15.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1162

tas-6 ta’ Ġunju 2023

dwar ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat għall-Iskambju Transfruntier dwar l-Elettriku,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/944 introduċiet għadd ta’ regoli li jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi u jipprovdulhom l-għodod biex jaċċessaw id-data dwar il-konsum u l-kostijiet. B’mod partikolari, is-sistemi ta’ kejl intelliġenti li jippermettu lill-konsumaturi jaċċessaw data oġġettiva u trasparenti dwar il-konsum jenħtieġ li jkunu interoperabbli u kapaċi jipprovdu d-data meħtieġa għas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-konsumatur. Għal dak l-għan, id-Direttiva (UE) 2019/944 tirrikjedi li l-Istati Membri jqisu debitament l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi standards li jippermettu l-interoperabbiltà fil-livell tal-mudell tad-data u s-saff tal-applikazzjoni, l-aqwa prattiki u l-importanza tal-iżvilupp tal-iskambju tad-data, servizzi tal-enerġija futuri u innovattivi, l-introduzzjoni ta’ grilji intelliġenti u s-suq intern għall-elettriku.

(2)

Dan ir-Regolament huwa l-ewwel wieħed minn serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jenħtieġ li jiġu żviluppati li jistabbilixxi rekwiżiti tal-interoperabbiltà u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data sabiex l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/944 jiġi implimentat bis-sħiħ. Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà u jżidu l-effettività tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-aċċess għad-data u l-iskambju minn parteċipanti fis-suq, u finalment tas-servizzi tal-enerġija, jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq bl-imnut u jgħinu biex jiġu evitati kostijiet amministrattivi eċċessivi għall-partijiet eliġibbli.

(3)

Dan ir-Regolament japplika għad-data dwar il-kejl u l-konsum fil-forma ta’ data storika dwar il-kejl u dwar il-konsum ivvalidata u data mhux ivvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum kważi f’ħin reali. Dan jistabbilixxi regoli li jippermettu lill-klijenti finali fis-suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut u lill-partijiet eliġibbli jaċċessaw din id-data, b’mod f’waqtu, sempliċi u sigur. Barra minn hekk, jiżgura li l-fornituri u l-fornituri tas-servizzi jkollhom aċċess trasparenti u bla xkiel għad-data finali tal-klijenti, b’mod li d-data tkun faċli għalihom biex jifhmuha u jużawha, dment li l-klijenti jkunu taw il-permess meħtieġ. Meta jirċievi dan il-permess, l-amministratur tad-data mkejla, jipprovdi d-data rilevanti koperta minn din l-awtorizzazzjoni lill-parti eliġibbli magħżula mill-klijent finali. Barra minn hekk, din il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni speċifika tista’ tkun marbuta ma’ ftehim kuntrattwali, jew ma’ klawżola espliċita fil-ftehim kuntrattwali mal-parti eliġibbli. B’dan il-mod, l-interoperabbiltà tiġi żgurata b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-konsumaturi fuq id-data tagħhom, u l-parteċipanti fis-suq ikollhom fehim kondiviż tat-tipi ta’ data u tal-flussi tax-xogħol li huma meħtieġa għal servizzi u proċessi speċifiċi. Il-klijenti jistgħu jintalbu jagħtu permess lill-fornituri jew lil parteċipanti oħra fis-suq bħal aggregaturi bħala parti mill-ftehimiet kuntrattwali tagħhom. Meta klijent itemm il-kuntratt tiegħu ma’ fornitur jew ma’ parteċipant ieħor fis-suq, jenħtieġ li l-fornitur jew il-parteċipant fis-suq ikompli jkollu aċċess għad-data dwar il-kejl meħtieġa għall-finijiet ta’ kontijiet jew ibbilanċjar. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li ċerta data dwar il-kejl tiġi kondiviża għal finijiet pubbliċi leġittimi, pereżempju ma’ awtoritajiet ambjentali jew tal-istatistika kif ukoll ma’ operaturi tas-sistema jew parteċipanti oħrajn fis-suq.

(4)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data kważi f’ħin reali jenħtieġ li tinvolvi l-qari mill-miter li jkun ġej minn sistemi ta’ kejl intelliġenti, li għalihom, il-bidu tax-xogħlijiet ikun wara l-4 ta’ Lulju 2019, jew li jibdew jintużaw b’mod sistematiku wara din id-data, f’konformità mal-Artikolu 19(6) u l-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2019/944. Tali data tista’ tinkiseb għal aktar użu u pproċessar minn sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, unità tal-wiri fid-dar, jew sistema oħra li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament tissejjaħ “sistema ta’ konsum tad-data kważi f’ħin reali”.

(5)

Il-prattika tal-industrija hija li l-interoperabbiltà tinqasam f’ħames saffi. Is-saff tan-negozju huwa relatat mal-objettivi u mar-rwoli tan-negozju għal ċerti servizzi jew proċessi. Is-saff tal-funzjoni huwa relatat mal-każijiet ta’ użu, il-kondiviżjoni tad-data u l-ġestjoni tal-permessi. Is-saff tal-informazzjoni huwa relatat ma’ mudelli tad-data u ma’ mudelli ta’ informazzjoni, bħas-CIM (2). Is-saff tal-komunikazzjoni huwa relatat mal-protokolli ta’ komunikazzjoni u l-formati tad-data bħal CSV (3) jew XML (4). Is-saff tal-komponenti huwa relatat ma’ pjattaformi, applikazzjonijiet u hardware ta’ skambju tad-data, bħal miters u sensuri.

(6)

Ir-Regolament attwali jistabbilixxi sett ta’ regoli għall-interoperabbiltà għall-aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum filwaqt li jqis il-prattiki nazzjonali eżistenti. Il-“mudell ta’ referenza” stabbilit f’dan ir-Regolament jiddefinixxi regoli u proċeduri komuni fil-livell tal-Unjoni għas-saffi tan-negozju, tal-funzjoni u tal-informazzjoni, f’konformità mal-prattiki nazzjonali.

(7)

L-issodisfar ta’ dawn ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-konformità mal-proċeduri għall-aċċess għad-data jiddependu fuq l-użu tal-istess mudell ta’ referenza għad-data dwar il-kejl u l-konsum mill-Istati Membri. Billi jistabbilixxi mudell ta’ referenza, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura li l-parteċipanti fis-suq ikollhom fehim reċiproku u ċar tar-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċeduri għall-aċċess għad-data. Fl-istess ħin, l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza tippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw is-saffi ta’ komunikazzjoni u tal-komponenti f’konformità mal-ispeċifiċitajiet u l-prattiki nazzjonali.

(8)

Il-mudell ta’ referenza jiddeskrivi l-flussi tax-xogħol li huma meħtieġa għal servizzi u proċessi speċifiċi bbażati fuq sett minimu ta’ rekwiżiti biex jiġi żgurat li proċedura partikolari tkun tista’ taħdem b’mod korrett, filwaqt li tippermetti li jsir adattament nazzjonali. Huwa magħmul minn (i) “mudell eżemplari” b’sett ta’ rwoli/responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet tagħhom; (ii) “mudell ta’ informazzjoni” li jkun fih oġġetti ta’ informazzjoni, l-attributi tagħhom, u r-relazzjonijiet bejn dawn l-oġġetti; u (iii) “mudell ta’ proċess” li jagħti dettalji dwar il-passi proċedurali.

(9)

Il-mudell ta’ referenza huwa teknoloġikament newtrali u mhuwiex marbut direttament ma’ xi dettall speċifiku ta’ implimentazzjoni. Madankollu, il-mudell ta’ referenza jirrifletti, kemm jista’ jkun, definizzjonijiet u terminoloġija li jintużaw fl-istandards disponibbli u fl-inizjattivi Ewropej rilevanti, bħall-Mudell Eżemplari tas-Suq tal-Elettriku Armonizzat (5) u l-Mudell ta’ Informazzjoni Komuni tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali2. Fejn possibbli, il-mudell ta’ referenza jenħtieġ li juża l-istandards Ewropej disponibbli.

(10)

Dan ir-Regolament jiddeskrivi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti fis-suq fl-iskambju ta’ informazzjoni skont il-mudell ta’ referenza, inklużi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-amministratur tad-data dwar il-kejl, l-amministratur tal-punt tal-kejl, il-fornitur tal-aċċess għad-data u l-amministratur tal-permess. Il-parteċipanti fis-suq li jiskambjaw informazzjoni skont il-proċeduri speċifiċi deskritti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jassumu rwoli u responsabbiltajiet assenjati mill-mudell ta’ referenza b’mod individwali jew konġunt u li jkunu jistgħu jwettqu wkoll aktar minn rwol wieħed.

(11)

Huwa importanti li l-partijiet eliġibbli jkollhom il-possibbiltà li jittestjaw il-prodotti u l-proċeduri tagħhom qabel ma jużawhom. L-amministraturi tad-data mkejla u l-amministraturi tal-permessi, inkluża entità ċentrali jekk jiġi deċiż hekk mill-Istat Membru, jenħtieġ li jipprovdu lill-partijiet eliġibbli aċċess għal faċilitajiet biex jittestjaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom kemm jista’ jkun qabel ma jintużaw, biex jiġu evitati problemi tekniċi ta’ implimentazzjoni, u biex l-operazzjonijiet tagħhom jiġu rfinuti biex jiġi żgurat li l-prodotti u s-servizzi tagħhom jaħdmu mingħajr xkiel f’konformità mal-proċeduri ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Skont dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, u biex jassisti fl-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni tal-partijiet li qed jitolbu aċċess għad-data, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-fornituri tal-aċċess għad-data u lill-amministraturi tal-permessi biex jappoġġaw, sa fejn ikun possibbli, soluzzjonijiet diġitali konformi mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“ir-Regolament eIDAS”) biex jidentifikaw u jawtentikaw b’mod elettroniku l-klijenti finali u/jew il-partijiet eliġibbli. Meta jagħmlu dan, il-fornituri tal-aċċess għad-data u l-amministraturi tal-permessi jenħtieġ li jagħmlu użu tajjeb mill-infrastruttura nazzjonali diġà introdotta. L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali jenħtieġ li jgħin biex tiżdied l-effettività tas-servizzi u t-tranżazzjonijiet online relatati mal-enerġija, u tan-negozju u l-kummerċ elettroniku fl-Unjoni.

