8.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1122

tas-7 ta’ Ġunju 2023

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 (2), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma fis-seħħ ivarjaw bejn 0 % u 31,3 % (3). Ir-rati tad-dazju ġew stabbiliti abbażi tal-marġni ta’ dannu f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri, kif previst fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(2)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (4) l-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(3)

It-talba għal rieżami (“it-talba”) ġiet ippreżentata fl-4 ta’ Jannar 2022 mill-EUROFER, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“l-applikant”), f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal rikorrenza ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(4)

L-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (“CISA”) iddikjarat li l-EUROFER eżerċitat kunfidenzjalità eċċessiva fit-talba għal rieżami, sal-punt li l-partijiet interessati ma setgħux jikkummentaw dwarha b’mod sinifikanti, u li għalhekk it-talba kien jenħtieġ li tiġi miċħuda. Skont is-CISA, l-użu intenzjonat ta’ kunfidenzjalità eċċessiva impedixxihom milli jiksbu kwalunkwe fehim raġonevoli tas-sitwazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod partikolari b’referenza għall-mudell tal-kost tal-produtturi tal-Unjoni, is-CISA argumentat li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (“ADA”), b’mod partikolari l-Artikolu 6.5.1 tiegħu, kif ukoll ir-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu, għandhom forma ta’ kliem simili fir-rigward tal-obbligu tal-partijiet interessati li jiddivulgaw informazzjoni mhux kunfidenzjali.

(5)

L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. L-informazzjoni pprovduta fl-annessi limitati tat-talba taqa’ taħt dawn il-kategoriji. B’mod partikolari, fir-rigward tal-proporzjonijiet speċifiċi ta’ konsum tal-produtturi tal-Unjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni (“FOPs”) meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami pprovduti fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni osservat li din id-data fiha informazzjoni sigrieta tan-negozju u ma hijiex soġġetta għal sommarju. Il-proporzjonijiet tal-konsum tal-FOPs intużaw mill-applikant biex jibni l-valur normali. Fl-istess ħin, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba għal rieżami ta’ skadenza kien fiha evidenza suffiċjenti rigward l-FOPs li fil-fatt intużaw għall-kostruzzjoni tal-valur normali. Bl-istess mod, matul l-investigazzjoni, il-produtturi esportaturi li kkooperaw ma humiex meħtieġa jiddivulgaw jew jiġbru fil-qosor ċerta informazzjoni kunfidenzjali bħar-riċetta reali għat-tipi ta’ prodotti tagħhom li fihom il-proporzjonijiet tal-konsum tal-FOPs. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tat-talba kien fiha l-evidenza essenzjali kollha, u li l-informazzjoni pprovduta fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment kienet suffiċjenti biex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(6)

Wara li ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fil-5 ta’ April 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

(7)

Is-CISA ddikjarat li l-livelli ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kif irrapportati fit-talba kien jenħtieġ li jwasslu lill-Kummissjoni biex tirrifjuta t-talba, u li t-talba ma wrietx li l-iskadenza tal-miżuri tista’ twassal b’mod raġonevoli għall-kontinwazzjoni tad-dannu. Skont is-CISA, l-istat tal-industrija tal-Unjoni ma huwiex fraġli daqs kif huwa iddikjarat mill-EUROFER. Tressaq l-argument li l-ebda wieħed mill-indikaturi tad-dannu, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, ma kien niżel għal livell taħt l-indiċi tat-tnaqqis fil-konsum, u li l-industrija tal-Unjoni, sa ċertu punt, kienet kapaċi tirkupra matul iż-żmien li kienet tgawdi mill-protezzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Fl-aħħar nett, is-CISA nnotat ukoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri tmur kontra l-interess tal-Unjoni minħabba l-impatt tas-sanzjonijiet tal-UE, kif ukoll it-tfixkil interrelatat tal-katina tal-provvista u l-irkupru ta’ wara l-COVID-19.

