30.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/76 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1330
tad-29 ta’ Ġunju 2023
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/763 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ rati fissi tad-dazju fil-livell ta’ EUR 104,46 għal kull tunnellata netta, kemm għall-uniku grupp esportatur li kkoopera kif ukoll għall-kumpaniji l-oħrajn kollha. |
(2) |
Is-sentenzi fil-Kawżi T-383/17 (3) u C-260/20 P (4) kienu jinvolvu l-annullament tal-miżuri għall-uniku grupp esportatur li kkoopera. Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/593 (5), il-Kummissjoni Ewropea imponiet mill-ġdid id-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea fil-livell rivedut ta’ EUR 103,16 għal kull tunnellata netta, kemm għall-uniku grupp esportatur li kkoopera kif ukoll għall-kumpaniji l-oħrajn kollha. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (6), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(4) |
It-talba għal rieżami tressqet fl-1 ta’ Frar 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Termali (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerta karta termali ħafifa skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
(5) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-3 ta’ Mejju 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din ippubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u kkunsidrat
(6) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Partijiet interessati
(7) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-applikant, lill-produttur magħruf fir-Repubblika tal-Korea u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea, lill-importaturi, lill-utenti u lill-kummerċjanti magħrufa dwar il-bidu tal-iskadenza u stednithom jipparteċipaw. |
(8) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Kummenti dwar il-bidu
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu minn Hansol Paper Co. Ltd. (“Hansol Paper”). Din il-parti ddikjarat li d-data fit-talba ma turix li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ġġarrab dannu materjali. |
(10) |
Il-Kummissjoni fakkret li Hansol Paper kienet wettqet eżami tat-talba f’konformità mal-Artikolu 11(2) u ma’ paragrafi rilevanti oħrajn tal-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku, u waslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ investigazzjoni ġew issodisfati, jiġifieri, li l-adegwatezza u l-akkuratezza tal-evidenza ppreżentata mill-applikanti kienu evidenza suffiċjenti li għandha t-tendenza li turi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż. |
(11) |
F’dan ir-rigward, din fakkret ukoll li fl-istadju tat-talba ma huwiex meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha quddiemha l-istess evidenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu ta’ kwantità u kwalità li jkunu meħtieġa għall-estensjoni tal-miżuri. Investigazzjoni tal-anti-dumping hija proċess fejn iċ-ċertezza dwar l-eżistenza tal-elementi meħtieġa biex tiġi adottata jew imtawla miżura jew biex jintemm proċediment tintlaħaq gradwalment hekk kif l-investigazzjoni tavvanza. Barra minn hekk, ma huwiex eskluż li ċerti żbalji jew ineżattezzi jistgħu jeżistu fl-applikazzjoni. Madankollu, l-eżistenza tagħhom mhux neċessarjament ikollha impatt fuq il-konklużjoni ġenerali li t-talba fiha biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż, u li l-fajl jistħoqqlu investigazzjoni. |
(12) |
Barra minn hekk, l-istandard legali ta’ evidenza meħtieġ għal talba (biżżejjed evidenza) jagħmilha ċara li l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni fit-talba ma humiex l-istess bħal ta’ dik disponibbli fi tmiem investigazzjoni. Ma huwiex eskluż li jsiru bidliet bejn l-istadju tat-talba u l-konklużjoni tal-investigazzjoni. Madankollu, tali bidliet mhux neċessarjament għandhom impatt fuq il-konklużjoni ġenerali li l-fajl jistħoqqlu investigazzjoni peress li hemm biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping dannuż. |
(13) |
Fir-rigward tal-pretensjoni li d-data fit-talba ma turix li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ġġarrab dannu materjali, Hansol Paper issottomettiet li l-indikaturi ekonomiċi pprovduti fit-talba juru li l-importazzjonijiet mill-Korea huma f’livelli mhux dannużi, is-sehem mis-suq tal-Korea huwa negliġibbli u l-industrija tal-Unjoni qiegħda taħdem tajjeb f’termini ta’ volum ta’ bejgħ, sehem mis-suq, investimenti u effiċjenza operattiva. Skont Hansol Paper, it-talba rrikonoxxiet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat iżda ssottomettiet li dan huwa dovut għal fatturi oħrajn fis-suq kollu li ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-importazzjonijiet mill-Korea. |
(14) |
Il-Kummissjoni ċċarat li fit-talba, l-applikant allega l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni tabilħaqq ikkunsidrat li, fit-talba, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi li, wara perjodu inizjali ta’ rkupru, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu meta l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bejn l-1 ta’ Ottubru 2020 u t-30 ta’ Settembru 2021. F’dan ir-rigward, hija fakkret li sejba ta’ dannu materjali tirrikjedi eżami, fost l-oħrajn, tal-fatturi rilevanti kif deskritti fl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum ta’ importazzjonijiet li allegatament kienu oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). Dan huwa applikabbli mutatis mutandis għall-analiżi tal-probabbiltà f’rieżami ta’ skadenza. Bl-istess mod, mhux il-fatturi kollha jridu juru deterjorament sabiex jiġi stabbilit dannu materjali (u għalhekk, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tiegħu). Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fatturi oħrajn li jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma timplikax neċessarjament li l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq din l-industrija ma huwiex materjali (għal darb’oħra, dan huwa applikabbli b’mod simili għall-analiżi tal-probabbiltà). Dan huwa aktar minnu fil-każ ta’ rieżami ta’ skadenza fejn l-enfasi tkun fuq x’jiġri jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, fil-każ ta’ rieżamijiet ta’ skadenza, il-miżuri anti-dumping jista’ jkollhom ċertu effett pożittiv anke jekk id-dannu jkompli b’mod ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. B’mod partikolari, din uriet li s-suq tal-Korea huwa kkaratterizzat minn kapaċità żejda sinifikanti fil-produzzjoni. Is-suq domestiku tal-Korea ma huwiex kapaċi jassorbi din il-produzzjoni żejda. Għalhekk, is-suq tal-Unjoni, li huwa globalment l-akbar suq tal-karta termali huwa attraenti għall-esportaturi Koreani f’termini tad-daqs. Barra minn hekk, swieq oħrajn tal-esportazzjoni huma diffiċli biex jiġu aċċessati għal diversi raġunijiet (8). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kienet intitolata tibda l-investigazzjoni. |