(13)

Huwa importanti li mhux biss il-partijiet eliġibbli, iżda wkoll il-klijenti jkollhom aċċess għad-data tagħhom stess, inkluża data mill-kejl intelliġenti. Għalhekk, dan ir-Regolament jiżgura li l-klijenti finali jkollhom aċċess ukoll għal data mhux ivvalidata dwar il-kejl u l-konsum kważi f’ħin reali minn sistemi ta’ kejl intelliġenti jekk jitolbuha f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

(14)

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu kif jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà fis-sistema nazzjonali tagħhom b’mod li jirrifletti l-prattiki nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti marbuta mas-saff tal-komunikazzjoni u tal-komponenti. Filwaqt li dan jiżgura li l-mudell ta’ implimentazzjoni jkun ibbażat fuq prattiki nazzjonali eżistenti, jagħmilha wkoll aktar diffiċli għall-partijiet eliġibbli biex jifhmu kif il-mudell ta’ referenza huwa implimentat madwar l-Unjoni fl-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tas-saff tal-komunikazzjoni u tal-komponenti. Dan jista’ jwassal għal ostaklu għad-dħul għal partijiet eliġibbli li jixtiequ jkunu attivi fi Stati Membri oħra. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju komuni tal-prattiki nazzjonali dwar kif il-mudell ta’ referenza jiġi implimentat fil-prattiki nazzjonali tal-Istati Membri u jenħtieġ li jkun disponibbli għall-pubbliku. Il-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-rapporti hija parti mill-proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji introdotti f’dan ir-Regolament, minħabba li se tikkontribwixxi għat-titjib tal-aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum madwar l-UE billi żżid is-sensibilizzazzjoni, tipprovdi ċarezza dwar ir-regoli applikabbli, u tgħin biex jitnaqqsu l-ostakli għal parteċipanti ġodda fis-suq. Barra minn hekk, se tippermetti wkoll lill-parteċipanti fis-suq jidentifikaw u jifhmu aħjar is-similaritajiet, id-differenzi u r-relazzjonijiet bejn l-arranġamenti nazzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, se tgħin ukoll biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u biex tittejjeb l-interoperabbiltà.

(15)

Sabiex tiġi żgurata b’mod effettiv it-trasparenza tal-proċeduri tal-aċċess għad-data, ikun meħtieġ li jinġabru r-rapporti tal-prattiki nazzjonali pprovduti mill-Istati Membri u li dawk ir-rapporti jsiru disponibbli, fil-livell tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin tingħata assistenza lill-Istati Membri fir-rapportar tal-prattiki nazzjonali. F’dan ir-rigward, in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO għall-Elettriku”) u l-Entità Ewropea għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Distribuzzjoni (“l-entità tal-UE għad-DSO”), jgħinu biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-aċċess għall-proċeduri tad-data fl-UE, permezz tal-ħidma kooperattiva kontinwa tagħhom u fil-kuntest tal-kompiti tagħhom relatati mal-ġestjoni tad-data u l-interoperabbiltà tad-data, skont l-Artikolu 30(1) il-punti (g) u (k), u l-Artikolu 55(1) il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Din il-kooperazzjoni tkun ibbażata fuq ir-responsabbiltajiet eżistenti taż-żewġ korpi, jiġifieri r-responsabbiltà tal-entità tal-UE għad-DSO li tikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u li tipparteċipa, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u l-entitajiet regolati, fl-iżvilupp tal-ġestjoni tad-data, kif ukoll ir-responsabbiltà tal-ENTSO għall-Elettriku li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-interoperabbiltà u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data kif previst fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u fl-Artikolu 30 55 tar-Regolament (UE) 2019/943 dwar l-Elettriku.

(16)

Fil-kuntest tal-proċeduri deskritti fil-mudell ta’ referenza għad-data dwar il-kejl u l-konsum introdotti f’dan ir-Regolament u fl-Anness tiegħu, il-partijiet eliġibbli qed jirċievu u jipproċessaw id-data. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan l-att ta’ implimentazzjoni, bħan-numri ta’ identifikazzjoni tal-miter jew tal-punt ta’ konnessjoni, skambjati bl-użu tal-proċeduri stabbiliti f’dan l-att ta’ implimentazzjoni se jeħtieġ li jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), inkluż iżda mhux limitat għar-rekwiżiti ta’ pproċessar u żamma fl-Artikolu 5(1) u 6 (1) tar-Regolament imsemmi qabel. Barra minn hekk, u minħabba li l-miters intelliġenti jikkwalifikaw bħala tagħmir terminali, tapplika wkoll id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (9). Għaldaqstant, il-partijiet eliġibbli rilevanti jenħtieġ li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn din id-Direttiva, inkluż l-Artikolu 5(3).

(17)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ta opinjoni fl-24 ta’ Awwissu 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

Suġġett u Definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi rekwiżiti tal-interoperabbiltà u regoli għal proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum tal-elettriku mill-klijenti finali u l-partijiet eliġibbli f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/944. Jistabbilixxi wkoll proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data li jeħtieġu r-rapportar u l-pubblikazzjoni ta’ prattiki nazzjonali li japplikaw il-mudell ta’ referenza.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà, dan ir-Regolament jistabbilixxi mudell ta’ referenza għad-data dwar il-kejl u l-konsum li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li l-Istati Membri għandhom japplikaw biex jippermettu l-interoperabbiltà. Jelenka l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku li huma kkonċernati permezz ta’ dan l-att u r-rwoli u r-responsabbiltajiet li jwettqu individwalment jew b’mod konġunt, kif deskritt fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8 u fl-Anness għal dan ir-Regolament, b’parteċipant wieħed fis-suq tal-elettriku li jkun jista’ jwettaq aktar minn rwol wieħed.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“mudell ta’ referenza” tfisser il-proċeduri li huma meħtieġa għall-aċċess għad-data li jiddeskrivu l-iskambju minimu ta’ informazzjoni meħtieġ bejn il-parteċipanti fis-suq;

(2)

data dwar il-kejl u l-konsum” tfisser il-qari mill-miter tal-konsum tal-elettriku mill-grilja, jew l-elettriku trażmess fil-grilja, jew il-konsum minn faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni fuq il-post li huma konnessi mal-grilja, u tinkludi data storika vvalidata u data kważi f’ħin reali mhux ivvalidata;

(3)

data storika vvalidata dwar il-kejl u l-konsum” tfisser data storika dwar il-kejl u l-konsum miġbura minn miter, minn miter konvenzjonali jew minn miter intelliġenti, jew minn sistema ta’ kejl intelliġenti, jew kompluta b’valuri sostituti li jiġu ddeterminati mod ieħor f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-miter;

(4)

“miter intelliġenti” tfisser apparat ta’ kejl elettroniku użat fi ħdan sistema ta’ kejl intelliġenti kif definit fl-Artikolu 2(23) tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(5)

data dwar il-kejl u l-konsum kważi f’ħin reali” tfisser data dwar il-kejl u l-konsum ipprovduta kontinwament minn miter intelliġenti jew minn sistema ta’ kejl intelliġenti f’perjodu ta’ żmien qasir, normalment sa sekondi jew sal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ fis-suq nazzjonali, li ma tkunx ivvalidata u li tkun disponibbli permezz ta’ interfaċċa standardizzata jew permezz ta’ aċċess remot f’konformità mal-Artikolu 20(a) tad-Direttiva (UE) 2019/944 dwar l-Elettriku;

(6)

“parti eliġibbli” tfisser entità li toffri servizzi relatati mal-enerġija lill-klijenti finali, bħal fornituri, operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, operaturi delegati u partijiet terzi oħra, aggregaturi, kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija, komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u fornituri ta’ servizzi tal-ibbilanċjar, sakemm dawn joffru servizzi relatati mal-enerġija lill-klijenti finali;

(7)

“amministratur ta’ data mkejla” tfisser parti responsabbli għall-ħżin ta’ data storika vvalidata dwar il-kejl u l-konsum u għad-distribuzzjoni ta’ din id-data lill-klijenti finali u/jew lill-partijiet eliġibbli;

(8)

“permess” tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija minn klijent finali għal parti eliġibbli abbażi ta’ ftehim kuntrattwali li jkollu ma’ din il-parti, biex jaċċessa d-data dwar il-kejl u l-konsum tiegħu ġestita mill-amministratur tad-data mkejla għall-forniment ta’ servizz speċifiku;

(9)

“permess attiv” tfisser permess li ma jkunx ġie revokat jew skada;

(10)

“amministratur tal-permessi” tfisser parti responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ reġistru ta’ permessi għall-aċċess għad-data għal sett ta’ punti tal-kejl, li tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-klijenti finali u għall-partijiet eliġibbli fis-settur, fuq talba;

(11)

“reġistru tal-aċċess għad-data” tfisser rekord bi kronogramma ta’ oġġetti tad-data aċċessati li jinkludi mill-inqas l-identifikazzjoni tal-klijent finali jew tal-parti eliġibbli li taċċessa d-data u, jekk applikabbli, l-identifikazzjoni tal-permess użat biex tiġi aċċessata d-data;

(12)

“amministratur tal-punt tal-kejl” tfisser parti responsabbli għall-amministrazzjoni u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-karatteristiċi ta’ punt tal-kejl, inklużi r-reġistrazzjonijiet tal-partijiet eliġibbli u tal-klijenti finali marbuta mal-punt tal-kejl;

(13)

“fornitur tal-aċċess għad-data” tfisser parti responsabbli għall-iffaċilitar tal-aċċess, inkluż f’kooperazzjoni ma’ partijiet oħra, għal data storika dwar il-kejl u l-konsum ivvalidata mill-klijent finali jew minn partijiet eliġibbli;

(14)

“reġistru ta’ forniment tal-permessi” tfisser rekord bi kronogramma ta’ meta jkun ingħata, ġie revokat, jew ġie tterminat, il-permess għal parti eliġibbli jew klijent finali, li jinkludi identifikatur tal-permess, u identifikatur tal-parti;

(15)

“fornitur ta’ servizzi ta’ identità” tfisser parti li tiġġestixxi l-informazzjoni dwar l-identità; toħroġ, taħżen, tipproteġi, iżżomm aġġornata, u tiġġestixxi l-informazzjoni dwar l-identità għal persuna fiżika jew ġuridika u tipprovdi servizzi ta’ awtentikazzjoni lill-partijiet eliġibbli u lill-klijenti finali;

(16)

“awtentikazzjoni” tfisser proċedura elettronika li tippermetti l-identifikazzjoni elettronika ta’ persuna fiżika jew ġuridika;

(17)

“operatur tal-miters” tfisser parti responsabbli għall-installazzjoni, għall-manutenzjoni, għall-ittestjar u għad-dekummissjonar tal-miters fiżiċi;

(18)

“sistema ta’ konsum tad-data kważi f’ħin reali” tfisser sistema jew apparat li jikseb il-fluss ta’ data kważi f’ħin reali mhux ivvalidata minn sistema ta’ kejl intelliġenti kif imsemmi fl-Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tad-Direttiva (UE) 2019/944.