(8)

Il-Kummissjoni fakkret li t-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u mhux ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu. Għalhekk, iċ-ċifri tal-profittabbiltà indikati fit-talba għal rieżami ma kinux jipprekludu l-bidu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, li tħares ’il quddiem. Fi kwalunkwe każ, il-profittabbiltà hija biss wieħed minn ħafna indikaturi użati biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Kuntrarjament għall-fehma tas-CISA, l-analiżi mill-Kummissjoni tat-talba wriet li l-applikant kien ipprovda evidenza suffiċjenti fl-istadju tal-bidu li tindika l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu f’każ li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mir-RPĊ jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li ma hemm l-ebda obbligu legali li jitqies l-interess tal-Unjoni meta jiġu vvalutati l-merti ta’ talba għal rieżami ta’ skadenza. Għalhekk, il-bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami kien ġustifikat.

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(9)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Partijiet interessati

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin, lill-produtturi magħrufin fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ukoll lill-importaturi, l-utenti u n-negozjanti magħrufin dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(11)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kampjunar

(12)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.    Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum ta’ produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 29 % tal-produzzjoni totali stmata fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment, u l-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul b’mod proviżorju. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(14)

Għalkemm ma ġie pprovdut l-ebda kumment matul il-proċedura tal-għażla tal-kampjun, f’sottomissjoni li waslet aktar tard is-CISA argumentat li l-livell ta’ rappreżentattività kien baxx, speċjalment meta mqabbel mal-kampjun magħżul fl-investigazzjoni oriġinali, li kien jammonta għal 45 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Is-CISA stiednet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra fid-dettall jekk iċ-ċifra baxxa taffettwax il-livell ta’ rappreżentattività tal-industrija domestika.

(15)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li d-differenzi fil-kampjun bejn l-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza ma jinvalidawx ir-rappreżentattività tal-kampjun. It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li s-CISA ma ressqet l-ebda element sostantiv, għajr tqabbil mal-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali, li juri li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv. Minħabba li l-kampjun intgħażel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-volumi tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif ukoll tar-rappreżentattività ġeografika, u kien limitat għal għadd ta’ produtturi tal-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid li l-kampjun tqies bħala rappreżentattiv.

1.6.2.    Kampjunar tal-importaturi

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(17)

Madankollu, l-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba.

1.6.3.    Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(18)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(19)

Fil-bidu, il-Kummissjoni għamlet disponibbli fil-fajl kopja tal-kwestjonarji sabiex jiġu spezzjonati mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. (6)

(20)

L-ebda produttur Ċiniż ma pprovda l-informazzjoni mitluba u/jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Il-Kummissjoni infurmat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment.

(21)

Għalhekk, billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari bl-użu tal-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (il-Eurostat, il-Global Trade Atlas (“GTA”) (7) u t-talba għal rieżami ta’ skadenza).

(22)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-GTĊ”) (8). Ma waslet l-ebda tweġiba. Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment.

1.7.   Tweġibiet u verifika

(23)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

Arcelor Mittal Poland (Dąbrowa Górnicza, il-Polonja)

Tata Steel Ijmuiden (IJmuiden, In-Netherlands)

ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) u l-kumpanija relatata tagħha ThyssenKrupp Material Processing (Krefeld, il-Ġermanja).

1.8.   Divulgazzjoni

(25)

Fl-4 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(26)

Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati tqiesu mill-Kummissjoni u ttieħdu inkunsiderazzjoni, fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ. CISA talbet u ngħatat seduta ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni fit-12 ta’ April 2023.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(27)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin (“HRF” jew “il-prodott taħt rieżami”).

Il-prodotti li ġejjin ma humiex koperti minn dan ir-rieżami:

(i)

prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati,

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta’ veloċità għolja,

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji mqabbżin, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji mqabbżin, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott taħt rieżemi attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99. Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss, mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tat-tariffi.