(15) |
Fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ Hansol Paper dwar l-iżvilupp pożittiv ta’ xi indikaturi tad-dannu fit-talba, eż., is-sehem mis-suq u l-volum ta’ bejgħ, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri anti-dumping spiss ikollhom effett pożittiv fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni — fattur li naturalment tqies fl-analiżi tal-Kummissjoni. |
(16) |
Fir-rigward tal-kumment dwar l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu legali li teżamina l-interess tal-Unjoni fl-istadju tal-bidu. |
1.7. Kampjunar
(17) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.7.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
(18) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod provviżorju. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni. Il-kriterji użati għall-għażla tal-kampjun kienu l-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ u produzzjoni tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2021. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 86 % tal-volum totali stmat ta’ produzzjoni u bejgħ fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Wasal kumment wieħed mill-assoċjazzjoni tal-Unjoni li appoġġat il-kampjun provviżorju. Il-kampjun ġie kkonfermat fit-12 ta’ Mejju 2022. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.7.2. Kampjunar tal-importaturi
(19) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Ma kien hemm l-ebda importatur mhux relatat li ssottometta l-informazzjoni mitluba. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.8. Tweġibiet għall-kwestjonarju
(20) |
Il-Kummissjoni stiednet lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-produttur esportatur ewlieni magħruf fil-Korea biex jimlew il-kwestjonarji rilevanti li saru disponibbli online (9) fil-jum tal-bidu. |
(21) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-produttur esportatur ewlieni magħruf, Hansol Paper, u l-importaturi relatati tiegħu Hansol Europe B.V. u Hansol America Inc. Barra minn hekk, l-applikant ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju bil-makrodata. |
1.9. Verifika
(22) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni
Produttur esportatur fir-Repubblika tal-Korea
Importaturi relatati
|
1.10. Proċedura sussegwenti
(23) |
Fis-27 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm fis-seħħ id-dazji anti-dumping. Fl-10 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni bagħtet aġġornament tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz lil Hansol Paper biss. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. Waslu kummenti mingħand l-applikanti u mingħand Hansol Paper. |
(24) |
Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. L-ebda parti ma talbet seduta ta’ smigħ. |
1.11. Preżentazzjoni tad-data
(25) |
Minħabba l-għadd limitat ta’ partijiet li ssottomettew id-data, uħud miċ-ċifri ppreżentati hawn taħt kellhom ikunu fil-forma ta’ meded sabiex jiġi evitat ksur tal-kunfidenzjalità. Id-data mill-uniku produttur esportatur li kkoopera qiegħda tingħata f’meded peress li huwa l-unika kumpanija li kkooperat. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
(26) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerta karta termali ħafifa li tiżen 65 g/m2 jew inqas; f’rombli ta’ wisa’ 20 cm jew aktar, piż tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 50 kg jew aktar u dijametru tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 40 cm jew aktar (“rombli jumbo”); b’kisja ta’ taħt fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha (“il-prodott taħt rieżami”), li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (il-kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520). |
(27) |
Il-karta termali ħafifa hija karta ta’ speċjalità. Għandha kisja attiva termali li tirreaġixxi biex tifforma immaġni meta s-sħana tiġi applikata minn stampaturi b’printheads termali. Il-karta termali ħafifa tintuża għal applikazzjonijiet fil-punt ta’ bejgħ bħall-irċevuti maħruġa mill-bejgħ bl-imnut, iżda wkoll għal tikketti awtoadeżivi għall-imballaġġ, il-biljetti u t-tikketti tal-kummerċ elettroniku. |
(28) |
Il-karta termali ħafifa tista’ tiġi prodotta b’diversi tipi ta’ żviluppaturi kimiċi. Din l-investigazzjoni tikkonċerna t-tipi kollha. |
2.2. Prodott ikkonċernat
(29) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
2.3. Prodott simili
(30) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(31) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Pretensjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott
(32) |
F’sottomissjoni tal-1 ta’ Lulju 2022, il-produttur esportatur talab kjarifika dwar jekk tipi ta’ prodotti ġodda prodotti mill-industrija tal-Unjoni jiġux inklużi jew esklużi mill-ambitu tar-rieżami ta’ skadenza. Dawn it-tipi ġodda ta’ prodotti ma jużaw l-ebda żviluppatur kimiku u l-immaġni tiġi rilaxxata abbażi tal-fiżika minflok proċess kimiku. Nota għall-fajl datata d-19 ta’ Settembru 2022 iċċarat l-ambitu tal-investigazzjoni fis-sens li l-karta termali ħafifa bi żviluppatur kimiku biss hija koperta mill-proċediment. |
3. DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
(33) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015). Skont it-tabella 2 ta’ hawn taħt, l-importazzjonijiet ta’ karta termali ħafifa mir-Repubblika tal-Korea ammontaw għal 2,7 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ 13,6 % tas-sehem mis-suq matul l-investigazzjoni oriġinali. |
(34) |
Hansol Paper ikkooperat fl-investigazzjoni. Dan kien jirrappreżenta (qrib) l-importazzjonijiet kollha tal-prodott taħt rieżami mir-Repubblika tal-Korea. L-ebda produttur esportatur ieħor ma ppreżenta ruħu. Is-sejbiet fir-rigward tal-kontinwazzjoni tad-dumping huma bbażati fuq id-data vverifikata ta’ Hansol Paper. |
3.2. Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
3.2.1. Valur normali
(35) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku tal-produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali mill-produttur esportatur tal-prodott simili fis-suq domestiku, kien rappreżentattiv. |
(36) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv. |
(37) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ b’esportazzjoni tat-tip tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li, għal xi tipi ta’ prodotti li ġew esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku u għalhekk ma kienx rappreżentattiv. |
(38) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(39) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:
|
(40) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
(41) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott ta’ bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jekk:
|
(42) |
L-analiżi ta’ bejgħ domestiku wriet li, skont it-tip ta’ prodott, bejn 32 % u 100 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz ta’ bejgħ medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, skont it-tip ta’ prodott, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-prezz tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew medja ponderata ta’ bejgħ bi profitt biss. |
(43) |
Meta tip ta’ prodott ma nbiegħx fis-suq domestiku, u fin-nuqqas ta’ prezz ta’ bejgħ domestiku ta’ tali tip ta’ prodott minn kwalunkwe produttur esportatur ieħor, il-Kummissjoni bniet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
(44) |
Il-valur normali nħadem billi ngħadd dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami:
|
3.2.2. Prezz tal-esportazzjoni
(45) |
Hansol Paper esportat il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpanija relatata tagħha Hansol Europe. |
(46) |
Għall-bejgħ tal-produttur esportatur direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li attwalment tħallas jew dak pagabbli għall-prodott taħt rieżami meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(47) |
Għall-bejgħ tal-prodottur esportatur lejn l-Unjoni permezz ta’ Hansol Europe li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A, u għall-profitti akkumulati. |
(48) |
Fir-rigward tal-marġini tal-profitt użat, f’konformità mal-każistika stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, (10) il-Kummissjoni ma użatx il-marġini tal-profitt tal-kumpanija relatata minħabba li dan ma huwiex ikkunsidrat affidabbli. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, din irrikorriet għall-marġni ta’ profitt ta’ 4,5 % li kien intuża wkoll fl-investigazzjoni oriġinali (11). |
3.2.3. Tqabbil
(49) |
Għal kull tip ta’ prodott, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
(50) |
Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport, għall-kostijiet tal-immaniġġar u tat-tagħbija, għall-imposti bankarji, għad-dazji doganali tal-UE, għar-ribassi fi tmiem is-sena, għall-kummissjonijiet u għar-rifużjoni tad-dazju tnaqqsu mill-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku u/jew tal-esportazzjoni, fejn dawn ġew irrapportati u nstabu li huma ġġustifikati. Il-Kummissjoni sabet li l-pretensjonijiet għal aġġustamenti relatati mal-kostijiet tal-ippakkjar u mal-kostijiet tal-kreditu ma humiex iġġustifikati. |
(51) |
L-ippakkjar għall-esportazzjoni u għall-bejgħ domestiku kien bażikament identiku, għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni biex tingħata l-pretensjoni ta’ aġġustament. |
(52) |
L-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku jipprevedi li meta l-kreditu jkun fattur meqjus fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba, aġġustament jista’ jkun iġġustifikat. Il-Kummissjoni ċaħdet l-aġġustament tal-kost ta’ kreditu abbażi tar-raġunament li, minħabba n-natura sensittiva tiegħu, ġie żvelat biss lill-produttur esportatur. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kost tal-kreditu mogħti ma kienx fattur meqjus mill-parti fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba. |
3.2.4. Marġni tad-dumping
(53) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(54) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 29 % għal Hansol Paper. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
(55) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper innotat li l-biċċa l-kbira tad-dumping idderivat minn karta termali għat-tikketti u indikat id-differenza f’termini ta’ taħlita tal-prodott bejn il-bejgħ tagħha fl-Unjoni fl-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni ta’ rieżami. Il-Kummissjoni tfakkar li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu għal kull tip ta’ prodott, kif deskritt fit-taqsimiet ta’ hawn fuq, u li, fl-aħħar mill-aħħar, kellu jiġi stabbilit marġni tad-dumping wieħed biss għall-bejgħ tal-prodotti kollha koperti mill-miżuri fis-seħħ. Għalhekk, id-differenza fit-taħlita tal-prodott bejn l-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami tqieset meta ġie stabbilit il-marġni tad-dumping. |
3.3. Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati
(56) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Repubblika tal-Korea u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kontra swieq oħrajn. |
3.3.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-Repubblika tal-Korea
(57) |
Skont l-intelliġenza tas-suq, Hansol Paper kienet bil-bosta l-akbar produttur tal-prodott taħt rieżami fir-Repubblika tal-Korea. Il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu varjat skont is-sors. Ir-Rapport ta’ Hansol tal-2019 dwar is-Sostenibbiltà tal-Karta stabbilixxa li dan kien ta’ 355 000 tunnellata fis-sena għad-diviżjoni inkluża l-karta termali ħafifa (12). Matul l-investigazzjoni, filwaqt li ammettiet li dik iċ-ċifra kienet il-kapaċità maħsuba ta’ kisi termali, Hansol Paper issottomettiet ċifri tal-kapaċità tal-produzzjoni fil-medda ta’ 250 000 – 300 000 tunnellata fis-sena. Matul il-verifika fuq il-post, il-kumpanija sostniet li ċ-ċifra kkwotata fir-Rapport tal-2019 ma kinitx akkurata. Il-kumpanija qieset li ċ-ċifri tal-kapaċità fl-Istudju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta ta’ Laves Chemie Consulting kienu aktar akkurati. Dak l-istudju pprovda stima tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-karta termali ta’ Hansol Paper għal 260 000 tunnellata fis-sena (13). |
(58) |
Skont l-istudju msemmi hawn fuq minn Laves Chemie Consulting, sa dan l-aħħar kien ikun hemm tliet produtturi oħrajn tal-karta termali fir-Repubblika tal-Korea b’kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ 45 000 tunnellata (14). Madankollu, għadu ma huwiex ċar sa liema punt din il-kapaċità tista’ tiġi attivata għal karta termali ħafifa jekk iċ-ċirkostanzi tas-suq jagħtu raġuni għal dan. Skont il-produtturi tal-Unjoni, l-uniku produttur addizzjonali tal-Korea li għadu qiegħed jimmanifattura l-karta termali huwa Donghwa Ind co. Ltd, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 15 000 tunnellata fis-sena (15). |
(59) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, filwaqt li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkwantifika l-kapaċità ta’ riżerva fil-Korea b’mod ġenerali, setgħet tistabbilixxi li l-kapaċità ta’ produzzjoni hija sinifikanti, li hija madwar 10 darbiet akbar mill-konsum domestiku fil-Korea u li tirrappreżenta kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, Hansol Paper ħabbret ripetutament l-intenzjoni tagħha li tespandi n-negozju tagħha tal-karta termali, kif muri fir-rapport finanzjarju tagħha għall-ewwel nofs tal-2021 (16) u fir-rapporti finanzjarji sussegwenti (ukoll fl-2022 (17)). Tali espansjoni tkun tirrappreżenta żieda mal-kapaċità tal-produzzjoni tal-karta termali tal-Korea fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li diġà kienet ogħla b’mod sinifikanti mill-konsum tal-karta termali ħafifa fl-Unjoni (ara t-Tabella 1). |