KAPITOLU 2

Rekwiżiti tal-Interoperabbiltà u Proċeduri Trasparenti u Nondiskriminatorji għall-Aċċess għad-Data

Taqsima 1

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà — Mudell ta’ referenza

Artikolu 3

Implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza

Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-interoperabbiltà, l-impriżi tal-elettriku fis-suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut japplikaw il-mudelli ta’ referenza stabbiliti f’dan il-Kapitolu u fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Mudell ta’ referenza u informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tas-suq

1.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-prattiki nazzjonali rigward l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri għall-aċċess għad-data, skont l-Artikolu 10, u għandhom jiżguraw li dawn jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tas-suq nazzjonali rigward ir-rwoli u r-responsabbiltajiet speċifiċi stabbiliti fit-Tabella I tal-Anness disponibbli faċilment għall-partijiet eliġibbli u l-klijenti finali kollha.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta’ dawk il-partijiet li jaġixxu fis-suq nazzjonali bħala l-amministratur(i) tad-data mkejla, l-amministratur(i) tal-punt tal-kejl, il-fornitur(i) tal-aċċess għad-data u l-amministratur(i) tal-permessi, li r-responsabbiltajiet tagħhom huma stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet tal-amministratur tad-data mkejla

1.   Sabiex jiġi żgurat aċċess bla xkiel għad-data għall-klijenti finali u għall-partijiet eliġibbli, l-amministratur tad-data mkejla għandu:

(a)

jagħmel id-data vvalidata dwar il-kejl u l-konsum disponibbli għall-klijenti finali u għall-partijiet eliġibbli f’konformità ma’ dan ir-Regolament permezz ta’ interfaċċa online jew permezz ta’ interfaċċa xierqa oħra, fuq talba, b’mod nondiskriminatorju, u mingħajr dewmien żejjed;

(b)

jiżgura li l-klijent(i) finali jkun(u) jista’/jistgħu jaċċessa(w) (i)d-data vvalidata dwar il-kejl u l-konsum tiegħu/tagħhom; (ii) jista’ jagħmilha disponibbli għall-partijiet eliġibbli u (iii) jirċeviha f’format strutturat, użat b’mod komuni, li jinqara mill-magni u interoperabbli;

(c)

iżomm reġistru tal-aċċess għad-data aġġornat u jagħmlu disponibbli għall-klijenti finali permezz ta’ interfaċċa online jew permezz ta’ interfaċċa xierqa oħra, mingħajr ħlas, mingħajr dewmien bla bżonn, u fuq talba tal-klijent finali;

(d)

meta tiġi ttrasferita d-data lil partijiet eliġibbli, u filwaqt li tiġi rrispettata l-liġi rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali, jiżgura, f’kooperazzjoni mal-amministratur tal-permessi fejn applikabbli, li jkun hemm permess attiv jew bażi ġuridika oħra biex id-data tiġi trażmessa jew ipproċessata legalment, inkluż, fejn rilevanti, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

2.   L-amministraturi tad-data mkejla għandhom iżommu informazzjoni komplementari fuq id-data storika dwar il-kejl u dwar il-konsum f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Anness I.4 tad-Direttiva (UE) 2019/944. Għad-durata tal-perjodu ta’ żamma, id-data storika dwar il-kejl u l-konsum għandha tinżamm disponibbli, flimkien mal-informazzjoni tar-reġistru korrispondenti, għall-aċċess mill-klijenti finali u mill-partijiet eliġibbli fuq talba tal-klijenti finali.

3.   L-amministraturi tad-data mkejla għandhom jagħtu aċċess lill-partijiet eliġibbli għall-faċilitajiet tal-ittestjar fejn il-parti eliġibbli tista’ tittestja l-kompatibbiltà tas-sistemi tagħhom mas-sistemi tal-amministratur tad-data mkejla filwaqt li jimplimentaw il-proċeduri f’dan ir-Regolament. Il-faċilità tal-ittestjar għandha tkun disponibbli qabel ma jiġu implimentati l-proċeduri u waqt li jkunu qed jitħaddmu.

4.   Meta l-Istati Membri jkunu pprovdew dan, entità magħżula tista’ tikkondividi l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 mal-amministratur tad-data mkejla.

Artikolu 6

Responsabbiltajiet tal-amministratur tal-punt tal-kejl

L-amministratur tal-punt tal-kejl għandu jinforma lill-amministratur tal-permessi, u fejn rilevanti fil-livell nazzjonali lill-amministratur tad-data mkejla, mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe bidla fl-assenjazzjoni tal-klijenti finali lill-punti tal-kejl, u dwar kwalunkwe okkorrenza esterna oħra li tinvalida l-permessi attivi mogħtija fil-qasam tar-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 7

Responsabbiltajiet tal-fornitur tal-aċċess għad-data

1.   F’konformità mal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva (UE) 2019/944, il-fornituri tal-aċċess għad-data għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ interfaċċa online

(a)

il-proċeduri rilevanti kollha li jużaw biex jipprovdu aċċess għad-data kif deskritt mill-mudell ta’ referenza stabbilit f’dan il-Kapitolu u fl-Anness fejn jiġi ppreżentat il-każ speċifiku ta’ aċċess mill-klijenti finali;

(b)

il-mezzi għall-klijenti finali biex jaċċessaw, mingħajr dewmien bla bżonn, id-data storika tagħhom dwar il-kejl u l-konsum, f’kooperazzjoni mal-amministratur tad-data mkejla fejn applikabbli. Dan għandu jkun possibbli kif deskritt fil-proċeduri għall-aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u l-konsum mill-klijent finali fl-Anness.

2.   Il-fornituri tal-aċċess għad-data għandhom iżommu u jagħmlu disponibbli lill-klijenti finali l-informazzjoni tar-reġistru tagħhom, inkluż il-ħin li fih parti eliġibbli jew klijent finali jkunu ngħataw aċċess għad-data, u t-tip ta’ data kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli online, mingħajr ħlas, mingħajr dewmien bla bżonn, kull meta klijent finali jitlob l-aċċess.

3.   Meta l-Istati Membri jkunu pprovdew dan, entità magħżula tista’ tikkondividi mal-fornitur tal-aċċess għad-data, l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 8

Responsabbiltajiet tal-amministratur tal-permessi

1.   L-amministratur tal-permessi għandu

(a)

jagħti permess għall-aċċess ta’ data storika vvalidata dwar il-kejl u l-konsum lill-partijiet eliġibbli u jirrevoka permessi, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq talba tal-klijenti finali f’konformità mal-proċeduri deskritti fl-Anness;

(b)

jipprovdi lill-klijenti finali, fuq talba, b’ħarsa ġenerali lejn il-permessi attivi u storiċi għall-kondiviżjoni tad-data, skont il-paragrafu (2) tal-Artikolu 5;

(c)

jipproċessa notifiki dwar invalidazzjonijiet ta’ permessi riċevuti f’konformità mal-proċeduri f’dan ir-Regolament;

(d)

jinforma lill-amministratur tad-data mkejla (passi 3.5 u 4.9 fl-Anness), lill-parti eliġibbli jekk ikun meħtieġ (pass 4.11) u lill-klijent finali (passi 3.4 u 4.13) hekk kif l-amministratur tal-permessi jiġi nnotifikat b’invalidazzjoni ta’ permess;

(e)

iżomm reġistru tal-provvista ta’ permessi għall-klijenti finali u jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għalihom online, mingħajr ħlas, mingħajr dewmien żejjed, u fuq talba tagħhom;

(f)

jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-proċeduri rilevanti li jużaw biex jipprovdu aċċess għad-data kif deskritt mill-mudell ta’ referenza u kif muri fl-Anness, f’konformità mal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva (UE) 2019/944.

2.   L-amministraturi tal-permessi għandhom jikkooperaw mal-partijiet eliġibbli u mal-amministraturi tad-data mkejla biex jiffaċilitaw l-ittestjar tal-proċessi għall-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza. Din il-kooperazzjoni għandha sseħħ qabel ma jiġu implimentati l-proċessi u waqt li jkunu qed jitħaddmu.

3.   Meta l-Istati Membri jkunu pprovdew dan, entità magħżula tista’ tikkondividi mal-amministratur tal-permess, l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 9

Rekwiżiti u proċeduri tal-interoperabbiltà għall-aċċess għal data dwar il-kejl u l-konsum kważi f’ħin reali

Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal data dwar il-kejl u dwar il-konsum mhux ivvalidata kważi f’ħin reali għall-klijenti finali, permezz ta’ interfaċċa standardizzata jew permezz ta’ aċċess remot, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodi stabbiliti skont il-Proċeduri 5 u 6 fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Taqsima 2

Proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji għall-aċċess għad-data — Rapportar u repożitorju tal-prattiki nazzjonali

Artikolu 10

Rapportar tal-prattiki nazzjonali

1.   Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-aċċess għad-data, f’konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2019/944, l-Istati Membri għandhom

(a)

iwettqu u jżommu aġġornat l-immappjar tal-prattiki nazzjonali fil-livell nazzjonali li jinkludi wkoll deskrizzjoni dettaljata u spjegazzjoni ta’ kif jitwettqu l-passi proċedurali tat-Tabelli III.1 sa III.6 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxu liema passi, jekk applikabbli, ikunu ġew ikkombinati, u l-ordni li fiha jitwettqu l-passi; u

(b)

jirrapportaw lill-Kummissjoni l-immappjar tal-prattiki nazzjonali msemmi fil-paragrafu (a) li għandu jiġi ppubblikat f’repożitorju aċċessibbli għall-pubbliku li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 12.

2.   Ir-rapportar għandu jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni nazzjonali tal-mudell ta’ referenza u tad-diversi rwoli, skambji ta’ informazzjoni, u proċeduri.

3.   Dan ir-rapportar għandu jqis il-gwida żviluppata mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 13.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rapportar tal-prattiki nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-5 ta’ Lulju 2025.

5.   Jekk Stat Membru jkun għadda għal sistema nazzjonali ġdida għall-ġestjoni tad-data qabel il-5 ta’ Jannar 2025, ir-rapportar jista’ jkun limitat għall-arranġamenti l-ġodda dment li din is-sistema tkopri aktar minn 90 % tal-klijenti finali sal-5 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 11

Kooperazzjoni dwar it-trasparenza tad-data bejn l-entità tal-UE għad-DSO u l-ENTSO għall-Elettriku

1.   Il-kooperazzjoni prevista bejn in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO tal-Elettriku”) u l-Entità Ewropea għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Distribuzzjoni (“l-entità tal-UE għad-DSO”), fl-Artikolu 30(1), il-punti (g) u (k) u l-Artikolu 55(1), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2019/943, tista’ tieħu l-forma ta’ Grupp ta’ Ħidma Konġunt li jistabbilixxi proċess għall-ġbir u l-pubblikazzjoni tal-prattiki nazzjonali pprovduti mill-Istati Membri. B’dan il-mod, l-ENTSO għall-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO jistgħu wkoll jikkooperaw biex jagħtu pariri u jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni dwar l-interoperabbiltà tad-data, u fl-iżvilupp ulterjuri tagħhom skont l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva (UE) 2019/944.