(28)

Prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-azzar huma prodotti permezz ta’ laminazzjoni termali. Dan huwa proċess li jifforma l-metall li bih metall sħun jiġi mgħoddi minn par wieħed jew aktar ta’ laminaturi termali biex titnaqqas il-ħxuna u biex il-ħxuna ssir uniformi, li permezz tiegħu t-temperatura tal-metall tkun ogħla mit-temperatura ta’ rikristallizzazzjoni tiegħu. Jistgħu jiġu pprovduti f’diversi forom; f’koljaturi (mogħtija ż-żejt jew le, imnaddfin bl-aċidu jew le), maqtugħin f’tulijiet (folji) jew fi strixxi rqaq.

Hemm żewġ użi prinċipali tal-prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-azzar. L-ewwel nett, dawn huma l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti tal-azzar downstream b’valur miżjud, li jibdew minn prodotti tal-azzar ċatti u miksija b’laminazzjoni bil-kesħa. It-tieni, dawn jintużaw bħala input industrijali li jinxtara mill-utenti finali għal varjetà ta’ applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta’ tubi tal-azzar), fil-bini ta’ bastimenti, f’kontenituri tal-gass, f’karozzi, f’reċipjenti taħt pressjoni u f’pipelines tal-enerġija.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(29)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(30)

Kif huwa stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżemi prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; u

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(31)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(32)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015). Skont id-data tal-Eurostat, l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ kienu jammontaw għal inqas minn 0,1 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 4,32 % (9) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, iċ-Ċina esportat madwar 28 743 tunnellata lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li huwa tnaqqis sinifikanti meta mqabbel ma’ madwar 1 519 304 tunnellata (10) li esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali.

(33)

Kif huwa msemmi fil-premessa (20), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(34)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tar-RPĊ kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni inkluża fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza u fil-preżentazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni, bħall-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (il-Eurostat, il-GTA (11)).

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(35)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(36)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet ikkonċernati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(37)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, għażlet proviżorjament lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(38)

Fid-29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet ikkonċernati permezz ta’ Nota tal-Fatturi ta’ Produzzjoni (FOP) tas-sorsi rilevanti li kellha l-ħsieb li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bil-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Fin-Nota tal-FOP il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar. Hija informat ukoll lill-partijiet ikkonċernati li hija kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Ternium S.A., produttur fil-pajjiż rappreżentattiv.

(39)

Is-CISA ressqet il-kummenti tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. Is-CISA argumentat li d-data dwar l-importazzjoni tal-GTA ma tirriflettix il-prezzijiet domestiċi iżda dawk tal-importazzjoni, li normalment jiġu affettwati minn ħafna fatturi bħall-kwantità ta’ importazzjonijiet ta’ prodott partikolari, id-disponibbiltà tal-prodott u d-distanza bejn il-pajjiżi esportaturi u dawk importaturi. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-data dwar l-importazzjoni tal-GTA tabilħaqq tirrifletti l-prezzijiet tal-importazzjoni. Madankollu, ma kien hemm xejn fil-fajl li jissuġġerixxi li dawk il-prezzijiet ma kinux jirriflettu l-prezzijiet domestiċi fil-pajjiż rappreżentattiv, jew li l-kwalità jew il-kwantità tad-data dwar l-importazzjoni użata kienet tagħmilha inadatta għall-bini tal-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(40)

Barra minn hekk, is-CISA staqsiet jekk l-użu tal-prezz medju ponderat ta’ unità jkunx jista’ jirrifletti kost unitarju sinifikanti tal-materja prima bħal-ligi tal-ħadid, peress li kien hemm differenzi sinifikanti fil-prezz unitarju skont il-grad ta’ materja prima u/jew il-pajjiż ta’ oriġini. Peress li l-produtturi fir-RPĊ għażlu li ma jikkooperawx mal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħżel il-grad ta’ ligi tal-ħadid użati minnhom speċifikament fil-manifattura ta’ HRF. Għalhekk, il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet tal-gradi kollha mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(41)

