16.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1173

tal-15 ta’ Ġunju 2023

li jirtira mis-suq ċerti addittivi tal-għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1810/2005 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 943/2005

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. B’mod partikolari l-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jimponi obbligu fuq il-Kummissjoni biex tadotta Regolament li jirtira mis-suq addittivi tal-għalf li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 10, il-paragrafi (2) u (7), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet, jew li għalihom tressqet applikazzjoni iżda sussegwentement ġiet irtirata.

(3)

Għalhekk, l-addittivi tal-għalf kif elenkati fl-Anness jenħtieġ li jiġu rtirati mis-suq.

(4)

Fil-każ ta’ addittivi tal-għalf li għalihom tressqu applikazzjonijiet biss għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, jew l-applikazzjonijiet ġew irtirati biss għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, l-irtirar mis-suq jenħtieġ li jikkonċerna biss l-ispeċijiet ta’ annimali u kategoriji ta’ annimali li għalihom ma ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni jew li għalihom l-applikazzjoni ġiet irtirata.

(5)

Bħala konsegwenza tal-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf elenkati, huwa xieraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet li jawtorizzawhom. Konsegwentement, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005 (3) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (4), (KE) Nru 2148/2004 (5) u (KE) Nru 943/2005 (6) jenħtieġ li jitħassru.

(6)

Huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali li fih jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti tal-addittivi kkonċernati, it-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew prodotti b’dawk l-addittivi, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-irtirar ta’ dawk il-prodotti mis-suq.

(7)

L-irtirar mis-suq tal-prodotti elenkati fl-Anness ma jżommhomx milli jiġu awtorizzati jew milli jkunu soġġetti għal miżura li tikkonċerna l-istatus tagħhom f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar mis-suq

L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet tal-annimali jew il-kategoriji tal-annimali msemmija f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali biex l-addittivi tal-għalf jiġu rtirati mis-suq

1.   L-istokkijiet eżistenti tal-addittivi tal-għalf elenkati fl-Anness jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sas-6 ta’ Lulju 2024.

2.   It-taħlitiet lesti minn qabel prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sas-6 ta’ Ottubru 2024.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jew bit-taħlitiet lesti minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sas-6 ta’ Lulju 2025.

Artikolu 3

Emenda lir-Regolament (KE) Nru 1810/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1810/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jitħassar.

(2)

L-Anness III jitħassar.

Artikolu 4

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 943/2005 huma mħassra.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005 tal-4 ta’ Novembru 2005 dwar awtorizzazzjoni ġdida għal 10 snin ta’ addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta’ ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 tas-16 ta’ Awwissu 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 tas-16 ta’ Diċembru 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (ĠU L 159, 22.6.2005, p. 6).


ANNESS

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 1

PARTI 1

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Aġenti emulsjonanti u stabbilizzanti, aġenti tat-tħaxxin u ġelifikanti

E 433

Poliossietilen(20)-sorbitanmonooleat

L-ispeċijiet kollha

E 413

Tragakant

L-ispeċijiet kollha

Leganti, antiagglomeranti u koagulanti

E 561

Vermikulit

L-ispeċijiet kollha

E 599

Perlit

L-ispeċijiet kollha

Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili

 

Vitamina B12 jew Ċjanokobalamina. Il-forom kollha bl-eċċezzjoni tal-preparazzjoni ta’ ċjanokobalamina prodotta minn Ensifer adhaerens CNCM I-5541 li fiha ≤ 1 % ta’ ċjanokobalamina, f’forma solida [3a835]  (1).

L-ispeċijiet kollha

Addittivi tas-silaġġ

Mikroorganiżmi

 

Lactobacillus casei NBRC 3425 (ATCC 7469)

L-ispeċijiet kollha

 

Saccharomyces cerevisiae NBRC 0203 (IFO 0203)

L-ispeċijiet kollha

Enżimi

 

Alfa-amilażi EC 3.2.1.1 minn Aspergillus oryzae CBS 585.94

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti

Sustanzi kuluranti oħra

E 150b, E 150c u E 150d

Kuluri tal-karamella bħala aġenti koloranti awtorizzati biex jagħtu kulur lill-oġġetti tal-ikel mir-regoli Komunitarji

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali - iddefiniti b’mod botaniku

 

Abies alba Mill., A. sibirica Ledeb.: Żejt tal-weraq tal-arżnu CAS 8021-29-2 FEMA 2905 CoE 5 EINECS 294-351-9

L-ispeċijiet kollha

 

Eleutherococcus senticosus Rupr. et Maxim. = Acanthopanax s. Harms: Estratt tal-għerq ta’ Taiga (b’bażi ta’ solventi)

L-ispeċijiet kollha

 

Helianthus annuus L.: Assolut tal-ġirasol/Żejt tal-ġirasol/Tintura tal-ġirasol

L-ispeċijiet kollha

 