2.   Filwaqt li jħejju l-pariri tagħhom u jwettqu l-attivitajiet ta’ appoġġ tagħhom lill-Kummissjoni, l-ENTSO għall-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO jikkooperaw mill-qrib mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet regolati bi rwoli istituzzjonali fil-livell nazzjonali fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għad-data dwar il-kejl u l-konsum, kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, il-bejjiegħa tal-elettriku bl-imnut, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-fornituri tas-servizzi u tat-teknoloġija, u l-manifatturi tat-tagħmir u tal-komponenti.

Artikolu 12

Kompiti taħt l-entità tal-UE għad-DSO u l-kooperazzjoni tal-ENTSO għall-Elettriku dwar it-trasparenza tad-data

1.   Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-aċċess għad-data madwar l-UE, il-kompiti ewlenin li l-ENTSO għall-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO jwettqu skont il-kooperazzjoni tagħhom dwar it-trasparenza tad-data għandhom jinkludu

(a)

l-iżvilupp ta’ gwida biex tassisti lill-Istati Membri fir-rapportar ta’ prattiki nazzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 13;

(b)

il-ġbir tar-rapporti ta’ prattiki nazzjonali pprovduti mill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza, kif stabbilit fl-Artikolu 10;

(c)

il-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-prattiki nazzjonali f’repożitorju disponibbli għall-pubbliku li għandu jinżamm aġġornat.

2.   L-ENTSO tal-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO jistgħu jikkooperaw ukoll biex jassistu lill-Kummissjoni, skont il-proċess stabbilit fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 11, fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-mudell ta’ referenza inkluż f’dan ir-Regolament u fl-iżvilupp ulterjuri tiegħu bħala riżultat ta’ bidliet regolatorji, tas-suq jew tat-teknoloġija, u jappoġġaw lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, fl-iżvilupp, bħala parti minn atti ta’ implimentazzjoni futuri, ta’ rekwiżiti tal-interoperabbiltà u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data meħtieġa għall-bdil tal-klijenti, ir-rispons għad-domanda, u servizzi oħra msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Artikolu 13

Gwida għar-rapportar tal-prattiki nazzjonali

Sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli għall-pubbliku, megħjuna mill-ENTSO għall-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO, gwida dwar ir-rapportar tal-prattiki nazzjonali.

KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3 għandu japplika fil-5 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125.

(2)  CIM – Mudell ta’ Informazzjoni Komuni, https://www.iec.ch/homepage.

(3)  Format tad-data CSV – format tad-data ta’ Valuri Separati b’Virgola.

(4)  Format tad-data XML – format ta’ Lingwaġġ tal-Immarkar Estensibbli.

(5)  HEMRM – Mudell Eżemplari Armonizzat (għas-Suq tal-Elettriku) minn ebIX®, ENTSO-E, u EFET.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Il-mudell ta’ referenza għall-aċċess għad-data dwar il-kejl u dwar il-konsum

Il-mudell ta’ referenza għad-data dwar il-kejl u dwar il-konsum huwa magħmul minn sett ta’ proċeduri ta’ referenza għall-aċċess għad-data u mill-iskambji ta’ informazzjoni meħtieġa bejn ir-rwoli meħuda mill-atturi fis-suq relatati ma’ dan il-każ speċifiku.

It-tabelli f’dan l-Anness jirriflettu dan is-sett ta’ informazzjoni li jikkostitwixxi l-mudell ta’ referenza. Il-passi proċedurali li huma stabbiliti f’dan l-Anness jistgħu jiġu kkombinati jew imwettqa f’ordni differenti meta jiġu applikati fil-livell nazzjonali.

It-Tabella I tinkludi informazzjoni dwar l-istruttura tas-suq nazzjonali u l-ambjent li hija partikolarment utli għall-partijiet eliġibbli li jixtiequ jistabbilixxu l-operat tagħhom fit-territorju rispettiv u jużaw l-aċċess għad-data dwar il-kejl u dwar il-konsum f’kull Stat Membru. It-Tabella I primarjament telenka l-informazzjoni li jeħtieġ li tkun aċċessibbli għall-partijiet eliġibbli biex jirreġistraw, jinkorporaw jew jistabbilixxu infrastruttura meħtieġa minn qabel biex jieħdu sehem fil-proċeduri elenkati fit-Tabella III u, b’mod xieraq, jikkomunikaw u jiskambjaw informazzjoni mal-atturi rilevanti tas-suq li jokkupaw ir-rwoli u jwettqu r-responsabbiltajiet indikati fit-Tabella II.

Tabella I

Informazzjoni ġenerali dwar l-ambjenti tal-Istati Membri

ID

Isem

Deskrizzjoni

I1

Awtorità nazzjonali kompetenti

Isem

Isem tal-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura.

Sit web

Sit web tal-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura.

Kuntatt uffiċjali

Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għall-ġestjoni tal-immappjar tal-prattiki nazzjonali.

Nota: Din l-awtorità kompetenti tista’ tkun entità pubblika jew privata.

I2

Informazzjoni dwar l-istruttura tal-ġestjoni tad-datatal-Istati Membri

Isem

Jekk applikabbli, l-isem tal-ambjent tal-ġestjoni u tal-iskambju tad-data f’konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Sit web

Jekk applikabbli, link għal sit web li jispjega d-dispożizzjonijiet għall-aċċess għad-data fi Stat Membru.

Kuntatt uffiċjali

Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġestjoni tad-data.

Bażi regolatorja nazzjonali

Referenza għall-bażi ġuridika għall-infrastruttura tal-kondiviżjoni tad-data.

Dokumentazzjoni

Deskrizzjoni awtosuffiċjenti tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-aċċess għad-data.

I3

Informazzjoni dwar l-amministraturi tad-data mkejla fi Stat Membru

(immappjar wieħed għal kull amministratur attiv tad-data mkejla fi Stat Membru)

Isem

Isem tal-organizzazzjoni.

Tip ta’ identifikazzjoni

Kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), Numru tal-Pożizzjoni Globali (GLN/GS1) jew Kodiċi ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali (NIC).

Identifikazzjoni tal-organizzazzjoni

Kodiċi jew identifikazzjoni tal-organizzazzjoni (nominata bħala “amministratur tad-data mkejla”) abbażi tat-tipi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-qasam preċedenti.

Sit web

Jekk applikabbli, link għal sit web jew applikazzjoni li tintuża biex titniżżel id-data.

Kuntatt uffiċjali

Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għall-aċċess għad-data mill-klijenti finali jew mill-partijiet eliġibbli.

Żona tal-grilja tal-kejl

Deskrizzjoni tas-sett ta’ punti tal-kejl li għalihom l-amministratur tad-data mkejla qed jamministra d-data mkejla.

I4

Informazzjoni dwar l-amministraturi tal-punti tal-kejl fi Stat Membru

(immappjar wieħed għal kull amministratur attiv tal-punt tal-kejl fi Stat Membru)

Isem

Isem tal-organizzazzjoni.

Tip ta’ identifikazzjoni

Kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), Numru tal-Pożizzjoni Globali (GLN/GS1) jew Kodiċi ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali (NIC).

Identifikazzjoni tal-organizzazzjoni

Kodiċi jew identifikazzjoni tal-organizzazzjoni (nominata bħala “amministratur tal-punt tal-kejl”) abbażi tat-tipi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-qasam preċedenti.

Sit web

Jekk applikabbli, link għal sit web jew applikazzjoni li tintuża biex titniżżel id-data.

Kuntatt uffiċjali

Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għall-aċċess għad-data mill-klijenti finali jew mill-partijiet eliġibbli.

Żona tal-grilja tal-kejl

Deskrizzjoni tas-sett ta’ punti tal-kejl li l-amministratur tal-punt tal-kejl huwa responsabbli għalihom.

I5

Informazzjoni dwar il-fornitur tal-aċċess għad-data

(mill-inqas attur wieħed irid jiġi mmappjat għal kull punt tal-kejl fi Stat Membru)

Isem

Isem tal-organizzazzjoni.

Tip ta’ identifikazzjoni

Kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), Numru tal-Pożizzjoni Globali (GLN/GS1) jew Kodiċi ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali (NIC).

Identifikazzjoni tal-organizzazzjoni

Kodiċi jew identifikazzjoni tal-organizzazzjoni abbażi tat-tipi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-qasam preċedenti.

Sit web

Jekk applikabbli, link għas-sit ta’ applikazzjoni tal-web li tintuża għall-aċċess finali għad-data tal-klijenti.

Kuntatt uffiċjali

Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għall-aċċess finali għad-data tal-klijenti.

Responsabbiltà tal-ġestjoni tal-permessi għal

Amministraturi tad-data mkejla li għalihom il-fornitur tal-aċċess għad-data jiġġestixxi l-aċċess għad-data tal-klijenti finali.

Fornitur ta’ servizz ta’ identità

Fornitur ta’ servizzi ta’ identità utilizzat mill-fornitur tal-aċċess għad-data biex jawtentika l-klijenti finali.

I6

Informazzjoni dwar l-amministraturi tal-permessi fi Stat Membru

(mill-inqas immappjar wieħed għal kull amministratur tal-permessi attiv fi Stat Membru)

Isem

Isem tal-organizzazzjoni.

Tip ta’ identifikazzjoni

Kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), Numru tal-Pożizzjoni Globali (GLN/GS1) jew Kodiċi ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali (NIC).

Identifikazzjoni tal-organizzazzjoni

Kodiċi jew identifikazzjoni tal-organizzazzjoni abbażi tat-tipi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-qasam preċedenti.

Sit web

Jekk applikabbli, link għas-sit web ta’ applikazzjoni tal-web li tintuża għall-amministrazzjoni tal-permessi.

Kuntatt uffiċjali

Dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għall-kondiviżjoni tad-data.

Responsabbiltà tal-ġestjoni tal-permessi

Amministraturi tad-data mkejla li għalihom l-amministratur tal-permessi jiġġestixxi l-permessi.

Nota: huwa validu wkoll għal amministratur tad-data mkejla li juża diversi amministraturi tal-permessi, u għal amministratur tal-permessi li jaġixxi għal diversi amministraturi tad-data mkejla.

Dokumentazzjoni tal-aċċess

Spjegazzjoni awtosuffiċjenti tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-użu tal-aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli. Huwa rrakkomandat li tiġi inkluża wkoll verżjoni bl-Ingliż ta’ din id-dokumentazzjoni.

Fornitur ta’ servizz ta’ identità

Fornitur ta’ servizzi ta’ identità użat mill-amministratur tal-permessi biex jawtentika l-klijenti finali.

Inkorporazzjoni ta’ parti eliġibbli

Jew link għad-dokumentazzjoni tal-proċedura ta’ inkorporazzjoni bl-Ingliż jew spjegazzjoni kompluta u awtosuffiċjenti bl-Ingliż dwar kif parti eliġibbli tista’ tinkorpora l-ambjent tal-produzzjoni biex tuża aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli.