Barra minn hekk, is-CISA qajmet kwistjoni dwar il-preċiżjoni tal-prezz ta’ unità mħallas tad-dazju CIF ta’ kull fattur peress li d-data dwar l-importazzjoni tal-GTA rrapportata mill-Messiku hija fil-livell FOB aktar milli fil-livell CIF. Fil-kuntest ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tikkalkula marġni tad-dumping preċiż iżda pjuttost li tistabbilixxi jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Minħabba li, kif huwa spjegat fil-premessa (118) hawn taħt, is-sejbiet li d-differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għall-bqija tad-dinja kienet ogħla minn 100 %, anke jekk jintuża koeffiċjent ta’ konverżjoni ieħor ibbażat fuq l-oriġini attwali tal-merkanzija importata, ma kienx jibdel il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.3.   Valur normali

(42)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(43)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “Fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali)” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”).

(44)

Kif huwa spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.4.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(45)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (13), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(46)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (14). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (15), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (16). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (17). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (18). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (19), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (20).

(47)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (21) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(48)

It-talba allegat li l-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi hija influwenzata ħafna u affettwata minn diversi interventi li jinkludu kollox mill-GTĊ jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra fuq diversi livelli tal-gvern, fid-dawl ta’ liema prezzijiet u kostijiet domestiċi tal-industrija tal-azzar Ċiniża ma jistgħux jintużaw f’din l-investigazzjoni. Biex tappoġġa l-pożizzjoni tagħha, it-talba rreferiet għall-investigazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni tas-settur tal-azzar Ċiniż (22) jew għall-konklużjonijiet tal-Forum Globali tal-G20 dwar il-Kapaċità Żejda tal-Azzar (23).

(49)

B’mod aktar speċifiku, it-talba indikat li fl-isfond tal-prinċipju “ekonomija tas-suq soċjalista” stabbilita fil-Kostituzzjoni tar-RPĊ, l-omnipreżenza tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) u l-influwenza tiegħu fuq l-ekonomija permezz ta’ inizjattivi ta’ ppjanar strateġiku — bħat-13 u l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (24) — l-intervent tal-GTĊ jieħu diversi forom, jiġifieri amministrattivi, finanzjarji u regolatorji.

(50)

It-talba pprovdiet eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif huma elenkati mill-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, b’referenza għal investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fis-settur tal-azzar, għar-Rapport, kif ukoll għal sorsi addizzjonali, l-applikant issottometta li:

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista sabiex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-azzar u s-sehem kbir ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) fis-settur, anke l-produtturi privati tal-azzar ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Bħala tali s-suq tal-azzar għadu sa punt sinifikanti fornut minn impriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-awtoritajiet Ċiniżi;

L-Istat Ċiniż mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi ġenerali mill-SOEs individwali, iżda jsostni wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali tal-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji, kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs. Bi skambju ma’ dan, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża. Dan l-istatus jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari l-protezzjoni mill-kompetizzjoni u l-aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inkluż il-finanzjament;

L-industrija tal-azzar titqies bħala settur fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali (25) mill-gvern Ċiniż, u bħala tali hija industrija partikolarment appoġġata (26). Il-problema attwali tal-kapaċità żejda (27) x’aktarx hija l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-Gvern Ċiniż għall-industrija u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw;

Is-sistema Ċiniża tal-falliment jidher li ma hijiex adegwata biex tilħaq l-objettivi prinċipali tagħha stess bħal dak li tħallas il-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri;

Il-gvern Ċiniż qiegħed jikkontrolla l-prezzijiet tal-materja prima peress li l-volumi tal-esportazzjoni huma ristretti permezz ta’ kwoti tal-esportazzjoni u l-esportaturi jeħtieġ li japplikaw għal liċenzja tal-esportazzjoni. F’investigazzjoni preċedenti (28) l-Kummissjoni sabet li “l-kokk (flimkien mal-mineral tal-ħadid, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-azzar) huwa soġġett għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet u għal dazju tal-esportazzjoni”;

In-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina. L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat (29);

Il-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għall-organizzazzjoni kollettiva u l-mobbiltà hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħra. Dan iwassal biex il-kostijiet lavorattivi jkunu distorti minħabba li ma humiex ir-riżultat ta’ forzi normali tas-suq jew ta’ negozjati bejn il-kumpaniji u l-forza tax-xogħol;

Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, jikkunsidraw kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju jistgħu jeżistu formalment, madankollu, l-evidenza qawwija, inklużi s-sejbiet li saru matul l-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali;

Il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat. Barra minn hekk, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jistimulaw it-tkabbir tal-investiment, li wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment.