Origanum heracleoticum L.: Estratt tar-riegnu Grieg/oleoreżina/żejt tar-riegnu Grieg

L-ispeċijiet kollha

 

Origanum heracleoticum L.: Żejt tar-riegnu

L-ispeċijiet kollha

 

Petroselinum sativum Hoffm. = P. crispum Mill. = P. hortense L.: Żejt tal-weraq tat-tursin CAS 8000-68-8 FEMA 2836 CoE 326 EINECS 281-677-1/Żejt taż-żerriegħa tat-tursin CAS 8000-68-8 CoE 326 EINECS 281-677-1

L-ispeċijiet kollha

 

Trachyspermum ammi (L.) Sprag. et Turr.: Żejt tal-ajowan

L-ispeċijiet kollha

 

Bupleurum rotundifolium L.: Tintura tal-widnet il-fenek

L-ispeċijiet kollha

 

Boswellia serrata Roxb. ex Colebr.: Tintura tal-libien

L-ispeċijiet kollha

 

Bambusa sp.: tintura

L-ispeċijiet kollha

 

Pimenta dioica L. Merr. = P. officinalis Lind L.: Żejt tal-pimento

CAS 8006-77-7 FEMA 2018 CoE 335 EINECS 284-540-4

L-ispeċijiet kollha

Prodotti naturali u prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru CAS 13678-67-6/Difurfurilslfur/Nru Flavis 13.056

L-ispeċijiet kollha

 

Nru CAS 29606-79-9/Isopulegon/Nru Flavis 07.067

L-ispeċijiet kollha

 

Nru CAS 43052-87-5/alfa-Damaskon/Nru Flavis 07.134

L-ispeċijiet kollha

 

Nru CAS 4437-22-3/Difurfuril etere/Nru Flavis 13.061

L-ispeċijiet kollha

 

Nru CAS 623-15-4/4-(2-Furil)but-3-en-2-on/Nru Flavis 13.044

L-ispeċijiet kollha

PARTI 2

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għal ċerti speċijiet jew kategoriji ta’ annimali

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċi u kategorija ta’ annimali

Preżervattivi

E 250

Nitrit tas-sodju

Klieb; Qtates

Aġenti emulsjonanti u stabbilizzanti, aġenti tat-tħaxxin u ġelifikanti

E 406

Agar

Annimali tal-kumpanija u annimali oħra li ma jipproduċux ikel

Leganti, antiagglomeranti u koagulanti

E 567

Klinoptilolit ta’ oriġini vulkanika

Ħnieżer, Pollam

Addittivi tas-silaġġ

Sustanzi

 

Eżametilentetrammina

Bovini; Ovini; Ħnieżer; Pollam; Fniek; Żwiemel; Mogħoż

Enżimi

E 1613

Endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 prodott minn Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W)

Tiġieġ tal-bajd; Dundjani tas-simna; Tiġieġ tas-simna

Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti

Sustanzi kuluranti oħra

E 127

Eritrożina bħala aġent koloranti awtorizzat biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel mir-regoli tal-Komunità

Rettili; Qtates

E 127

Eritrożina

[grupp funzjonali 2 a (iii)]

Ħut ornamentali

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali - ddefiniti b’mod botaniku

 

Humulus lupulus L. flos: Estratt tal-ħops (strobiles) b’kontenut għoli ta’ aċidi beta

L-ispeċijiet kollha tal-annimali bl-eċċezzjoni ta’ ħnienes miftuma, ħnieżer tas-simna u speċijiet minuri ta’ porċini miftuma u tas-simna

 

Prodotti naturali u prodotti sintetiċi korrispondenti

 

 

Nru CAS 3188-00-9/4,5-Diidro-2-metilfuran-3(2H)-on/Nru Flavis 13.042

L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief l-annimali tal-kumpanija

 

Nru CAS 3658-77-3/4-Idrossi-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on/Nru Flavis 13.010

L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief l-annimali tal-kumpanija

 

Nru CAS 4180-23-8/1-Metossi-4-(prop- 1(trans)-enil)benżen/Nru Flavis 04.010

Pollam u ħut

 

Nru CAS 97-53-0/Ewġenol/Nru Flavis 04.003

Pollam

Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili

 

Aċidi Xaħmin Omega-6 Mhux Saturati Essenzjali (bħala aċidu ottadekadienojku)

Ħnieżer nisa għar-riproduzzjoni; Ħnieżer nisa, għall-benefiċċju tad-driefeġ; Baqar għar-riproduzzjoni


(1)  Din il-forma ta’ vitamina B12 jew ċjanokobalamina ġiet awtorizzata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1249 tad-19 ta’ Lulju 2022 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina B12 fil-forma ta’ ċjanokobalamina prodotta mill-Ensifer adhaerens CNCM I-5541 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 10).