3.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1341
tat-30 ta’ Ġunju 2023
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836, Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837, Lentilactobacillus buchneri DSM 16774, Pediococcus acidilactici DSM 16243, Pediococcus pentosaceus DSM 12834, Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245, Levilactobacillus brevis DSM 12835, Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121, Lactococcus lactis NCIMB 30160, Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 u Lactococcus lactis DSM 11037 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1263/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Il-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum DSM 12836), Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum DSM 12837), Lentilactobacillus buchneri DSM 16774 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus buchneri DSM 16774), Pediococcus acidilactici DSM 16243, Pediococcus pentosaceus DSM 12834, Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus paracasei DSM 16245), Levilactobacillus brevis DSM 12835 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus brevis DSM 12835), Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus rhamnosus NCIMB 30121), Lactococcus lactis NCIMB 30160, Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus buchneri DSM 12856) u Lactococcus lactis DSM 11037 ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2011 (2). |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836, Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837, Lentilactobacillus buchneri DSM 16774, Pediococcus acidilactici DSM 16243, Pediococcus pentosaceus DSM 12834, Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245, Levilactobacillus brevis DSM 12835, Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121, Lactococcus lactis NCIMB 30160, Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 u Lactococcus lactis DSM 11037 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, b’talba biex l-addittivi jiġi kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (3) , (4), tat-23 ta’ Ġunju 2021 (5) , (6) , (7), tad-29 ta’ Settembru 2021 (8) , (9) , (10), tal-10 ta’ Novembru 2021 (11), tas-26 ta’ Jannar 2022 (12) u tat-23 ta’ Marzu 2022 (13), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikanti pprovdew evidenza li l-addittivi għadhom sikuri għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati. Ikkonkludiet ukoll li l-preparati mhumiex irritanti tal-ġilda u tal-għajnejn, imma jenħtieġ li jitqiesu bħala sensitizzaturi potenzjali tal-ġilda u respiratorji. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (14), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjonijiet preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjonijiet attwali. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tiġġedded. |
(7) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
(8) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-preparati bħala addittivi tal-għalf kif ukoll tal-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni oħra kkonċernata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1263/2011, jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar. |
(9) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836, Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837, Lentilactobacillus buchneri DSM 16774, Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245, Levilactobacillus brevis DSM 12835, Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121 u Lentilactobacillus buchneri DSM 12856, huwa xieraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-preparati speċifikati fl-Anness, li jaqgħu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u l-grupp funzjonali “addittiv tas-silaġġ”, huma mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1263/2011 jitħassar.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
Il-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836, Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837, Lentilactobacillus buchneri DSM 16774, Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245, Levilactobacillus brevis DSM 12835, Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121 u Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih dawn il-preparati, li jiġu mmanifatturati u ttikkettati qabel it-23 ta’ Lulju 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-23 ta’ Lulju 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u użati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2011 tal-5 ta’ Diċembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus buchneri (DSM 16774), Lactobacillus buchneri (DSM 12856), Lactobacillus paracasei (DSM 16245), Lactobacillus paracasei (DSM 16773), Lactobacillus plantarum (DSM 12836), Lactobacillus plantarum (DSM 12837), Lactobacillus brevis (DSM 12835), Lactobacillus rhamnosus (NCIMB 30121), Lactococcus lactis (DSM 11037), Lactococcus lactis (NCIMB 30160), Pediococcus acidilactici (DSM 16243) u Pediococcus pentosaceus (DSM 12834) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 322, 6.12.2011, p. 3).
(3) EFSA Journal 2021;19(6):6626.
(4) EFSA Journal 2021;19(6):6614.
(5) EFSA Journal 2021;19(7):6696.
(6) EFSA Journal 2021;19(7):6697.
(7) EFSA Journal 2021;19(7):6713.
(8) EFSA Journal 2021;19(11):6902.
(9) EFSA Journal 2021;19(11):6900.
(10) EFSA Journal 2021;19(11):6901.
(11) EFSA Journal 2022;20(1):6975.
(12) EFSA Journal 2022;20(2):7148.
(13) EFSA Journal 2022;20(4):7241.
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2078 |
Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836:
Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12836:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2079 |
Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (2) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837:
Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 12837:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2074 |
Lentilactobacillus buchneri DSM 16774 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 16774 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Ċelloli vijabbli ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 16774 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (3) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 16774:
Identifikazzjoni ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 16774:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2102 |
Pediococcus acidilactici DSM 16243 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Pediococcus acidilactici DSM 16243 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus acidilactici DSM 16243 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (4) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Pediococcus acidilactici DSM 16243:
Identifikazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici DSM 16243:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2103 |
Pediococcus pentosaceus DSM 12834 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 12834 li jkun fih minimu ta’ 4 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 12834 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (5) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 12834:
Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2076 |
Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (6) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245:
Identifikazzjoni ta’ Lacticaseibacillus paracasei DSM 16245:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k20710 |
Levilactobacillus brevis DSM 12835 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Levilactobacillus brevis DSM 12835 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Levilactobacillus brevis DSM 12835 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (7) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Levilactobacillus brevis DSM 12835:
Identifikazzjoni ta’ Levilactobacillus brevis DSM 12835:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k20711 |
Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121 li jkun fih minimu ta’ 4 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121. |
||||||||||||||
Metodu analitiku (8) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121:
Identifikazzjoni ta’ Lacticaseibacillus rhamnosus NCIMB 30121:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||||
1k2082 |
Lactococcus lactis NCIMB 30160 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lactococcus lactis NCIMB 30160 li jkun fih minimu ta’ 4 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lactococcus lactis NCIMB 30160 |
||||||||||||||||
Metodu analitiku (9) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactococcus lactis NCIMB 30160:
Identifikazzjoni ta’ Lactococcus lactis NCIMB 30160:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2075 |
Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 12856 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (10) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 12856:
Identifikazzjoni ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 12856:
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ materjal verġni |
||||||||||||||
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
1k2081 |
Lactococcus lactis DSM 11037 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Lactococcus lactis DSM 11037 li jkun fih minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g addittiv |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2033 |
||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Lactococcus lactis DSM 11037 |
||||||||||||||
Metodu analitiku (11) Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactococcus lactis DSM 11037:
Identifikazzjoni ta’ Lactococcus lactis DSM 11037:
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(5) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(7) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(8) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(9) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(10) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(11) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en