(60) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper iddikjarat li s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità fil-Korea kienu skorretti u ma kinux sostanzjati, jiġifieri minħabba li: (i) Hansol Paper kienet l-uniku produttur tal-prodott taħt rieżami fil-Korea, (ii) il-Kummissjoni kienet interpretat ħażin l-avviżi ta’ espansjoni ta’ Hansol Paper u (iii) il-Kummissjoni kienet eżaġerat meta stabbiliet li l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ Hansol Paper kienet flessibbli b’mod sinifikanti. |
(61) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Fir-rigward ta’ Hansol Paper li allegatament hija l-uniku produttur tal-prodott taħt rieżami fil-Korea, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li dan kien ikkontestat minn informazzjoni oħra fil-fajl inklużi dikjarazzjonijiet magħmula minn Hansol Paper innifisha matul l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza (18). Filwaqt li l-Kummissjoni sostniet b’mod konsistenti li Hansol Paper kienet l-uniku produttur esportatur li kkoopera f’din l-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni ma kinitx ikkonkludiet li Hansol Paper kienet l-uniku produttur ta’ karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea. Għall-kuntrarju, kif spjegat fil-premessa (58) hawn fuq, l-evidenza fil-fajl issuġġeriet li mill-inqas produttur wieħed ieħor tal-karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea, jiġifieri Donghwa Ind co. Ltd, jista’ jkun li qed jipproduċi l-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni nnotat li s-sit web ta’ Donghwa Ind (19) kien jinkludi referenzi għall-produzzjoni tal-karta termali b’mod ġenerali u stampi ta’ prodotti bħal irċevuti fil-punt tal-bejgħ tipikament magħmula minn karta termali ħafifa. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza kuntrarja, Hansol Paper naqset milli tippreżenta evidenza biex tissostanzja l-pretensjoni tagħha li hija l-uniku produttur ta’ karta termali ħafifa fir-Repubblika tal-Korea. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. |
(62) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li, kif iddikjarat minn Hansol, il-kapaċità żejda fil-Korea kienet żero. Pereżempju, Hansol Paper ipprovdiet ċifri tal-kapaċità tant baxxi li l-użu tal-kapaċità rrappurtat tagħha kien jaqbeż il-100 % f’xi snin tal-perjodu kkunsidrat. |
(63) |
F’dak kollu li jirrigwarda l-allegata interpretazzjoni żbaljata tal-avviżi ta’ espansjoni ta’ Hansol Paper u l-kwistjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni flessibbli, il-Kummissjoni ma qablitx. Hansol Paper innifisha kienet ripetutament ħabbret pubblikament fir-rapporti finanzjarji tagħha l-intenzjoni tagħha li tespandi n-negozju tal-karta termali tagħha (20). Il-fatt li l-pjanijiet ta’ investiment disponibbli fiż-żmien taż-żjara ta’ verifika ma kinux jinkludu investimenti mmirati lejn iż-żieda fil-kapaċità ma jipprekludix lil Hansol Paper milli ssegwi l-avviżi tagħha fi stadju aktar tard. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi għal Hansol Paper biex tespandi n-negozju tal-karta termali tagħha huma diversi, inklużi l-kapaċitajiet ta’ bdil. Kif innotat mill-parti nnifisha fir-Rapport tal-2022 ta’ Sostenibbiltà ta’ Hansol Paper (21), mingħajr dubju, Hansol Paper għandha faċilitajiet ta’ produzzjoni flessibbli. Anki jekk il-kwantifikazzjoni tal-flessibbiltà ma kinitx disponibbli b’mod ċar, il-fatt li dehret fir-rapport jissuġġerixxi li l-flessibbiltà ma kinitx minuri u, għalhekk, ta’ min iħabbarha pubblikament. It-taħlita tal-prodott fil-pjan ta’ produzzjoni ta’ Hansol Paper għall-2023 ma waqqfitx lill-parti milli taqleb ammont mhux negliġibbli ta’ kapaċitajiet għall-prodott taħt rieżami meta meħtieġ. |
3.3.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq oħrajn
(64) |
Is-suq domestiku tar-Repubblika tal-Korea huwa żgħir, b’konsum annwali li jvarja minn 20 000 sa 37 200 tunnellata (22). Il-produzzjoni annwali ta’ Hansol Paper waħedha hija bejn erba’ u disa’ darbiet akbar mill-konsum tal-prodott taħt rieżami fis-suq domestiku tiegħu. L-investigazzjoni stabbiliet li, f’termini ta’ volum, il-konsum domestiku qiegħed jonqos billi l-bejgħ domestiku tal-karta termali ħafifa ta’ Hansol Paper, il-produttur dominanti tal-pajjiż, naqas b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat (23). Għalhekk, l-industrija tal-karta termali ħafifa tal-Korea hija orjentata lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-profittabbiltà ta’ bejgħ domestiku ta’ Hansol Paper, ara t-taqsima 3.2.1 hawn fuq. |
(65) |
Abbażi tad-data vverifikata ta’ Hansol Paper, il-Kummissjoni stabbiliet li l-volum tal-esportazzjonijiet Koreani lejn destinazzjonijiet għajr l-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt rieżami (24). Din stabbiliet ukoll li l-esportazzjonijiet Koreani, b’mod partikolari lejn l-Istati Uniti, kienu sinifikanti (25). Madankollu, il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-esportazzjonijiet Koreani lejn destinazzjonijiet għajr l-Unjoni naqsu matul il-perjodu taħt rieżami. Dan jidher b’mod ċar fis-suq tal-Istati Uniti (26). Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti imponew miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta termali li toriġina, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea fis-27 ta’ Settembru 2021 (27). Għal dawk ir-raġunijiet, f’termini ta’ prezzijiet, is-suq tal-Istati Uniti sar inqas attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani. |
(66) |
Is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq għall-karta termali ħafifa fid-dinja, li jammonta għal madwar 25 % tal-konsum globali, u għandu potenzjal għoli ta’ tkabbir f’termini assoluti (28). L-investigazzjoni stabbiliet li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbel ma’ swieq oħrajn. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2017, l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea naqsu b’mod sinifikanti u kienu jammontaw għal 1 000–2 500 tunnellata biss fl-2020. Madankollu, minn dak iż-żmien, u minkejja d-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-bejgħ mill-Korea lejn l-Unjoni reġa’ żdied (29) u kien jammonta għal 4 500–6 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jirrappreżenta sehem mis-suq ta’ 2,7 %. |