(51)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(52)

Speċifikament fis-settur tal-prodott taħt rieżami, jiġifieri s-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiżtar-Regolament bażiku. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-akbar żewġ produtturi fis-settur tal-azzar, jiġifieri Angang Steel Group (“Ansteel”) u China Baowu Steel Group (“Baowu”) huma jew kompletament proprjetà tal-Istat jew inkella l-Istat għandu sehem ta’ kontroll fihom. Fi kwalunkwe każ, anke meta ma jkunx hemm informazzjoni speċifika disponibbli għall-prodott taħt rieżami, is-settur jirrappreżenta sottosettur tal-industrija tal-azzar u s-sejbiet li jikkonċernaw is-settur tal-azzar huma għalhekk meqjusa bħala indikattivi wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(53)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi għas-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa eżemplifikat mill-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar li jitlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (30), mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li skontu s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (31), jew ukoll mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall li l-objettivi ewlenin tiegħu huma li “jiżdied kontinwament il-proporzjon tal-applikazzjoni tar-ruttam tal-metall, u sa tmiem l-14-il FYP, il-proporzjon komprensiv tar-ruttam tal-produzzjoni nazzjonali tal-azzar se jilħaq it-30 %.” (32).

(54)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed (1) sa żewġ (2) gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta (3) sa ħames (5) gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-metall, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-metall.” (33). Barra minn hekk, il-pjan ta’ Hebei fis-settur tal-azzar jinkludi speċifikament diversi referenzi għal prodotti tal-azzar b’laminazzjoni termali: Iħeġġeġ lill-intrapriżi tal-produzzjoni tal-pjanċi biex iħaffu l-implimentazzjoni tat-trasformazzjoni tal-imtieħen tal-laminazzjoni termali ta’ livell baxx (…) u jistinkaw biex jiżguraw li sal-2022 il-pjanċi primarji b’laminazzjoni termali jammontaw għal aktar minn 30 % tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar fil-fond (34)”. Apparti minn hekk: “Jikkonsolida l-vantaġġi tas-suq tal-wajers u tal-vireg. Iħeġġeġ lill-manifatturi tal-wajers u tal-vireg biex iwettqu r-riċerka u l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vireg tal-azzar rinfurzati u b’laminazzjoni termali b’aktar minn 500 MPa, u jmexxu t-titjib tal-prodotti. Jappoġġa l-intrapriżi speċjali tal-azzar biex jikkombinaw it-trasformazzjoni u l-aġġornament tat-teknoloġija u tat-tagħmir u jiżviluppaw il-bearing steel, il-gear steel u prodotti speċjali oħra tal-azzar”.

(55)

Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar […], il-bini ta’ sitt (6) bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tal-iskala, l-intensifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Angyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata.” (35) Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan jinkludi wkoll referenzi speċifiċi għal prodotti b’laminazzjoni termali: “Jappoġġa lill-intrapriżi indipendenti tal-laminazzjoni termali biex jipparteċipaw fil-fużjoni u r-riorganizzazzjoni tal-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar, u jtejbu r-reżiljenza u l-konċentrazzjoni tal-katina industrijali (36).” Aktar objettivi tal-politika industrijali jistgħu jidhru wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (37), Shandong (38), Shanxi (39), jew Zhejiang (40) jew muniċipalitajiet, bħal Liaoning Dalian (41).

