|
11.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1435
tat-2 ta’ Mejju 2023
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward tal-modifika tal-entrati fil-Parti 3 tal-Anness VI għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, għall-aċidu boriku, għat-triossidu tad-diboron, għall-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat, għat-tetraborat tad-disodju, anidru, għall-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, għad-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju u għall-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Parti 3, it-Tabella 3, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha lista tal-klassifikazzjoni u tal-ittikkettar armonizzati tas-sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Tressqu proposti għall-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni u tal-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi u għall-aġġornament jew għat-tħassir tal-klassifikazzjoni u tal-ittikkettar armonizzati ta’ ċerti sustanzi oħra lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (l-“RAC”) tal-Aġenzija adotta opinjonijiet dwar dawk il-proposti, wara li kkunsidra l-kummenti li waslu mingħand il-partijiet ikkonċernati. |
|
(3) |
L-opinjoni tal-RAC tal-20 ta’ Settembru 2019 dwar l-aċidu boriku, it-triossidu tad-diboron, l-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat, it-tetraborat tad-disodju, anidru, l-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, id-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju u l-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju (2), kif ukoll l-opinjoni tal-RAC tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu (3), iddeskrivew evidenza xjentifika li tindika li t-tossiċità riproduttiva ta’ kull wieħed minn dawk il-gruppi ta’ sustanzi hija dovuta għal entità molekulari komuni għall-membri kollha ta’ grupp ta’ sustanzi. Għalhekk, l-esperti tal-Istati Membri kkonsultati fil-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni CARACAL (Awtoritajiet Kompetenti għar-Reġistrazzjoni, għall-Valutazzjoni, għall-Awtorizzazzjoni u għar-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) u għall-Klassifikazzjoni, għall-Ittikkettar u għall-Imballaġġ (CLP)) talbu ż-żieda ta’ noti mal-entrati relatati mal-gruppi ta’ sustanzi msemmija f’dawk l-opinjonijiet tal-RAC tal-2019 u tal-2020, sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni li fiha bosta sustanzi li jappartjenu għal wieħed minn dawk il-gruppi jkunu preżenti flimkien f’taħlita u biex jiġi previst li l-limitu ta’ konċentrazzjoni applikabbli għall-klassifikazzjoni tat-taħlita għandu jitqabbel mas-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi. Dawk in-noti żdiedu mal-Parti 1, it-taqsima 1.1.3.2, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1434. Tal-25 ta’ April 2023 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward taż-żieda tan-noti mal-Parti 1, it-Taqsima 1.1.3, tal-Anness VI (4) bħala n-nota 11 u n-nota 12. Għalhekk jixraq li tiżdied referenza għan-nota 11 mal-entrati għall-aċidu boriku, għat-triossidu tad-diboron, għall-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat, għat-tetraborat tad-disodju, anidru, għall-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju, għad-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju u għall-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju u referenza għan-nota 12 mal-entrata għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, l-RAC irrakkomanda li tiżdied nota ma’ din l-entrata, bil-għan li titqies il-possibbiltà li, għalkemm l-entrata għal dan il-grupp ta’ sustanzi hija bbażata fuq il-proprjetajiet tossiċi ta’ parti komuni ta’ dawk is-sustanzi, parti oħra tas-sustanzi li hija speċifika għas-sustanzi tista’ tiġġustifika klassifikazzjoni f’kategorija ogħla jew klassifikazzjoni b’ambitu usa’, pereż. billi jiġu inklużi differenzazzjoni addizzjonali, organi fil-mira u/jew dikjarazzjonijiet ta’ periklu, għal ċerti sustanzi fl-entrata. Tali nota żdiedet mal-Parti 1, it-taqsima 1.1.3.1, tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1434. bħala n-nota X. Għalhekk jixraq li tiżdied referenza għan-nota X mal-entrata dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu. |