(67) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper talbet lill-Kummissjoni tikkalkula marġni ta’ dumping għall-bejgħ ta’ Hansol Paper lil swieq ta’ pajjiżi terzi fuq il-bażi li tali kalkolu kien prattika konsistenti fir-rieżamijiet ta’ skadenza mwettqa mill-Kummissjoni u li l-Kummissjoni ma kinitx ivvalutat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol Paper lejn swieq mhux tal-UE kinux jindikaw dumping. Il-Kummissjoni ċċarat li, l-għan ta’ rieżami ta’ skadenza kien li jiġi stabbilit jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu. Minħabba s-sejba ta’ dumping sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-bejgħ lejn l-Unjoni u l-konklużjoni sussegwenti dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa twettaq xi determinazzjoni ulterjuri ta’ dumping fl-investigazzjoni preżenti. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ Hansol Paper lejn swieq mhux tal-UE, dawn ġew analizzati fil-premessa (65) hawn fuq. Dawn huma analizzati aktar fil-premessi ta’ hawn taħt. |
(68) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper allegat li l-Kummissjoni kien messha sabet li s-suq tal-karta termali ħafifa tal-Unjoni ma kienx għadu attraenti fid-dawl tal-informazzjoni diġà sottomessa minn Hansol paper (u, li allegatament, ma kienx indirizzat biżżejjed mill-Kummissjoni) u, b’mod partikolari, il-pretensjonijiet li Hansol Paper ma tibqax tikkonċentra fuq is-suq tal-Unjoni, l-importanza tas-suq tal-Istati Uniti għal Hansol Paper, il-livell tal-miżuri anti-dumping tal-Istati Uniti fuq il-karta termali u li l-Kummissjoni ma ddeskrivietx f’dan ir-Regolament l-attivitajiet ta’ Hansol Paper fi swieq terzi oħra. |
(69) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-allegat nuqqas ta’ attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Koreani. Il-fatti li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kienx is-suq ewlieni ta’ Hansol Paper f’termini ta’ volum u li Hansol Paper kellha bejgħ sinifikanti lejn l-Istati Uniti ma jdgħajfux l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sostniet li s-sempliċi eżistenza ta’ miżuri anti-dumping fl-Istati Uniti tagħmel is-suq tal-Istati Uniti inqas attraenti minn qabel ma ġiet imposta kwalunkwe miżura, anki jekk il-livell tal-miżuri ma jkunx projbittiv. Fir-rigward tal-bejgħ ta’ Hansol Paper fi swieq oħra, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela l-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tagħha fi swieq oħra għal kull pajjiż f’dan ir-Regolament sal-punt li tali informazzjoni kienet tqieset bħala sensittiva mill-parti (jiġifieri l-uniku sors tad-data inkwistjoni). Madankollu, il-Kummissjoni qieset l-istrateġija tal-bejgħ u tal-prezzijiet ta’ Hansol Paper fi swieq oħra, kif kondiviż mal-parti permezz tar-rapporti ta’ verifika. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li, madwar id-dinja, hemm produzzjoni termali tal-karta f’għadd żgħir ta’ pajjiżi, kif muri fid-Dokument Termali 2019-2024 fl-Istudju tas-Suq Dinji ta’ Laves Chemie. Għalhekk, il-produtturi tal-prodott taħt rieżami jiffaċċjaw kompetizzjoni mill-produtturi lokali fi ftit żoni tad-dinja biss. L-Amerka t’Isfel u l-Amerka Ċentrali, l-Afrika, l-Awstralja u l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Asjatiċi kienu għalhekk importaturi netti ta’ karta termali (30), prinċipalment mill-Korea. Anki jekk, fil-prinċipju, is-swieq mingħajr produzzjoni domestika (sinifikanti) jidhru aktar attraenti mal-ewwel daqqa t’għajn, il-Kummissjoni sabet li, f’termini wiesgħa, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper tal-prodott taħt rieżami lil swieq tal-esportazzjoni mhux tal-UE, inklużi l-Istati Uniti, naqsu matul il-perjodu kkunsidrat b’livell simili bħall-prezzijiet lejn l-Unjoni. Tqabbil tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper għas-swieq kollha tal-esportazzjoni mhux tal-UE u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper lejn l-Unjoni żvela li, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-UE kienu ġeneralment ogħla b’mod konsistenti mill-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Hansol Paper lill-bqija tad-dinja. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li s-suq tal-Unjoni, l-akbar suq tal-karta termali ħafifa fid-dinja u suq b’potenzjal għoli ta’ tkabbir f’termini assoluti, kien suq attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani f’termini ta’ volum u prezz, irrispettivament mill-bidliet fin-netwerk tal-bejgħ ta’ Hansol Paper mill-investigazzjoni oriġinali. |
3.3.3. Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping
(70) |
Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif stabbilit fil-premessa (54), l-eżistenza ta’ kapaċità ta’ produzzjoni flessibbli sinifikanti fir-Repubblika tal-Korea, l-interess tal-Korea li reġa’ beda jikber fis-suq kbir tal-Unjoni bi prezzijiet attraenti u l-miżuri anti-dumping imposti dan l-aħħar fis-suq tal-esportazzjoni ewlieni attwali tiegħu (31), tista’ tkun mistennija żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat jekk il-miżuri jitneħħew. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(71) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn ħames produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(72) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 360 727 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-applikant, kontroverifikata mat-tweġibiet għall-kwestjonarju individwali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (18), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 86 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
(73) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) id-data tal-applikant dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili, kontroverifikata parzjalment mal-volumi ta’ bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (32); u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportati fil-Eurostat u l-analiżi tad-data dwar l-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. |
(74) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
(75) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % mill-2018 sal-2020. Il-konsum tal-Unjoni ġie affettwat fl-2020 minħabba l-pandemija globali tal-COVID, madankollu, il-konsum tal-Unjoni reġa’ lura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u hemm tnaqqis ġenerali ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(76) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju ppreżentata mill-produttur esportatur li kkoopera u mill-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni. |
(77) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq
|
(78) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqas mill-2018 sal-2020. Madankollu, il-volum żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u huwa 65 % ogħla miċ-ċifra tal-2018. Is-sehem mis-suq żdied matul il-perjodu kkunsidrat u żdied minn 1,6 % fl-2018 għal 2,7 % fIl-PIR. |
(79) |