(56)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, kien impossibbli li tiġi stabbilita sistematikament l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP. Minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(57)

Pereżempju, il-President ta’ Ansteel iservi fl-istess ħin bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. Bl-istess mod, id-Direttur u l-Maniġer Ġenerali tal-Ansteel jokkupa l-pożizzjoni ta’ Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (42). Fil-każ ta’ Baowu, il-President ta’ Baosteel, li hija sussidjarja miżmuma 100 % minn Baowu, fl-istess ħin għandu l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li d-Direttur Maniġerjali jservi wkoll bħala l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, u l-Viċi Maniġer Ġenerali jservi bħala Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit (43).

(58)

Barra minn hekk, politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fis-settur tal-prodott taħt rieżami. Kif huwa deskritt hawn fuq fil-premessa (54) dwar il-pjan ta’ azzjoni ta’ Hebei u fil-premessa (55) dwar il-pjan ta’ azzjoni ta’ Henan, l-investigazzjoni tista’ tidentifika xi dokumenti li jiggwidaw speċifikament l-iżvilupp tas-sottosettur tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni identifikat dokumenti oħra li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tal-azzar, minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta wieħed mis-subsetturi tagħha.

(59)

L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (44). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin adottat f’Marzu 2021, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (45). B’mod simili, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (46).

(60)

Il-materja prima importanti użata għall-produzzjoni tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali hija l-mineral tal-ħadid. Il-mineral tal-ħadid jissemma wkoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, li fiha l-Istat qed jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir avvanzati biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri.” (47) Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; tesplora u tiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont.” (48) Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(61)

Din l-investigazzjoni żvelat xi evidenza tal-applikazzjoni diskriminatorja jew tal-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali. B’mod partikolari, fir-rigward tal-fabbrika ta’ Chaoyang Iron & Steel, li kienet qed iġġarrab telf għal 5 snin konsekuttivi (mill-2010 sal-2015) u kienet qed tfalli. Din ġiet identifikata wkoll bħala intrapriża li qed issibha diffiċli biex tkampa mill-entità tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Assi (49).

(62)

Is-settur tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif huwa msemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (50).

(63)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, kif huwa msemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (46). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(64)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma evidentement esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(65)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-input kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif huwa deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li, minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz ta’ taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

(66)

Fid-19 ta’ Mejju 2022 (51) u fis-16 ta’ Settembru 2022, (52) is-CISA ppreżentat għadd ta’ argumenti dwar l-allegazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti. L-ewwel nett, is-CISA ddikjarat li r-Rapport li bbażat fuqu l-Kummissjoni naqas milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probattiv suffiċjenti, minħabba, b’mod partikolari, li dan kien tħejja mill-Kummissjoni bl-għan speċifiku li tiffaċilita lill-industriji tal-Unjoni fil-preżentazzjoni ta’ lment fil-qasam tal-miżuri kummerċjali. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li peress li r-Rapport ġie ppubblikat fl-2017, dan ma setax jirrifletti d-distorsjonijiet allegati għall-perjodu ta’ investigazzjoni li jkopri s-sena kalendarja 2021.

(67)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħrajn ippubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Dan ilu disponibbli għall-pubbliku minn Diċembru 2017, biex kull parti ikkonċernata kellha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha, u la l-GTĊ u lanqas partijiet oħrajn ma ppreżentaw argumenti jew evidenza li tirribatti s-sorsi inklużi fir-Rapport. Bl-istess mod, fir-rigward tal-argument li r-Rapport kien skadut, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li d-dokumenti ta’ politika u l-evidenza prinċipali li jinsabu fir-Rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ ħames snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott taħt rieżami kienu għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom rilevanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u li l-ebda parti ma tat prova li dan ma kienx għadu l-każ. Iċ-Ċina bdiet tippubblika pjanijiet ġodda ta’ ħames snin biss matul is-sena 2021 u ħafna minn dawk il-pjanijiet saru pubbliċi biss fit-tieni nofs tas-sena. Dan kompla jiġi kkonfermat permezz tar-riċerka speċifika għall-każ imwettqa mill-Kummissjoni, kif miġbura fil-qosor hawn fuq.