Test tal-parti eliġibbli għall-inkorporazzjoni

Jekk applikabbli, jew link għad-dokumentazzjoni tal-proċedura ta’ inkorporazzjoni bl-Ingliż jew spjegazzjoni kompluta u awtosuffiċjenti bl-Ingliż ta’ kif parti eliġibbli tista’ tinkorpora l-ambjent ta’ ttestjar biex tuża aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli.

Lista tal-prezzijiet għall-aċċess għad-data mill-partijiet eliġibbli

Deskrizzjoni eżawrjenti tal-kostijiet kollha għall-partijiet eliġibbli.

I7

Informazzjoni dwar interfaċċi standardizzati kważi f’ħin reali ta’ miter intelliġenti jew sistemi ta’ kejl intelliġenti fi Stat Membru skont l-Artikolu 20 il-punt (a) tad-Direttiva (UE) 2019/944

(irid ikun applikabbli mill-inqas immappjar wieħed għal kull speċifikazzjoni tal-interfaċċa użata għall-miters intelliġenti użati fi Stat Membru wara l-4 ta’ Lulju 2019)

Isem

Deżinjazzjoni tat-tip tal-mudell tal-miter.

Klassi bażika tal-interfaċċa utilizzata

Ipprovdi l-livell ta’ vultaġġ li għalih jintuża l-mudell tal-miter.

Għal vultaġġ medju u għoli, jekk jogħġbok speċifika fid-dettall l-interfaċċa standardizzata jew l-aċċess remot li qed jintuża.

Għal vultaġġ baxx, it-tweġibiet għandhom isegwu l-klassifikazzjoni (agħżel l-għażla/għażliet applikabbli):

H1 (kif definit f’CEN/CENELEC/ETSI TR 50572:2011 (1))

H2 (kif iddefinit f’CEN/CENELEC/ETSI TR 50572:2011)

H3 (kif iddefinit f’CEN/CENELEC/ETSI TR 50572:2011)

Aċċess remot (speċifika fid-dettall)

Bejjiegħ

Isem l-organizzazzjoni tal-bejjiegħ tal-komponenti tal-miters intelliġenti jew tas-sistema ta’ kejl intelliġenti

Amministraturi tal-punti tal-kejl li jużaw il-mudell

Identifikaturi tal-amministraturi tal-punti tal-kejl li jużaw il-mudell.

Standard tal-interfaċċa fiżika

L-isem u l-verżjoni tal-istandard użat.

Protokoll ta’ komunikazzjoni

L-isem u l-verżjoni tal-istandard użat.

Formati tad-data

L-isem u l-verżjoni tal-istandard użat.


Tabella II

Rwoli

Isem tar-rwol

Tip ta’ rwol

Deskrizzjoni tar-rwol

Klijent finali

Negozju

Kif definit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Dan jirreferi għal parti konnessa mal-grilja li tixtri l-elettriku għall-użu tagħha stess. Nota: dan jinkludi wkoll il-każ ta’ klijenti u parteċipanti attivi tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini.

Awtorità kompetenti

Negozju

Awtorità kompetenti tista’ tkun entità pubblika jew privata fi Stat Membru.

Parti eliġibbli

Negozju

“Parti eliġibbli” hija entità li toffri servizzi relatati mal-enerġija lill-klijenti finali, bħal fornituri, operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u sistemi ta’ distribuzzjoni, operaturi delegati u partijiet terzi oħra, aggregaturi, kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija, komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u fornituri tas-servizzi tal-ibbilanċjar, sakemm dawn joffru servizzi relatati mal-enerġija lill-klijenti finali;

Amministratur tad-data mkejla

Negozju

Parti responsabbli għall-ħżin ta’ data storika dwar il-kejl u dwar il-konsum ivvalidata u d-distribuzzjoni ta’ din id-data lill-klijenti finali u/jew lill-partijiet eliġibbli.

Amministratur tal-punt tal-kejl

Negozju

Parti responsabbli għall-amministrazzjoni u li tagħmel disponibbli l-karatteristiċi ta’ punt tal-kejl, inklużi r-reġistrazzjonijiet ta’ partijiet eliġibbli u klijenti finali marbuta mal-punt tal-kejl.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Negozju

Parti responsabbli għall-iffaċilitar tal-aċċess, inkluż f’kooperazzjoni ma’ partijiet oħra, għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum lill-klijent finali jew lill-partijiet eliġibbli.

Amministratur tal-permessi

Negozju

Parti responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ reġistru ta’ permessi ta’ aċċess għad-data għal sett ta’ punti tal-kejl, li tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-klijenti finali u l-partijiet eliġibbli fis-settur, fuq talba.

Fornitur ta’ servizz ta’ identità

Negozju u/jew Sistema

Parti li tiġġestixxi l-informazzjoni dwar l-identità; toħroġ, taħżen, tipproteġi, żżomm aġġornata, u tiġġestixxi informazzjoni dwar l-identità għal persuna fiżika jew ġuridika u tipprovdi servizzi ta’ awtentikazzjoni lil partijiet eliġibbli u lil klijenti finali.

Operatur tal-miters

Negozju u/jew Sistema

Parti responsabbli għall-installazzjoni, iż-żamma, l-ittestjar u d-dekummissjonar tal-miters fiżiċi.

Miter intelliġenti

Sistema

Apparat ta’ kejl elettroniku użat fi ħdan sistema ta’ kejl intelliġenti kif definit fl-Artikolu 2(23) tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Nota: Tali sistema ta’ kejl intelliġenti qed tappoġġa l-funzjonalitajiet deskritti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Sistema ta’ konsum tad-data kważi f’ħin reali

Sistema

Sistema jew apparat li jikseb il-fluss ta’ data kważi f’ħin reali mhux ivvalidata minn sistema ta’ kejl intelliġenti kif imsemmi fl-Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Nota: dan jista’ jkun pereżempju sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, unità tal-wiri fid-dar jew apparat ieħor.

Ir-rwoli kollha tat-tip Negozju huma mistennija li jaġixxu b’mod sigur u awtentikat u permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni fdati. Għal din ir-raġuni, il-passi ta’ awtentikazzjoni użati għal dawn is-sħab fil-komunikazzjoni ma humiex elenkati fil-proċeduri elenkati hawn taħt. Dawn huma “aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum mill-klijent finali”, “aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli”, “terminazzjoni tas-servizz minn parti eliġibbli”, “revoka ta’ permess attiv mill-klijent finali”, “attivazzjoni ta’ fluss ta’ data kważi f’ħin reali minn sistema ta’ miters intelliġenti jew ta’ kejl intelliġenti”, u “qari ta’ data kważi f’ħin reali minn sistema ta’ miters intelliġenti jew ta’ kejl intelliġenti”.

Tabella III

Kundizzjonijiet tal-Proċedura

Nru

Isem il-proċedura

Attur primarju

Prekundizzjoni

1

Aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum mill-klijent finali

Klijent finali

Il-klijent finali huwa inkorporat.

2

Aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli

Klijent finali

Il-klijent finali huwa inkorporat.

Il-parti eliġibbli hija inkorporata.

3

Terminazzjoni ta’ servizz minn parti eliġibbli

Parti eliġibbli

Permess attiv huwa disponibbli jew bażi legali jew kuntrattwali oħra.

4

Revoka ta’ permess attiv mill-klijent finali

Klijent finali

Il-permess attiv huwa disponibbli.

5

Attivazzjoni tal-fluss tad-data kważi f’ħin reali minn miter intelliġenti jew minn sistema ta’ kejl intelliġenti

Klijent finali

Is-sistema ta’ miter intelliġenti jew ta’ kejl intelliġenti hija installata fil-punt tal-kejl tal-klijent finali.

6

Aqra d-data kważi f’ħin reali minn sistema ta’ miter intelliġenti jew ta’ kejl intelliġenti

Sistema ta’ konsum tad-data kważi f’ħin reali

Il-passi fil-Proċedura 5 twettqu.

Fil-proċedura “aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli”, kif spjegat fid-dettall fit-Tabella III.2, “data futura” koperta minn permess (iżda xorta fil-perjodu tal-permess) hija ttrattata b’mod differenti minn “data diġà disponibbli”. Din tal-aħħar tfisser data li diġà hija disponibbli għand l-amministratur tad-data mkejla fiż-żmien meta jingħata l-permess, filwaqt li “data futura” tfisser data li hija koperta mill-permess iżda li mhijiex disponibbli f’dak il-mument u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet minħabba li tkun magħmula disponibbli fil-futur. Fil-proċedura li tinvolvi “aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli”, deskritta fit-Tabella III.2, l-aċċess għal data storika u futura jintwera bħala proċedura unifikata. Fl-immappjar tal-prattiki nazzjonali, dawn iż-żewġ każijiet jistgħu jiġu deskritti bħala proċeduri separati.

Il-mudell ta’ referenza għall-forniment ta’ data kważi f’ħin reali mhux ivvalidata, kif muri fil-proċedura 5 fit-Tabella III.5 u fil-proċedura 6 fit-Tabella III.6, huwa bbażat fuq l-arkitettura ta’ referenza funzjonali għall-kejl intelliġenti definita fl-istandards1. Din l-arkitettura ta’ referenza funzjonali tispeċifika rappreżentazzjoni ġenerika tal-infrastrutturi ta’ kejl intelliġenti użati fl-Istati Membri. Din tiddefinixxi l-hekk imsejħa interfaċċi “H1”, “H2” u “H3” li jistgħu jintużaw għall-forniment ta’ data kważi f’ħin reali mhux ivvalidata. Madankollu, jistgħu jintużaw l-istess standards u elementi ta’ data, skont liema interfaċċa tintuża. Xi operaturi tal-miters joffru wkoll aċċess remot għal tali data. Il-proċeduri 5 u 6 huma newtrali għall-implimentazzjoni fir-rigward tal-metodu ta’ aċċess ipprovdut.

Għall-forniment ta’ data kważi f’ħin reali mhux ivvalidata permezz ta’ interfaċċa standardizzata fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi l-istandards li jippermettu l-interoperabbiltà. Mingħajr preġudizzju għall-iżviluppi futuri, l-istandards attwalment disponibbli u li qed jintużaw fil-prattiki nazzjonali fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jinkludu dan li ġej (din hija lista mhux eżawrjenti):

EN 50491-11

Serje EN 62056 – DLMS/COSEM

Serje EN 13757 – M-bus Bil-Fili u Mingħajr Fili

EN16836 – Zigbee SEP 1.1

Id-dijagrammi ta’ hawn taħt li juru l-proċeduri deskritti fit-Tabelli III.1 sa III.6, huma ta’ natura illustrattiva u jsegwu l-Business Process Model and Notation 2.0 (2). L-oġġetti ta’ informazzjoni msemmija fil-kolonna bl-intestatura “Informazzjoni skambjata (IDs)” huma definiti fit-Tabella IV.