Sabiex jiġu stabbiliti l-volumi u l-valuri tal-importazzjoni fil-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni analizzat id-data dwar l-esportazzjoni rrapportata minn Hansol Paper, l-uniku produttur esportatur li koopera fil-pajjiż ikkonċernat, fid-dawl tal-istatistika dwar l-importazzjoni rreġistrata fil-Eurostat. Il-Kummissjoni sabet diskrepanzi bejn l-esportazzjonijiet irrapportati ta’ Hansol Paper lejn id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja u l-Litwanja u l-importazzjonijiet f’dawk l-Istati Membri rreġistrati fil-Eurostat. Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-kumpanija, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodott taħt rieżami esportat minn Hansol Paper lejn id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja u parzjalment ukoll lejn il-Litwanja, ma ddaħħalx fit-territorju doganali tal-Unjoni. Dak il-bejgħ x’aktarx baqa’ fi tranżitu u/jew kien destinat għal pajjiżi barra mill-Unjoni. Għalhekk, fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-erba’ Stati Membri msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni bbażat fuq l-istatistika rreġistrata fil-Eurostat. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
(80) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-produttur esportatur u l-istatistika tal-Eurostat. |
(81) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
(82) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqas bi 19 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(83) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
(84) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut meta kien meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku (il-kwantitajiet esportati tal-produttur esportatur ivvalutati bil-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni) għal kull mudell ta’ kull produttur esportatur fejn instab PCN identiku għall-industrija tal-Unjoni. |
(85) |
Dan wera marġni ta’ tnaqqis medju ponderat ta’ 13,7 % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Instab li madwar 83 % tal-volumi tal-importazzjoni kienu qegħdin iraħħsu l-prezz. |
(86) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Hansol Paper sostniet li l-maġġoranza tat-twaqqigħ tal-prezz ikkonċernat karta termali għat-tikketti li ma tirrigwardax il-prodotti koperti mill-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz fuq it-tqabbil tat-tip ta’ prodott bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-Repubblika tal-Korea.
(87) |
L-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa minn pajjiżi terzi għajr ir-Repubblika tal-Korea kienu prinċipalment mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Istati Uniti tal-Amerka. |
(88) |
Il-volum tal-importazzjonijiet kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(89) |
L-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’aktar minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu b’5 %. Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi oħrajn naqas b’mod stabbli minn 5,8 % fl-2018 għal 5,3 % fIl-PIR. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
(90) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(91) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-applikant, kontroverifikata kif xieraq mal-informazzjoni fit-talba u mal-istatistika tal-Eurostat. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data inkluża fit-tweġiba tal-kwestjonarju sottomessi mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(92) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
(93) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
(94) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(95) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’10 %. Kien hemm tnaqqis ta’ 13 % fil-volum tal-produzzjoni fl-2020 fir-rigward tal-2018, minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. |
(96) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat u baqgħet relattivament stabbli matul l-2020 u l-PIR. |
(97) |
Ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 23 % bejn l-2018 u l-2020. Kien hemm żieda żgħira fir-rata ta’ utilizzazzjoni bi tliet punti perċentwali bejn l-2020 u l-PIR. |
4.5.2.2.
(98) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
(99) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għal darba oħra, kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-bejgħ fl-2020, marbut mal-kriżi tal-COVID. Kien hemm żieda fil-bejgħ fIl-PIR li hija simili għax-xejra għall-konsum murija fit-Tabella 1. |
(100) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bi 92 % fil-PIR. |
4.5.2.3.
(101) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 2 %. Fl-istess ħin, kien hemm tnaqqis simili fil-bejgħ tal-industrija fis-suq tal-UE. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas biss bi ftit, minn 92,6 % għal 92 %. |
4.5.2.4.
(102) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
(103) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ impjegati, impjegati mill-industrija tal-Unjoni, li naqas bi 19-il punt perċentwali b’mod ġenerali. |
(104) |
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni kienet stabbli matul il-perjodu mill-2018 sal-2020 u żdiedet bi 13 % mill-2020. |
4.5.2.5.
(105) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-marġni tad-dumping individwali li nstab għall-produttur esportatur li kkoopera kien għadu sostanzjali (ara l-premessa (54) hawn fuq). |
(106) |
Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
(107) |
Il-prezzijiet medji ponderati ta’ bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet ta’ bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
(108) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %. Il-kost tal-produzzjoni naqas bejn l-2018 u l-PIR b’7 %. L-ewwel naqas bi 12 % bejn l-2018 u l-2020, iżda mbagħad żdied b’5,5 % bejn l-2020 u l-PIR. Dan kien dovut għal żieda fil-kost tal-materja prima, b’mod partikolari l-kost tal-polpa tal-injam, u l-kostijiet tal-enerġija. |
4.5.3.2.
(109) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
(110) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi żdiedu bi 22 %. Fl-istess ħin kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati. Din iż-żieda fil-kostijiet lavorattivi kienet ferm ogħla minn dik taż-żieda ġenerali fil-kostijiet għall-industrija tal-Unjoni minħabba l-inflazzjoni. |
4.5.3.3.
(111) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
(112) |
L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni juru bażi stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami normalment issir skont l-ordni u għalhekk l-istokks tal-għeluq għandhom it-tendenza li jkunu stabbli. Madankollu, il-livell tal-istokk tal-għeluq naqas b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jikkoinċidi ma’ tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu. |
4.5.3.4.
