kull sena fl-aħħar tliet snin;

(f)

l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

(g)

l-għadd ta’ każijiet ta’ abort ta’ annimali ovini jew kaprini li setgħu ġew ikkawżati mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis li ġew investigati kull sena fl-aħħar tliet snin;

(h)

id-data tal-aħħar każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali ovini jew kaprini miżmuma;

(i)

id-data tal-aħħar tilqima kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali ovini jew kaprini miżmuma;

3.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-MTBC, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(b)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC inkluż l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(d)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati għall-MTBC kull sena fl-aħħar tliet snin;

(f)

l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

(g)

l-għadd ta’ annimali bovini mbiċċra, li jippreżentaw feriti li hu ssuspettat li huma kkawżati mill-infezzjoni bl-MTBC, li jkunu ġew investigati kull sena fl-aħħar tliet snin;

(h)

l-għadd ta’ stabbilimenti li ġew ikkonfermati li kienu infettati bl-MTBC kull sena fl-aħħar tliet snin;

4.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-EBL, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(b)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-EBL inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(d)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati għall-EBL kull sena fl-aħħar tliet snin;

(f)

l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

(g)

l-għadd ta’ kampjuni minn annimali bovini li meta tbiċċru kellhom aktar minn 24 xahar, u kellhom tumuri li setgħu kienu kkawżati mill-EBL u li ġew eżaminati fil-laboratorju biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-EBL kull sena fl-aħħar tliet snin;

(h)

l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bl-EBL, kull sena fl-aħħar tliet snin;

5.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-IBR/IPV, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(b)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti bl-istatus ta’ ħelsien mill-IBR/IPV inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(d)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti ttestjati għall-IBR/IPV kull sena fl-aħħar tliet snin;

(f)

l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

(g)

l-għadd ta’ stabbilimenti kkonfermati infettati bl-IBR/IPV kull sena fl-aħħar tliet snin;

(h)

id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-IBR/IPV tal-annimali bovini miżmuma;

6.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-ADV, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali porċini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(b)

l-għadd ta’ annimali porċini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(d)

l-għadd ta’ annimali porċini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti fejn tkun twettqet sorveljanza biex tiġi skoperta kull evidenza klinika, viroloġika jew seroloġika ta’ infezzjoni bl-ADV kull sena fl-aħħar tliet snin;

(f)

l-għadd ta’ annimali porċini ttestjati fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

(g)

l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bil-ADV kull sena fl-aħħar tliet snin;

(h)

id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-ADV tal-annimali porċini miżmuma;

7.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-BVD, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(b)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(c)

l-għadd ta’ stabbilimenti bl-istatus ta’ ħelsien mill-BVD inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(d)

l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti ttestjati għall-BVD kull sena fl-aħħar tliet snin;

(f)

l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

(g)

l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bil-BVD kull sena fl-aħħar tliet snin;

(h)

id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-BVD tal-annimali bovini miżmuma.”;

(ii)

il-punt 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“10.

fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi, agħti l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-programm, skont l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, skont ir-rilevanza għall-kamp ta’ applikazzjoni territorjali:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, li huma inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni, kif ukoll mapep li juru l-post fejn jinsabu l-istabbilimenti u l-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi;

(b)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, mill-għadd ta’ stabbilimenti u punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a), li mhumiex infettati;

(c)

l-għadd ta’ żjarat tas-saħħa tal-annimali għal kull stabbiliment tal-akkwakultura approvat u fejn ikun rilevanti, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat;

(d)

l-għadd ta’ drabi li ttieħdu l-kampjuni għal kull stabbiliment tal-akkwakultura approvat u fejn ikun rilevanti, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat u għal kull punt ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, kif ukoll id-dettalji tal-ispeċijiet, ir-riżultati tal-kampjunar (pożittiv/negattiv) u t-temperatura tal-ilma fil-ħin tal-kampjunar;

(e)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a);

(f)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati ġodda u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a).”;

(3)

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima 1, il-punt 9 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“9.

Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni b’rabta mal-kriterji speċifiċi għall-marda biex jinkiseb l-istatus ta’ ħelsien mill-mard, inklużi mill-inqas:

(a)

it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ stabbilimenti infettati;

(b)

iż-żieda annwali mistennija fl-għadd ta’ stabbilimenti ħielsa mill-mard.”;

(b)

fit-Taqsima 4, il-punti 5 u 6 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“5.

Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment, skont ir-rilevanza għall-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, inklużi:

(a)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, skont it-tip ta’ produzzjoni u l-istatus tas-saħħa;

(b)

l-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (a) skont l-istatus tas-saħħa;

(c)

mapep li jindikaw:

(i)

il-pożizzjoni ġeografika tal-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (a) u ż-żoni rilevanti tal-magħqad tal-ilma; u

(ii)

id-distribuzzjoni ġeografika tal-każijiet ta’ infezzjoni bil-mard rilevanti tal-kategoriji B jew C għal perjodu ta’ mill-inqas l-aħħar ħames snin;

(d)

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-annimali akkwatiċi selvaġġi, fejn ikun rilevanti.

6.

Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 li tinkludi mill-inqas:

(a)

l-iskemi ta’ kampjunar u l-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal:

(i)

żjarat tas-saħħa u kampjunar fi stabbilimenti tal-akkwakultura;

(ii)

is-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi, fejn ikun rilevanti;

(b)

il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;

(c)

il-miżuri ta’ bijosigurtà u mitigazzjoni tar-riskji li jridu jiġu implimentati;

(d)

skemi ta’ tilqim, fejn ikun rilevanti;

(e)

il-miżuri li jridu jiġu implimentati fir-rigward tal-annimali akkwatiċi selvaġġi u l-għadd u l-lokalità ġeografika tal-punti ta’ kampjunar fejn ikun rilevanti;

(f)

id-derogi li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 47(4), mal-Artikolu 51(2) jew mal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fejn ikun rilevanti;

(g)

il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti.”.


(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).”;”