Tabella III.1

Proċedura 1

Isem il-proċedura

Aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum mill-klijent finali

Pass Nru

Pass

Deskrizzjoni tal-pass

Produttur tal-informazzjoni

Riċevitur tal-informazzjoni

Informazzjoni skambjata (IDs)

1.1

Identifika l-fornitur tal-aċċess għad-data

Il-klijenti finali jidentifikaw il-fornitur tal-aċċess għad-data li huwa responsabbli għall-punti tal-kejl tagħhom li jkunu qed jiġu kkunsidrati.

Awtorità kompetenti

Klijent finali

[mhux rilevanti]

1.2

Awtentika l-klijent finali

Il-klijenti finali jidentifikaw lilhom infushom mal-fornitur tal-aċċess għad-data.

Klijent finali

Fornitur tal-aċċess għad-data

[mhux rilevanti]

1.3

Iċċekkja l-kredenzjali

Il-fornitur tal-aċċess għad-data jittrasferixxi l-informazzjoni dwar l-awtentikazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ identità.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Fornitur ta’ servizz ta’ identità

[mhux rilevanti]

1.4

Informa lill-klijent finali dwar ir-riżultati tal-iċċekkjar tal-kredenzjali

Il-fornitur tal-aċċess għad-data jikkomunika r-riżultat tal-validazzjoni u jipprovdi indikazzjoni sinifikanti f’każ ta’ talba invalida.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Klijent finali

[mhux rilevanti]

1.5

Ikkollega l-klijent finali u l-punt tal-kejl

Il-klijent finali jidentifika l-id tal-punt tal-kejl li għalih jitlob id-data.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Klijent finali

A – Identifikazzjoni tal-punt tal-kejl

1.6

Itlob id-data

Il-klijent finali jispeċifika d-data mitluba.

Klijent finali

Fornitur tal-aċċess għad-data

C – Talba għal data mkejla

1.7

Ivvalida t-talba għand il-fornitur tal-aċċess għad-data

Il-fornitur tal-aċċess għad-data jivvalida t-talba speċifikata għad-data mkejla u jipprovdi indikazzjoni sinifikanti f’każ ta’ talba invalida.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Klijent finali

D – Informazzjoni dwar il-validazzjoni tat-talba

1.8

Ibgħat talba lill-amministratur tad-data soġġett mkejla għall-validazzjoni

Iċċekkja jekk l-ispeċifikazzjoni tad-data mitluba f’termini ta’ ħin, ambitu, aċċessibbiltà eċċ. hijiex aċċettabbli.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Amministratur tad-data mkejla

C – Talba għal data mkejla

1.9

Ivvalida t-talba speċifikata għand l-amministratur tad-data mkejla

L-amministratur tad-data mkejla jivvalida t-talba għal data mkejla speċifikata.

Amministratur tad-data mkejla

Fornitur tal-aċċess għad-data

D – Informazzjoni dwar il-validazzjoni tat-talba

1.10

Informa lill-klijent finali dwar ir-riżultati tal-validazzjoni

Jekk l-input ma jkunx validu, messaġġ sinifikanti għandu jindika r-raġuni.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Klijent finali

D – Informazzjoni dwar il-validazzjoni tat-talba

1.11

Innotifika lill-amministratur tad-data mkejla

It-talba għal data mkejla jeħtieġ li tiġi nnotifikata sabiex jiġi pprovdut il-pakkett ta’ data mitlub.

Fornitur tal-aċċess għad-data

Amministratur tad-data mkejla

C – Talba għal data mkejla

1.12

Ittrasferixxi d-data

Il-klijenti finali jirċievu d-data mitluba mingħajr dewmien żejjed.

Amministratur tad-data mkejla

Klijent finali

E – Data storika vvalidata

Image 1

Dijagramma 1 – Proċedura “Aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum mill-klijent finali”

Tabella III.2

Proċedura 2

Isem il-proċedura

Aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli

Pass Nru

Pass

Deskrizzjoni tal-pass

Produttur tal-informazzjoni

Riċevitur tal-informazzjoni

Informazzjoni skambjata (IDs)

2.1

Identifika l-amministratur tal-permessi

Il-klijenti finali jidentifikaw l-amministratur tal-permessi li huwa responsabbli għall-punti tal-kejl tagħhom li jkunu qed jiġu kkunsidrati.

Awtorità kompetenti

Klijent finali

[mhux rilevanti]

2.2

Identifika l-parti eliġibbli

Il-klijenti finali jidentifikaw il-parti eliġibbli li għaliha beħsiebhom jagħmlu d-data disponibbli.

[mhux rilevanti]

Klijent finali

[mhux rilevanti]

2.3

Dettalji tal-permess stabbiliti minn qabel

Speċifikazzjoni tad-data meħtieġa mill-parti eliġibbli. Mezzi fakultattivi (iżda disponibbli b’mod ġenerali) biex tiġi speċifikata d-data meħtieġa (pereżempju permezz tal-għażla ta’ buttuna “aqsam id-data tiegħi”) sabiex jiġi evitat li l-klijent finali jkollu jagħmel inputs kumplessi.

Parti eliġibbli

Amministratur tal-permessi

G – Informazzjoni dwar il-permess stabbilita minn qabel

2.4

Awtentika l-klijent finali

Il-klijenti finali jidentifikaw lilhom infushom lill-amministratur tal-permessi.

Klijent finali

Amministratur tal-permessi

[mhux rilevanti]

2.5

Iċċekkja l-kredenzjali

L-amministratur tal-permessi jittrasferixxi l-informazzjoni ta’ awtentikazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ identità.

Amministratur tal-permessi

Fornitur ta’ servizz ta’ identità

[mhux rilevanti]

2.6

Informa lill-klijent finali dwar ir-riżultati tal-iċċekkjar tal-kredenzjali

L-amministratur tal-permessi jikkomunika r-riżultat ta’ validazzjoni u jipprovdi indikazzjoni sinifikanti f’każ ta’ talba invalida.

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

[mhux rilevanti]

2.7

Ikkollega l-klijent finali u l-punt tal-kejl

Il-klijent finali jidentifika l-id tal-punt tal-kejl li għalih jitlob id-data.

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

A – Identifikazzjoni tal-punt tal-kejl

2.8

Speċifika l-attributi tal-permess

Il-klijenti finali jispeċifikaw id-data li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu disponibbli u jikkonfermaw il-permess tagħhom lill-amministratur tal-permessi. Dan jista’ jiġi assistit ukoll minn talbiet għal permess speċifikati minn qabel li ġejjin mill-parti eliġibbli permezz tal-pass 2.3.

Klijent finali

Amministratur tal-permessi

H – Informazzjoni bażika dwar il-permess

2.9

Ivvalida talba għal permess speċifikata għand l-amministratur tal-permessi

L-amministratur tal-permessi jivvalida t-talba għal permess speċifikat u jipprovdi indikazzjoni sinifikanti f’każ ta’ talba invalida.

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

D – Informazzjoni dwar il-validazzjoni tat-talba

2.10

Ibgħat talba għal permess lill-amministratur tad-data mkejla għall-validazzjoni

Jekk applikabbli, iċċekkja jekk l-ispeċifikazzjoni tad-data mitluba f’termini ta’ żmien, ambitu, aċċessibbiltà, intitolament, eċċ. hijiex aċċettabbli.

Amministratur tal-permessi

Amministratur tad-data mkejla

H – Informazzjoni bażika dwar il-permess

2.11

Ivvalida talba għal permess speċifikata għand l-amministratur tad-data mkejla

Jekk applikabbli, l-amministratur tad-data mkejla jivvalida t-talba għal permess speċifikata.

Amministratur tad-data mkejla

Amministratur tal-permessi

D – Informazzjoni dwar il-validazzjoni tat-talba

2.12

Informa lill-klijent finali dwar ir-riżultat tal-validazzjoni

Jekk l-input ma jkunx validu, messaġġ sinifikanti għandu jindika r-raġuni.

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

D – Informazzjoni dwar il-validazzjoni tat-talba

2.13

Aħżen il-permess

L-amministratur tal-permessi jaħżen il-permess, flimkien ma’ identifikatur uniku għal referenza u kronogramma li tindika l-ħolqien.

Amministratur tal-permessi

Amministratur tal-permessi

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

2.14

Innotifika lill-klijent finali

L-amministratur tal-permessi jinforma lill-klijent finali li l-permess ġie stabbilit.

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

2.15

Innotifika lill-parti eliġibbli

L-amministratur tal-permessi jinforma lill-parti eliġibbli li l-permess ġie stabbilit.

Amministratur tal-permessi

Parti eliġibbli

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

2.16

Innotifika lill-amministratur tad-data mkejla

Pass fakultattiv. L-amministratur tal-permessi jinforma lill-amministratur tad-data mkejla li l-permess ġie stabbilit.

Amministratur tal-permessi

Amministratur tad-data mkejla

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

2.17

Ittrasferixxi data diġà disponibbli

Id-data tiġi ttrasferita mill-amministratur tad-data mkejla kif speċifikat fil-permess jew sal-punt tat-tmiem tal-qari mitlub jew il-kronogramma attwali (għal każijiet fejn il-punt tat-tmiem tal-qari mitlub ikun fil-futur) lill-parti eliġibbli.

Nota: Il-karatteristiċi għall-attivazzjoni tat-trasferiment ta’ dak it-tip ta’ data għandhom jiġu mmappjati bi tqabbil ma’ dan il-pass.

[mhux rilevanti]

[mhux rilevanti]

[mhux rilevanti]

2.18

Trasferiment ta’ data li ssir disponibbli fil-futur

Għal intervalli li bħalissa mhumiex disponibbli iżda li se jkunu disponibbli fil-futur — iżda koperti wkoll mill-permess — id-data rispettiva tiġi ttrasferita mill-amministratur tad-data mkejla bl-użu tal-indikazzjoni definita mill-attribut “Skeda ta’ trażmissjoni” tal-oġġett ta’ informazzjoni deskritt fit-Tabella IV.

Nota: Il-karatteristiċi għall-attivazzjoni tat-trasferiment ta’ dak it-tip ta’ data għandhom jiġu mmappjati bi tqabbil ma’ dan il-pass.

[mhux rilevanti]

[mhux rilevanti]

[mhux rilevanti]

2.19

Ittrasferixxi d-data

Id-data fil-fatt tkun qed tiġi ttrasferita lill-parti eliġibbli.

Nota: L-approċċ ta’ komunikazzjoni (pereżempju “iġbed permezz tar-REST API”, “imbotta permezz ta’ komunikazzjoni bbażata fuq il-messaġġi”), il-prerekwiżiti u l-karatteristiċi tat-trasferiment attwali għandhom jiġu mmappjati f’dan il-pass.