(113) |
Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
(114) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa ta’ bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
(115) |
Il-profittabbiltà kienet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Madankollu, wara żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, il-profittabbiltà naqset matul l-PIR, u naqset għal 6,6 %, ferm taħt il-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dan it-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa parzjalment dovut għaż-żieda fil-kostijiet bejn l-2020 u l-PIR iddokumentata fil-premessa (108), u t-tnaqqis jikkoinċidi maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fl-istess perjodu. |
(116) |
Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett żviluppat ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis ta’ 53 %. Din hija simili għas-sitwazzjoni li seħħet fl-investigazzjoni oriġinali. |
(117) |
L-industrija tal-Unjoni kompliet l-investiment matul il-perjodu mill-2018 sal-2020. Madankollu, dan l-investiment naqas b’mod drammatiku matul l-PIR. |
(118) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa f’xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis ta’ 76 %. Dan it-tnaqqis fir-redditu fuq l-investimenti huwa f’konformità at-tnaqqis fil-profittabbiltà. |
(119) |
Il-kapaċità li jiżdied il-kapital mill-industrija tal-Unjoni ġiet affettwata mit-tnaqqis fil-profittabbiltà, kif jista’ jitqies mit-tnaqqis sinifikanti fl-investiment matul l-PIR. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
(120) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ għoli u stabbli, bi 92 % jew aktar. Il-volumi ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu bi ftit, b’mod parallel ma’ tnaqqis simili fil-konsum. |
(121) |
F’termini ta’ indikaturi finanzjarji, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat, u aktar jew madwar il-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali għall-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitti ta’ aktar minn 11,3 %, 14,8 % u 12,2 % fis-snin 2018, 2019, u 2020 rispettivament. Madankollu, il-kostijiet żdiedu b’5,5 % mill-2020 għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-prezzijiet baqgħu stabbli, u dan wassal biex il-profittabbiltà tonqos għal 6,6 %. Dan ikkoinċida wkoll ma’ żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, minn sehem mis-suq ta’ 0,9 % fl-2020 għal sehem mis-suq ta’ 2,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
(122) |
L-indikaturi eżaminati juru li l-miżuri anti-dumping kienu kisbu r-riżultat maħsub tagħhom li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Fil-fatt, l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2017 ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra, u żżomm, ishma tas-suq għoljin fl-Unjoni u tagħmel profitti matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset taħt il-profitt fil-mira fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li impedixxew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tagħha. |
(123) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni vverifikata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet dannuża. Irrispettivament minn jekk dak id-dannu kienx diġà jikkwalifika bħala materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tanalizza l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. |
(124) |
Wara d-divulgazzjoni, Hansol Paper sostniet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx dannuża matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
(125) |
Kif iddikjarat fil-premessa (83), il-Kummissjoni stabbiliet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 13,7 %. Il-Kummissjoni nnotat ukoll fil-premessa (114) li kien hemm tnaqqis drammatiku fl-investiment għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis ta’ 80 %. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet ferm inqas minn dik tal-profitt fil-mira ta’ 11,5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Dawn il-kwistjonijiet kollha juru sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. |
5. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
(126) |
Il-Kummissjoni vvalutat ulterjorament, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Korea, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(127) |
F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-volum potenzjali tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(128) |
Kif deskritt fil-premessi (57) sa (59), il-produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat għandu l-kapaċità li jżid l-allokazzjoni tiegħu tal-kapaċità tal-produzzjoni biex jibbenefika l-produzzjoni ta’ karta termali ħafifa. Tabilħaqq, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà ta’ Hansol Paper innota l-possibbiltà ta’ kapaċitajiet varjanti li jippermettu l-produzzjoni ta’ tipi differenti ta’ karta skont is-sitwazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (59), il-kapaċità tal-produzzjoni fil-Korea hija sinifikanti, u hija madwar 10 darbiet akbar mill-konsum domestiku fil-pajjiż u kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni. |
(129) |
It-tieni, kif deskritt fil-premessa (66), is-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq għall-karta termali ħafifa fid-dinja, li jammonta għal madwar 25 % tal-konsum globali. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (65), l-awtoritajiet tal-Istati Uniti dan l-aħħar imponew miżuri anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat, u dan is-suq ewlieni sar inqas attraenti għall-esportazzjonijiet Koreani. Barra minn hekk, dawn l-esportazzjonijiet, f’ċerti perjodi tul il-perjodu kkunsidrat, inbigħu bi prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla mas-suq tal-Istati Uniti. Dan jagħmel lis-suq tal-Unjoni attraenti kemm f’termini ta’ prezz kif ukoll ta’ aċċessibbiltà u hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
(130) |
It-tielet, kif muri fit-tabelli 2 u 3, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu. Dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni huma aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, kif deskritt fil-premessi minn (83) sa (85), l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz imwettqa mill-Kummissjoni wriet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz mingħajr dazji ta’ 13,7 % fil-PIR. Dan juri li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Koreani jkollhom inċentiv li jesportaw lejn l-Unjoni f’livelli ta’ prezzijiet dannużi. Dan jikkawża pressjoni fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni li mbagħad titlef il-volumi ta’ bejgħ u/jew tkun obbligata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha, bl-impatt konsegwenti fuq il-profittabbiltà. |
(131) |
Abbażi ta’ dan, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Repubblika tal-Koroea u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
(132) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
(133) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
(134) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
(135) |
L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’ħames produtturi li jinsabu fi tliet Stati Membri (il-Ġermanja, Spanja u l-Finlandja). Il-ħames produtturi kollha kienu favur ir-rieżami ta’ skadenza. |
(136) |
Kif konkluż fil-premessa (123), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet dannuża. Madankollu, kif ġie konkluż fil-premessa (130) l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tlaħħaq mat-tneħħija tal-miżuri, billi dan x’aktarx jirriżulta f’żieda qawwija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-industrija titqiegħed f’periklu. |
(137) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri għalhekk hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati
(138) |
L-importaturi u l-utenti magħrufa kollha mhux relatati ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni minn importaturi u utenti mhux relatati. |
(139) |
Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti u/jew l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(140) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
(141) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea jenħtieġ li jinżammu. |
(142) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar u sabiex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq. |
(143) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
(144) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li tiżen 65 g/m2 jew inqas; f’rombli ta’ wisa’ 20 cm jew aktar, piż tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 50 kg jew aktar u dijametru tar-romblu (inkluża l-karta) ta’ 40 cm jew aktar (“rombli jumbo”); b’kisja ta’ taħt fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq jew mingħajrha, li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4809 90 00, ex 4811 90 00, ex 4816 90 00 u ex 4823 90 85 (Kodiċijiet TARIC: 4809900010, 4811900010, 4816900010, 4823908520), li toriġina mir-Repubblika tal-Korea.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ammont fiss ta’ EUR 103,16 għal kull tunnellata netta.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/763 tat-2 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 114, 3.5.2017, p. 3).
(3) ECLI:EU:T:2020:139.