(68)

It-tieni, is-CISA sostniet li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA. Minflok, id-dispożizzjoni tippermetti li jinħadem il-valur normali f’għadd limitat ta’ kundizzjonijiet speċifiċi, bid-distorsjonijiet sinifikanti ma jidhrux fost dawn il-kundizzjonijiet. Barra minn hekk, is-CISA sostniet li l-Artikolu 2.2 tal-ADA jippermetti biss l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u l-profitti, filwaqt li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq, u b’hekk ma huwiex konsistenti mad-WTO. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li kwalunkwe valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO mogħtija fil-każ EU — Biodiesel (DS 473), kif ukoll mill-Bord tad-WTO fil-każ (DS494) UE — Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Kostijiet II (ir-Russja), li ma jsemmux il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti u lanqas il-possibbiltà li tiġi injorata d-data tal-kumpanija li tesporta.

(69)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CISA. Barra minn hekk, hija l-fehma tal-Kummissjoni li, f’konformità mad-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell f’DS473, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, bħall-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta dan l-aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-kostruzzjoni tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-ħdim tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Fir-rigward tad-DS 494, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u għalhekk, skont il-ġurisprudenza permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status ġuridiku fis-sistema tad-WTO, peress li dawn ma ġewx approvati mill-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim permezz ta’ deċiżjoni mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima qies speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-ambitu ta’ dik it-tilwima. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni.

(70)

It-tielet, is-CISA argumentat li l-prattika li ssir referenza għal investigazzjonijiet tal-passat bħala “evidenza” ta’ ċerti allegazzjonijiet, kif sar mill-applikant fit-talba f’din l-investigazzjoni, x’aktarx ma tkunx tiflaħ għall-approċċ tal-Korp tal-Appell dwar l-oneru tal-prova, kif huwa stabbilit fid-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Istati Uniti — il-każ Dazji Definittivi Anti-dumping u Kompensatorji fuq Ċerti Prodotti (iċ-Ċina) (DS 379). B’mod partikolari, is-CISA rreferiet għas-sejbiet magħmula mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni antisussidji tagħha fir-rigward tal-HRF (53).

(71)

Il-Kummissjoni tikkontesta dak l-argument. Minn naħa waħda, it-talba ma kinitx tiddependi biss fuq l-HRF CVD iżda żiedet ukoll sorsi addizzjonali biex tissostanzja l-affermazzjoni rigward id-distorsjonijiet fis-suq tal-HRFS (54). Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma hijiex qed tagħmel il-konklużjonijiet tagħha dwar l-applikabbiltà ta’ 2(6a) abbażi tat-talba iżda abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, kif miġbura matul l-investigazzjoni u ppreżentata fl-intier tagħha f’din it-taqsima.

(72)

Ir-raba’, is-CISA qajmet il-kwistjoni tal-14-il FYP, filwaqt li indikat li, minn naħa waħda, l-14-il FYP tabilħaqq jirreferi għas-settur tal-azzar iżda biss f’kuntest ġenerali, filwaqt li nnotat l-importanza li l-industriji tradizzjonali jiġu ttrasformati u aġġornati b’mod ġenerali u li min-naħa l-oħra, il-pjan jenħtieġ li ma jitqiesx bħala liġi vinkolanti iżda pjuttost dokument ta’ gwida li jesprimi fehmiet ta’ politika għall-futur. Barra minn hekk, is-CISA qieset li pjanijiet bħal dawn jeżistu wkoll fl-UE bil-pubblikazzjoni tal-“White Papers”, “Green Papers” eċċ. tal-Kummissjoni Ewropea.

