|
26.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1223
tad-19 ta’ Ġunju 2023
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 għandhom jibqgħu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 qabel it-8 ta’ Ġunju 2022. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 162/2014 (4). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja f’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021. |
|
(4) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament (5). |
|
(5) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino” hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2014 tad-19 ta’ Frar 2014 li japprova modifika mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carota dell’Altopiano del Fucino (IĠP)] (ĠU L 52, 21.2.2014, p. 11).