(4) ECLI:EU:C:2022:370.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/593 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea fir-rigward tal-Grupp Hansol u li jemenda d-dazju residwu (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 54).
(7) In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li toriġina mir-Repubblika tal-Korea (ĠU C 180, 3.5.2022, p. 4).
(8) Talba t-taqsima 10.3, paġni 26-28.
(9) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2596
(10) Ara pereżempju l-punt 68 tas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla),17 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-466/12, RFA International, LP vs Il-Kummissjoni Ewropea.
(11) Għad-dettalji, ara l-premessa (40) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2005 tas-16 ta’ Novembru 2016 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali ħafifa li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 1)
(12) Talba, il-paragrafi 99 sa 101 (paġni 23-24).
(13) Laves Chemie Consulting: Studju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba (t22.002094).
(14) Laves Chemie Consulting: Studju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba, paġna 19.
(15) Verżjoni miftuħa tat-tweġibiet għall-kwestjonarju f’t22.003621 (Koehler), t22.003615 (Jujo) u t22.003616 (Mitshubishi).
(16) Għal silta, ara, fost l-oħrajn, il-paġna 24 tat-talba.
(17) Għar-rapport finanzjarju ta’ Hansol Paper li jkopri l-ewwel tliet trimestri tal-2022, ara https://dart.fss.or.kr/dsaf001/main.do?rcpNo=20221111000618 (bil-Korean).
(18) Fl-10 ta’ Mejju 2022 (t22.002756) Hansol Paper irreferiet għaliha nnifisha bħala “il-produttur esportatur ewlieni tal-karta termali ħafifa fil-Korea”.
(19) Sit web tal-kumpanija: http://www.donghwaind.co.kr
(20) Ara n-noti 16 u 17 f’qiegħ il-paġna.
(21) Ir-Rapport tal-2022 ta’ Sostenibbiltà ta’ Hansol Paper huwa disponibbli fuq https://www.hansolpaper.co.kr/m/eng/management/data. Il-paġna 10 tar-rapport taqra: “Janghang Mill... għandha sistema ta’ faċilità flessibbli li tista’ tħawwad karta ta’ materjal speċjali bħal karta tal-istampar ta’ kwalità għolja, karta termali u karta tat-tikketta skont il-kundizzjonijiet tas-suq... Shintanjin Mill... għandha sistema ta’ faċilitajiet flessibbli biex tipproduċi karta tal-istampar u karta termali...”.
(22) Laves Chemie Consulting: L-Istudju tal-2019-2024 dwar is-Suq Dinji tal-Karta Termali, l-Anness 6 tat-talba, it-tabella “Bilanċ tal-Provvista u d-Domanda f’Tunnellati Metriċi”, il-paġna 22, stabbilixxa li l-konsum tal-karta termali fil-Korea kien jammonta għal 60 000 tunnellata fl-2019. Il-verżjoni miftuħa tat-tweġibiet għall-kwestjonarju f’t22.003621 (Koehler), t22.003615 (Jujo) u t22.003616 (Mitshubishi) stmat il-konsum annwali tal-karta termali ħafifa fil-Korea għal 37 200 tunnellata.
(23) It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabella C.2 (kwantità ta’ bejgħ).
(24) Ibid.
(25) Talba, l-Anness 6, il-paġna 21 (“il-Korea tesporta 78 % tal-produzzjoni lejn l-Amerka ta’ Fuq u dik Ċentrali u t’Isfel, kif ukoll lejn pajjiżi Asjatiċi oħrajn. …”).
(26) It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabelli K.3 tal-fajl “R768 Tables K-L-M (HAI) - OPEN.pdf”, li fid-dawl tagħhom, matul il-perjodu taħt rieżami, il-fatturat tal-prodott taħt rieżami ta’ Hansol America naqas bi 13 % filwaqt li l-volum ta’ bejgħ żdied bi 2 %. Ta’ min jinnota li, skont l-Uffiċċju taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti, il-prezzijiet tal-karta termali Koreana fl-2018 naqsu minn USD 2 223/tunnellata għal USD 1 645/tunnellata fl-2020 (ara l-“istatistika dwar l-importazzjoni” fis-sit web li ġej tal-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti: https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea).
(27) Ara s-sit web uffiċjali tal-Amministrazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, jiġifieri https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea.
(28) Talba, l-Anness 6, tabelli “Konsum skont il-Grad u ż-Żona Ġeografika 2020”, “Konsum skont iż-Żona Ġeografika f’Tunnellati Metriċi 2022-2024” u “Konsum skont il-Grad u ż-Żona Ġeografika 2024”.
(29) It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Hansol Paper (t22.003569), it-tabelli K.3 tal-fajl “R768 Tables K-L-M (HEB) - OPEN.pdf”.
(30) Talba, l-Anness 6, il-paġna 21 (“il-Korea tesporta 78 % tal-produzzjoni l-aktar lejn l-Amerka ta’ Fuq u dik Ċentrali u t’Isfel, kif ukoll lejn pajjiżi Ażjatiċi oħrajn. (...) L-esportazzjonijiet tal-Amerka Ċentrali u t’Isfel huma insinifikanti. L-importazzjonijiet (lejn l-Amerka Ċentrali u t’Isfel) huma 50 % tal-konsum prinċipalment mill-Ewropa, mill-Amerka ta’ Fuq, miċ-Ċina u mill-Korea. Il-pajjiżi konsekuttivi f’dan il-kuntest jinkludu l-Ażja (għajr iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea), l-Afrika, u l-Awstralja. L-esportazzjonijiet (mill-pajjiżi ROW) huma insinifikanti iżda l-pajjiżi ROW jimportaw 80 % tal-konsum prinċipalment mill-Korea, miċ-Ċina u mill-Ewropa...”).
(31) Fid-dawl tal-Uffiċċju taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti, l-importazzjonijiet tal-karta termali mill-Korea kienu jammontaw għal 54 337 tunnellata fl-2020 (ara “statistika dwar l-importazzjoni” fis-sit web li ġej tal-Amministrazzjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti: https://www.trade.gov/faq/final-determinations-antidumping-duty-investigations-thermal-paper-germany-japan-south-korea).
(32) Sors: it-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-applikant u t-tweġibiet għall-kwestjonarju individwali vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.
(33) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).