30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/98


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1331

tad-29 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

1.   SFOND

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (3) l-Unjoni tapplika miżura ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar. Il-miżura tieħu l-forma ta’ kwota tariffarja (tariff-rate quota, “TRQ”), b’importazzjonijiet permessi mingħajr dazju fi kwota bbażata fuq flussi kummerċjali storiċi. Il-kwota mingħajr dazju hija applikabbli għall-importazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni. Dazju ta’ salvagwardja ta’ 25 % japplika għall-importazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kwota applikabbli.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2023/1321 (4) emenda r-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni.

(3)

B’riżultat ta’ din l-emenda, il-kategoriji tal-azzar 7 (Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati (6)) u 17 (Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat (7)) fil-miżura ta’ salvagwardja, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2020/2170, li joriġinaw mir-Renju Unit u miġjuba fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit għandhom ikunu eliġibbli għal trattament skont il-kwoti tariffarji rilevanti tal-Unjoni jekk dawk il-prodotti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq.

2.   PROĊEDURA

(4)

Fit-30 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jispjega li, wara l-emenda tar-Regolament (UE) 2020/2170 kien meħtieġ li l-Kummissjoni temenda r-regolament tal-UE ta’ salvagwardja billi toħloq TRQ ġdida limitata għal trasferimenti lejn l-Irlanda ta’ Fuq tal-kategoriji ta’ prodotti inklużi fl-Anness tar-Regolament (UE) 2023/1321 li joriġinaw mir-Renju Unit u kkonsenjati direttament minn partijiet oħra tar-Renju Unit. B’dan il-mod, it-trasferimenti ta’ ta’ prodotti li huma f’dawn il-kategoriji ta’ prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit u kkonsenjati direttament minn partijiet oħra tar-Renju Unit setgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mingħajr dazju sakemm tiġi eżawrita l-kwota allokata. Minn tali kwota, japplika dazju ta’ salvagwardja ta’ 25 %. Il-partijiet interessati ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-kontenut tan-Notifika.

(5)

Biex tikkalkula l-volum adegwat ta’ TRQs li jiżguraw, kif previst fir-Regolament (UE) 2023/1321, il-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn it-trasferimenti diretti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni analizzat l-istatistika disponibbli (8) biex tikkalkula l-volum ta’ trasferimenti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit.

(6)

It-TRQs li nħolqu minn dan ir-Regolament għandhom jintużaw esklużivament minn prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit, kif elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2023/1321, u li jinġiebu fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq. Għalhekk, dawn it-TRQs ġodda ma jaffettwawx l-allokazzjoni jew il-volumi tat-TRQs eżistenti għal pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni.

Kummenti mill-partijiet interessati

(7)

In-Notifika ta’ Bidu tat il-possibbiltà lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti fi skadenza stipulata. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand l-ebda parti interessata.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-Tabella “IV.1 — Volumi ta’ kwoti tariffarji” tal-Anness IV mar-Regolament (UE) 2019/159, il-partijiet 7 u 17 huma emendati u għandhom jaqraw kif ġej:

Numru tal-Prodott

Kategorija tal-prodott

Kodiċijiet NM

Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli)

Sena 5

Sena 6

Rata tad-dazju addizzjonali

Numri tal-ordni

Mill-1.7.2022 sat-30.9.2022

Mill-1.10.2022 sal-31.12.2022

Mill-1.1.2023 sal-31.3.2023

Mill-1.4.2023 sat-30.6.2023

Mill-1.7.2023 sat-30.9.2023

Mill-1.10.2023 sal-31.12.2023

Mill-1.1.2024 sal-31.3.2024

Mill-1.4.2024 sat-30.6.2024

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

“7

Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

7208 51 20 , 7208 51 91 , 7208 51 98 , 7208 52 91 , 7208 90 20 , 7208 90 80 , 7210 90 30 , 7225 40 12 , 7225 40 40 , 7225 40 60 , 7225 99 00

L-Ukrajna

270 017,57

270 017,57

264 147,62

267 082,59

280 051,01

280 051,01

277 006,97

277 006,97

25  %

09.8836

Pajjiżi oħra

554 571,27

554 571,27

542 515,37

548 543,32

575 178,29

575 178,29

568 926,35

568 926,35

25  %

(9)

Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

-

-

-

-

5 231,58

5 231,58

5 174,72

5 174,72

25  %

09.8498”

“17

Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat

7216 31 10 , 7216 31 90 , 7216 32 11 , 7216 32 19 , 7216 32 91 , 7216 32 99 , 7216 33 10 , 7216 33 90

L-Ukrajna

30 113,25

30 113,25

29 458,61

29 785,93

31 232,21

31 232,21

30 892,73

30 892,73

25  %

09.8891

Pajjiżi oħra

64 947,85

64 947,85

63 535,94

64 241,90

67 361,21

67 361,21

66 629,03

66 629,03

25  %

(18)

Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

-

-

-

-

14 061,23

14 061,23

13 908,39

13 908,39

25  %

09.8499”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16) (“ir-Regolament tal-UE ta’ salvagwardja”).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżura definittiva ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2023/1321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (ĠU L 432, 21.12.2020, p. 1).

(6)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni biss): 7208 51 20, 7208 51 91, 7208 51 98, 7208 52 91, 7208 90 20, 7208 90 80, 7210 90 30, 7225 40 12, 7225 40 40, 7225 40 60, 7225 99 00.

(7)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni biss): 7216 31 10, 7216 31 90, 7216 32 11, 7216 32 19, 7216 32 91, 7216 32 99, 7216 33 10, 7216 33 90.

(8)  Data disponibbli mis-sistema elettronika stabbilita fuq il-bażi tal-Artikoli 55 u 56 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).