Amministratur tad-data mkejla

Parti eliġibbli

F – Data storika bl-informazzjoni finali dwar il-klijent ivvalidata

Image 2

Dijagramma 2 – Proċedura “Aċċess għal data storika vvalidata dwar il-kejl u dwar il-konsum minn parti eliġibbli”

Tabella III.3

Proċedura 3

Isem il-proċedura

Terminazzjoni ta’ servizz minn parti eliġibbli

Pass Nru

Pass

Deskrizzjoni tal-pass

Produttur tal-informazzjoni

Riċevitur tal-informazzjoni

Informazzjoni skambjata (IDs)

3.1

Attiva t-terminazzjoni tal-permess

Il-parti eliġibbli tqis is-servizz jew l-iskop imsemmi mill-permess itterminat.

Parti eliġibbli

-

[mhux rilevanti]

3.2

Wettaq il-kompiti tat-tmiem tal-permess

Il-parti eliġibbli għandha twettaq il-kompiti kollha meħtieġa biex tissodisfa r-responsabbiltajiet relatati tagħha immedjatament u mingħajr dewmien żejjed u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Parti eliġibbli

-

[mhux rilevanti]

3.3

Innotifika lill-amministratur tal-permessi

Il-parti eliġibbli immedjatament u mingħajr dewmien bla bżonn għandha tinforma lill-amministratur tal-permessi.

Parti eliġibbli

Amministratur tal-permessi

J – Notifika tat-terminazzjoni tas-servizz

3.4

Innotifika lill-klijent finali

L-amministratur tal-permessi jagħmel disponibbli l-informazzjoni li l-permess ġie revokat lill-klijent finali.

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

J – Notifika tat-terminazzjoni tas-servizz

3.5

Innotifika lill-amministratur tad-data mkejla

L-amministratur tal-permessi jibgħat in-notifika rispettiva lill-amministratur tad-data mkejla.

Amministratur tal-permessi

Amministratur tad-data mkejla

J – Notifika tat-terminazzjoni tas-servizz

3.6

Tmiem tal-kondiviżjoni tad-data

L-amministratur tad-data mkejla jieqaf jittrasferixxi d-data lill-parti eliġibbli.

Amministratur tad-data mkejla

Parti eliġibbli

J – Notifika tat-terminazzjoni tas-servizz

Image 3

Dijagramma 3 – Proċedura “Terminazzjoni tas-servizz minn parti eliġibbli”

Tabella III.4

Proċedura 4

Isem il-proċedura

Revoka ta’ permess attiv mill-klijent finali

Pass Nru

Pass

Deskrizzjoni tal-pass

Produttur tal-informazzjoni

Riċevitur tal-informazzjoni

Informazzjoni skambjata (IDs)

4.1

Identifika l-amministratur tal-permessi

Il-klijenti finali jidentifikaw l-amministratur tal-permessi li huwa responsabbli għall-punti tal-kejl tagħhom li jkunu qed jiġu kkunsidrati.

Awtorità kompetenti

Klijent finali

[mhux rilevanti]

4.2

Awtentika l-klijent finali

Il-klijenti finali jidentifikaw lilhom infushom lill-amministratur tal-permessi.

Klijent finali

Amministratur tal-permessi

[mhux rilevanti]

4.3

Iċċekkja l-kredenzjali

L-amministratur tal-permessi jittrasferixxi l-informazzjoni ta’ awtentikazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ identità.

Amministratur tal-permessi

Fornitur ta’ servizz ta’ identità

[mhux rilevanti]

4.4

Informa lill-klijent finali dwar ir-riżultati tal-iċċekkjar tal-kredenzjali

L-amministratur tal-permessi jikkomunika r-riżultat ta’ validazzjoni u jipprovdi indikazzjoni sinifikanti f’każ ta’ talba invalida.

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

[mhux rilevanti]

4.5

Lista ta’ permessi

L-amministratur tal-permessi jagħmel disponibbli lill-klijent finali lista ta’ permessi attivi u skaduti li jkun ta qabel

Amministratur tal-permessi

Klijent finali

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

4.6

Attiva r-revoka tal-permess (espliċita)

Il-klijent finali jindika lill-amministratur tal-permessi liema permess għandu jiġi revokat.

Klijent finali

Amministratur tal-permessi

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

4.7

Irċievi bidla fl-intitolament tal-punt tal-kejl (impliċita)

Raġunijiet esterni (pereżempju, move-out) iwasslu għal invalidazzjoni tal-intitolament ta’ klijent finali għal punt tal-kejl. L-amministratur tal-punt tal-kejl jinforma lill-amministratur tad-data mkejla dwar dawn l-avvenimenti.

Amministratur tal-punt tal-kejl

Amministratur tad-data mkejla

[mhux rilevanti]

4.8

Innotifika lill-amministratur tal-permessi

L-amministratur tad-data mkejla jinforma lill-amministratur tal-permessi dwar il-ħtieġa li jiġu revokati l-permessi kollha għall-punt tal-kejl.

Amministratur tad-data mkejla

Amministratur tal-permessi

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

4.9

Innotifika lill-amministratur tad-data mkejla

L-amministratur tal-permessi jinforma lill-amministratur tad-data mkejla dwar ir-revoka.

Amministratur tal-permessi

Amministratur tad-data mkejla

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

4.10

Temm il-kondiviżjoni tad-data

L-amministratur tad-data mkejla ma għandux jibqa’ jittrasferixxi data taħt l-ambitu tal-permess revokat.

Amministratur tad-data mkejla

[mhux rilevanti]

[mhux rilevanti]

4.11

Innotifika lill-parti eliġibbli

L-amministratur tal-permess irid jinforma lill-parti eliġibbli affettwata immedjatament u mingħajr dewmien bla bżonn.

Amministratur tal-permessi

Parti eliġibbli

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

4.12

Wettaq il-kompiti tat-tmiem tal-permess

Il-parti eliġibbli twettaq il-kompiti kollha meħtieġa biex tissodisfa r-responsabbiltajiet relatati tagħha immedjatament u mingħajr dewmien żejjed u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Parti eliġibbli

[mhux rilevanti]

[mhux rilevanti]

4.13

Innotifika lill-klijent finali

L-amministratur tal-permessi jagħmel disponibbli l-informazzjoni li l-permess ġie revokat lill-klijent finali.

Amministratur tal-permessi

Klijent

I – Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

Image 4

Dijagramma 4 – Proċedura “Revoka ta’ permess attiv mill-klijent finali”

Tabella III.5

Proċedura 5

Isem il-proċedura

Attiva l-fluss tad-data kważi f’ħin reali minn miter intelliġenti jew sistema ta’ kejl intelliġenti (fejn applikabbli)

Pass Nru

Pass

Deskrizzjoni tal-pass

Produttur tal-informazzjoni

Riċevitur tal-informazzjoni

Informazzjoni skambjata (IDs)

5.1

Identifika l-operatur tal-miters

Il-klijent finali jsib informazzjoni ta’ kuntatt għall-parti responsabbli biex jattiva l-fluss tad-data.

Awtorità kompetenti

Klijent finali

[mhux rilevanti]

5.2

Il-klijent finali jitlob li l-fluss tad-data kważi f’ħin reali jinxtegħel

Il-klijent finali jibgħat l-informazzjoni meħtieġa biex il-fluss tad-data jkun aċċessibbli lill-operatur tal-miters.

Klijent finali

Operatur tal-miters

M – Talba għall-attivazzjoni tal-fluss tad-data

5.3

Ipprovdi l-kredenzjali tal-miters

L-operatur tal-miters jibgħat l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkonsma u/jew jiddekripta d-data li toħroġ mill-miter lill-klijent finali.

Operatur tal-miters

Klijent finali

N – Konferma tal-attivazzjoni tal-fluss tad-data

Image 5

Dijagramma 5 – Proċedura “Attiva l-fluss tad-data kważi f’ħin reali minn miter intelliġenti jew minn sistema ta’ kejl intelliġenti”

Tabella III.6

Proċedura 6

Isem il-proċedura

Aqra d-data kważi f’ħin reali minn sistema ta’ miter intelliġenti jew ta’ kejl intelliġenti

Pass Nru

Pass

Deskrizzjoni tal-pass

Produttur tal-informazzjoni

Riċevitur tal-informazzjoni

Informazzjoni skambjata (IDs)

6.1

Ikkollega s-sistema tal-konsum tad-data kważi f’ħin reali mal-miter

Jekk applikabbli, il-klijent finali jikkollega s-sistema tal-konsum tad-data kważi f’ħin reali ma’ interfaċċa kważi f’ħin reali u jipprovdi kredenzjali jew ċertifikati kif definit mill-proċeduri nazzjonali.

Klijent finali

[mhux rilevanti]

[mhux rilevanti]

6.2

Ittrasferixxi d-data permezz ta’ interfaċċa kważi f’ħin reali

Imbotta jew iġbed id-data permezz tal-interfaċċa tad-data kważi f’ħin reali (lokali jew remota) tal-miter.

Miter intelliġenti jew sistema ta’ kejl intelliġenti

Sistema ta’ konsum tad-data kważi f’ħin reali

O – Data tal-miter mhux ipproċessat

6.3

Interpreta d-data

Is-sistema tal-konsum tad-data kważi f’ħin reali tipproċessa d-data li tkun ġiet riċevuta fil-pass preċedenti. Jekk meħtieġ, din tneħħi l-kriptaġġ tad-data billi tuża s-cipher ipprovdut mill-operatur tal-miter fil-pass 5.3. Huwa rrakkomandat li fi tmiem il-pass 6.3, l-attributi tal-oġġett ta’ informazzjoni P iridu jkunu disponibbli f’forma li tista’ tintuża faċilment fil-proċessi ta’ segwitu. Meta jiġi mmappjat dan il-pass, mhuwiex biżżejjed li ssir referenza għal standard — id-deskrizzjonijiet tal-passi kollha meħtieġa jridu jiġu pprovduti b’mod eżawrjenti.

Nota: L-użu, l-ipproċessar jew it-trasferiment ulterjuri ta’ data tal-miter li tista’ tiġi pproċessata mhumiex parti minn dan il-mudell ta’ referenza.

Sistema ta’ konsum tad-data kważi f’ħin reali

Sistema ta’ konsum tad-data kważi f’ħin reali

P – Data tal-miter li tista’ tiġi pproċessata

Image 6

Dijagramma 6 – Proċedura “Aqra d-data kważi f’ħin reali minn miter intelliġenti jew minn sistema ta’ kejl intelliġenti”

Tabella IV

Oġġetti ta’ informazzjoni skambjati

Informazzjoni skambjata, ID

Isem tal-informazzjoni

Deskrizzjoni tal-informazzjoni skambjata

A

Identifikazzjoni tal-punt tal-kejl

Identifikatur tal-punt tal-kejl

Identifikatur uniku għall-punt tal-kejl fl-ispazju ta’ identifikazzjoni tal-miter tal-amministratur tad-data mkejla.