|
(5) |
L-esperti tal-Istati Membri kkonsultati fil-grupp ta’ esperti CARACAL issuġġerew li n-nota A attwali għandha tkun applikabbli għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu. In-nota A tippreskrivi li għal sustanzi koperti minn entrata b’deskrizzjoni ġenerali, bħal pereżempju “komposti…” jew “imlieħ…”, il-fornitur huwa meħtieġ li jiddikjara l-isem korrett fuq it-tikketta. Peress li l-entrata għall-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu fiha deskrizzjoni ġenerali bħal din, jenħtieġ li tiżdied referenza għan-nota A mal-entrata. |
|
(6) |
Peress li r-Regolament Delegat (UE) 2023/1434 ġie adottat fil-25 ta’ April 2023, in-noti inklużi f’dak ir-Regolament ma setgħux jiddaħħlu fit-Tabella 3 tal-Anness VI fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/849 (5) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 (6) li żiedu l-entrati rispettivi fit-Tabella 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għalhekk jeħtieġ li jiġu aġġornati l-entrati li jikkonċernaw l-aċidu boriku; it-triossidu tad-diboron; l-ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat; it-tetraborat tad-disodju, anidru; l-aċidu ortoboriku melħ tas-sodju; id-dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju; il-pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju, billi tiżdied referenza għan-nota 11 ma’ kull wieħed minnhom. Jeħtieġ ukoll li tiġi aġġornata l-entrata dwar l-aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu billi tiżdied referenza għan-nota 12 u għan-nota X f’dik l-entrata. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati riveduti ma tkunx meħtieġa minnufih, għaliex il-fornituri għandhom bżonn ftit żmien biex jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet armonizzati riveduti u sabiex ibigħu l-ħażniet eżistenti ta’ sustanzi u taħlitiet. Dan il-perjodu ta’ żmien jippermetti wkoll lill-fornituri jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ rekwiżiti oħra stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b’dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati riveduti, u li jadattaw l-ittikkettar u l-imballaġġ skont dan, fuq bażi volontarja mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u biex tingħata biżżejjed flessibbiltà lill-fornituri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2025.
Il-fornituri jistgħu jikklassifikaw, jittikkettaw u jippakkjaw is-sustanzi u t-taħlitiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat b’dan ir-Regolament, mill-31 ta’ Lulju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) https://echa.europa.eu/documents/10162/584263da-199c-f86f-9b73-422a4f22f1c3
(3) https://echa.europa.eu/documents/10162/8740de5b-368d-55a7-7955-094ef602d760
(4) Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Fil-Parti 3, it-Tabella 3, tal-Anness VI, l-entrati li jikkorrispondu għan-numri tal-indiċi 005-007-00-2, 005-008-00-8, 005-011-00-4 u 607-230-00-6 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin rispettivament:
|
Nru tal-Indiċi |
Isem Kimiku |
Nru KE |
Nru CAS |
Klassifikazzjoni |
Tikkettar |
Limiti ta’ Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATEs |
Noti |
|||
|
Klassi tal-Periklu u Kodiċi tal-Kategorija |
Kodiċi tad-Dikj. tal-Periklu |
Pittogramma, Kodiċi tal-Kliem Sinjal |
Kodiċi tad-Dikj. tal-Periklu |
Kodiċi Suppl. tad-Dikj. tal-Periklu |
||||||
|
“005-007-00-2 |
aċidu boriku; [1] aċidu boriku [2] |
233-139-2 [1] 234-343-4 [2] |
10043-35-3 [1] 11113-50-1 [2] |
Ripr. 1B |
H360FD |
GHS08 Dgr |
H360FD |
|
|
11 ” |
|
“005-008-00-8 |
triossidu tad-diboron |
215-125-8 |
1303-86-2 |
Ripr. 1B |
H360FD |
GHS08 Dgr |
H360FD |
|
|
11 ” |
|
“005-011-00-4 |
ettaossidu tad-disodju tat-tetraboron, idrat; [1] tetraborat tad-disodju, anidru; [2] aċidu ortoboriku, melħ tas-sodju; [3] dekaidrat tat-tetraborat tad-disodju; [4] pentaidrat tat-tetraborat tad-disodju [5] |
235-541-3 [1] 215-540-4 [2] 237-560-2 [3] 215-540-4 [4] 215-540-4 [5] |
12267-73-1 [1] 1330-43-4 [2] 13840-56-7 [3] 1303-96-4 [4] 12179-04-3 [5] |
Ripr. 1B |
H360FD |
GHS08 Dgr |
H360FD |
|
|
11 ” |
|
“607-230-00-6 |
aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk speċifikati banda oħra f’dan l-Anness |
- |
- |
Ripr. 1B |
H360D |
GHS08 Dgr |
H360D |
|
|
A, X, 12 ” |