9.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 149/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1140

tad-9 ta’ Ġunju 2023

li jemenda għat-337 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta’ Ġunju 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), iddeċieda li jneħħi żewġ entrati mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” jitħassru:

(1)

“Abd Al-Aziz Aday Zimin Al-Fadhil (magħruf ukoll bħala (a) Abd al-Aziz Udai Samin al-Fadhli; (b) Abd al-Aziz Udai Samin al-Fadhl; (c) Abd al-Aziz Adhay Zimin al-Fadhli; (d) Abdalaziz Ad’ai Samin Fadhli al-Fadhali). Data tat-twelid 27.8.1981. Post tat-twelid il-Kuwajt. Identifikazzjoni nazzjonali: 281082701081. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.9.2015.”

(2)

“Hamad Awad Dahi Sarhan Al-Shammari (magħruf ukoll bħala (a) Abu Uqlah al-Kuwaiti). Data tat-twelid: 31.1.1984. Nazzjonalità: Kuwajti. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport tal-Kuwajt 155454275. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità tal-Kuwajt 284013101406. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.9.2015.”