B

Speċifikazzjoni tad-data mkejla

Kronogramma tal-bidu tal-qari

Il-bidu tal-intervall ta’ ħin kopert mill-pakkett tad-data.

Kronogramma tat-tmiem tal-qari

Tmiem l-intervall ta’ ħin kopert mill-pakkett tad-data.

Direzzjoni

Direzzjoni tal-fluss imkejla mill-punt tal-kejl. Din tista’ tkun jew biss produzzjoni, konsum, jew ikkombinata.

Prodott tal-enerġija

Prodott tal-enerġija mkejjel mill-punt tal-kejl (pereżempju, enerġija attiva, enerġija reattiva).

C

Talba għal data mkejla

Identifikatur tal-punt tal-kejl

Identifikatur uniku għall-punt tal-kejl fl-ispazju ta’ identifikazzjoni tal-miter tal-amministratur tad-data mkejla.

Speċifikazzjoni tad-data mkejla

Oġġett ta’ informazzjoni B – Speċifikazzjoni tad-data mkejla

D

Itlob informazzjoni dwar il-validazzjoni

Riżultat tal-validazzjoni

Informazzjoni dwar l-eżitu tal-istadju ta’ validazzjoni.

E

Data storika vvalidata

Meta informazzjoni

Identifikatur tal-punt tal-kejl

Identifikatur uniku għall-punt tal-kejl fl-ispazju ta’ identifikazzjoni tal-miter tal-amministratur tad-data mkejla.

Kronogramma tal-ħolqien

Kronogramma ta’ meta l-pakkett tad-data jkun ġie ġġenerat.

Prodott tal-enerġija

Prodott tal-enerġija mkejjel mill-punt tal-kejl (pereżempju, enerġija attiva, enerġija reattiva).

Kronogramma tal-bidu tal-qari

Kronogramma tal-bidu tas-serje kronoloġika.

Kronogramma tat-tmiem tal-qari

Kronogramma tat-tmien tas-serje kronoloġika.

Unità ta’ kejl

L-unità ta’ kejl li fiha jkunu ġew iddikjarati l-kwantitajiet fil-qasam “Kwantità”.

Informazzjoni dwar is-serje kronoloġika (darba għal kull intervall fil-qari)

Kronogramma tal-bidu

Kronogramma tal-bidu tal-intervall.

Kronogramma tat-tmiem

Kronogramma tat-tmiem tal-intervall.

Direzzjoni

Direzzjoni tal-fluss imkejla mill-punt tal-kejl. Din tista’ tkun il-produzzjoni, il-konsum jew ikkombinata.

Kwalità tal-qari

Indikazzjoni tal-kwalità tal-qari tal-intervall (pereżempju, abbażi tal-fatt li l-valur jitkejjel jew jiġi stmat).

Kwantità

Il-volum ikkunsmat jew iġġenerat.

F

Data storika vvalidata bl-informazzjoni finali dwar il-klijent

Data storika vvalidata

Oġġett ta’ informazzjoni E – Data storika vvalidata

Klijent finali

Informazzjoni li tippermetti lill-parti eliġibbli potenzjalment tivverifika li se tikseb id-data għall-klijent finali korrett.

G

Informazzjoni dwar il-permess stabbilit minn qabel

Parti eliġibbli

Il-parti eliġibbli li għaliha jkun ingħata l-permess.

Identifikatur tal-punt tal-kejl

Fakultattiv. Identifikatur uniku għall-punt tal-kejl fl-ispazju ta’ identifikazzjoni tal-miter tal-amministratur tad-data mkejla.

Speċifikazzjoni tad-data mkejla

Oġġett ta’ informazzjoni B – Speċifikazzjoni tad-data mkejla

Skop

L-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu li għalih il-parti eliġibbli għandha l-intenzjoni li tipproċessa d-data. Għal data mhux personali dan huwa fakultattiv.

Skeda ta’ trażmissjoni

Għal data futura koperta mill-permess, iżda mhux disponibbli fiż-żmien meta jiġi stabbilit il-permess, il-perjodiċità — meta u kemm-il darba — il-pakketti tad-data għandhom ikunu disponibbli fejn applikabbli.

Kronogramma tal-limitu tal-permess

Il-kronogramma li biha l-parti eliġibbli għandha tħassar id-data riċevuta, anki jekk l-iskop tal-ipproċessar ma jkunx ġie ssodisfat sa dak iż-żmien.

H

Informazzjoni bażika dwar il-permess

Klijent finali

Klijent finali li jkun ta l-permess.

Parti eliġibbli

Il-parti eliġibbli li għaliha jkun ingħata l-permess.

Talba għal data mkejla

Oġġett ta’ informazzjoni C – Talba għal data mkejla

Skop

L-iskop espliċitu u leġittimu speċifikat li għalih tiġi pproċessata d-data. Għal data mhux personali dan huwa fakultattiv.

Skeda ta’ trażmissjoni

Għal data futura koperta mill-permess, iżda mhux disponibbli fiż-żmien meta jiġi stabbilit il-permess, il-perjodiċità — meta u kemm-il darba — il-pakketti tad-data għandhom isiru disponibbli fejn applikabbli (pereżempju, f’xenarji ta’ skambju ta’ data fejn id-data tiġi mbottata aktar milli mitluba).

Tul ta’ ħajja massimu tal-permess

Il-kronogramma li warajha l-parti eliġibbli għandha tikkunsidra l-permess bħala skadut jew revokat, anki jekk l-iskop tal-ipproċessar ma jkunx ġie ssodisfat sa dak iż-żmien.

I

Informazzjoni stabbilita dwar il-permess

Identifikatur tal-permess

Identifikatur uniku tal-permess.

Kronogramma tal-ħolqien

Kronogramma tal-ħolqien li l-amministratur tal-permess ikun abbona mal-permess.

Informazzjoni bażika dwar il-permess

Oġġett ta’ informazzjoni H – Informazzjoni dwar il-permess

J

Notifika ta’ terminazzjoni tas-servizz

Identifikatur tal-permess

Identifikatur uniku tal-permess li jirreferi għall-oġġett ta’ informazzjoni I – Informazzjoni dwar il-permess stabbilit.

Kronogramma tat-terminazzjoni

Kronogramma li tindika l-punt fiż-żmien meta s-servizz jitqies itterminat mill-parti eliġibbli.

K

Dettalji tal-informazzjoni dwar il-permess elenkat

Dettalji tal-permess

Attributi tal-permess kif deskritt f’I – Informazzjoni dwar il-permess stabbilit.

Raġuni għat-tmiem tal-permess

Jekk il-permess ma jibqax attiv, ir-raġuni għaliex l-amministratur tal-permessi jqis li l-permess ikun intemm. Pereżempju, dan jista’ jindika l-issodisfar tal-iskop, il-kisba tal-kronogramma tat-tmiem tal-permess, ir-revoka tal-klijent finali jew it-terminazzjoni mill-parti eliġibbli.

Kronogramma tat-tmien tal-permess

Jekk il-permess ma jibqax attiv, il-kronogramma minn meta l-amministratur tal-permessi jqis il-permess bħala mitmum

L

Notifika ta’ revoka mill-amministratur tal-permessi

Identifikatur tal-permess

Identifikatur uniku tal-permess li jirreferi għall-oġġett ta’ informazzjoni I – Informazzjoni dwar il-permess stabbilit.

Kronogramma tat-tmien tal-permess

Kronogramma ta’ meta r-revoka għandha titqies bħala attiva.

M

Talba għall-attivazzjoni tal-fluss tad-data

Identifikatur tal-miter

Identifikatur għall-apparat tal-kejl jew il-punt tal-kejl meħtieġ mill-operatur tal-miters biex jidentifika l-miter korrett.

Informazzjoni oħra meħtieġa

Elenkar tal-attributi l-oħrajn kollha meħtieġa mill-operatur tal-miters biex ikun jista’ jsir il-fluss tad-data.

N

Konferma tal-attivazzjoni tal-fluss tad-data

Konnettività fiżika

Informazzjoni dwar l-interfaċċa fiżika tal-miter u kif għandhom jiġu konnessi l-apparati esterni.

Test ċifrat

Obbligatorju, jekk ikun meħtieġ test ċifrat għad-deċifrar tal-fluss tal-informazzjoni.

Kredenzjali

Obbligatorju, jekk il-kredenzjali huma meħtieġa biex jaċċessaw l-interfaċċa tal-miter intelliġenti.

Informazzjoni oħra meħtieġa

Elenkar tal-attributi l-oħra kollha meħtieġa mill-operatur tal-miter biex jippermetti l-fluss tad-data u jinterpreta dan b’mod semantiku.

O

Data tal-miter mhux ipproċessata

Pakkett tad-data

Lista ta’ attributi fid-data mhux ipproċessata riċevuta. Jekk hawnhekk tiġi pprovduta referenza għal standard fl-immappjar tal-prattiki nazzjonali, dan l-istandard irid tkun disponibbli għall-pubbliku f’forma faċilment aċċessibbli jew mingħajr ħlas. Inkella, l-elementi kollha tal-pakkett tad-data rispettiv iridu jiġu elenkati u mmappjati.

P

Data tal-miter li tista’ tiġi pproċessata

(l-attributi deskritti huma minimu – jistgħu jiġu pprovduti u ddokumentati wkoll elementi oħrajn tad-data jekk ikunu disponibbli f’ambjenti nazzjonali)

Kronogramma tad-data tal-miter

Il-ħin tal-ġbir tad-data kif meqjus mill-miter intelliġenti jew mis-sistema ta’ kejl intelliġenti.

Valur tal-potenza tal-importazzjoni attiva

Potenza attiva istantanja bil-quddiem P+ (f’W)

Unità ta’ kejl tal-potenza tal-importazzjoni attiva

-

Valur tal-potenza esportata attiva

Potenza instantanja inversa attiva P- (f’W)

Unità ta’ kejl tal-potenza tal-esportazzjoni attiva

-

Importa l-enerġija attiva A+

Imbotta l-enerġija attiva ’l quddiem A+ (f’Wh)

Importa l-unità ta’ kejl tal-enerġija attiva A+

-

Esporta l-enerġija attiva

Enerġija attiva inversa A- (f’Wh)

Esporta l-unità ta’ kejl tal-enerġija attiva

-


(1)  CEN/CLC/ETSI/TR 50572:2011 - “Arkitettura ta’ referenza funzjonali għall-komunikazzjoni f’sistemi ta’ kejl intelliġenti”, mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar Miters Intelliġenti CEN/CLC/ETSI.

(2)  Business Process Model and Notation 2.0: https://www.omg.org/spec/BPMN/2.0.2/PDF.