(73)

Dan l-argument ma setax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, l-FYPs ippubblikati mill-GTĊ ma humiex biss dokumenti ta’ gwida ġenerali, iżda huma ta’ natura legalment vinkolanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-analiżi dettaljata tal-pjanijiet fil-Kapitolu 4 tar-Rapport, b’taqsima ddedikata speċifikament għan-natura vinkolanti tal-pjanijiet fit-Taqsima 4.3.1. L-14-il FYP ifakkar b’mod espliċitu lill-awtoritajiet kollha biex jimplimentaw il-pjanijiet b’mod diliġenti: “Aħna se nsaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ippjanar bħall-katalogi u l-listi, il-kompilazzjoni u l-arkivjar, u l-allinjament u l-koordinazzjoni, se niżviluppaw listi u katalogi bħall-14-il Pjan Speċjali ta’ Ħames Snin fuq Livell Nazzjonali, se nippromwovu l-arkivjar tal-pjani billi nibbażaw ruħna fuq il-pjattaforma ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-ippjanar nazzjonali, u se nġibu diversi pjanijiet taħt ġestjoni magħquda. Aħna se nistabbilixxu u ntejbu l-mekkaniżmi ta’ allinjament u koordinazzjoni tal-ippjanar, nallinjaw il-pjanijiet approvati mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u mill-Kunsill tal-Istat u l-pjanijiet ta’ żvilupp provinċjali ma’ dan il-pjan qabel ma jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni, niżguraw li l-ippjanar spazjali fil-livell nazzjonali, l-ippjanar speċjali, l-ippjanar reġjonali u livelli oħra ta’ ppjanar huma kkoordinati ma’ dan il-pjan f’termini ta’ għanijiet prinċipali, direzzjonijiet ta’ żvilupp, tqassim ġenerali, politiki ewlenin, proġetti ewlenin, u l-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskju.” (55) Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li “l-lokalitajiet kollha jeħtieġ li jtejbu lilhom infushom b’dan il-Pjan, u jinkludu l-kontenut ewlieni u l-proġetti ewlenin hawnhekk fil-kompiti lokali primarji tagħhom”, filwaqt li “l-azzar u setturi ewlenin oħra għandhom ifasslu opinjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni bbażati fuq l-objettivi u l-kompiti ta’ dan il-Pjan.” (56).

(74)

L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressqu mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni.

(75)

Wara divulgazzjoni, is-CISA kompliet tenfasizza li r-Rapport ma jissodisfax l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probatorju suffiċjenti. Fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq, is-CISA rreferiet ukoll għad-diversi “Pjanijiet ta’ Ħames Snin” li, skont is-CISA, għandhom jitqiesu bħala dokument ta’ politika ġenerali li jistabbilixxi diversi prijoritajiet f’termini ta’ investimenti pubbliċi u mhux bħala liġi vinkolanti.

(76)

Kif spjegat fil-premessi (67) u (73) dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda u peress li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza jew argument addizzjonali mad-divulgazzjoni, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni baqgħet l-istess.

(77)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u lavorattivi, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif huwa deskritt fit-taqsima li ġejja.

3.4.1.    Pajjiż rappreżentattiv

3.4.1.1.   Kummenti ġenerali

(78)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (57);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (58);

Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(79)

Kif indikat fil-premessa (38), fid-29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (in-“nota tal-FOP”). In-nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti l-kriterji relevanti u informat lill-partijiet ikkonċernati bl-intenzjoni li tqis lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(80)

Skont il-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat lill-Messiku bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. Il-Messiku huwa kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Barra minn hekk, il-Messiku ġie identifikat bħala pajjiż fejn il-prodott taħt rieżami qed jiġi prodott u fejn data rilevanti kienet faċilment disponibbli.

(81)

Fl-aħħar nett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li l-Messiku kien pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

3.4.1.2.   Konklużjoni

(82)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kif propost fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u minħabba li l-Messiku ssodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lill-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.4.2.    Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(83)

Fin-nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni spjegat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija jkollha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, inkluż il-Global Trade Atlas (“GTA”) biex jiġi stabbilit il-kost mhux distort tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, notevolment il-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża s-sorsi li ġejjin biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-enerġija: għall-elettriku, l-aħħar data disponibbli dwar il-prezzijiet industrijali tal-elettriku applikabbli fil-Messiku, kif ippubblikata mill-Globalpetrolprices.com (59) u għall-gass, il-prezz ippubblikat mill-Indices de Referencia de Precios de Gas Natural (IPGN) (60). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li għall-istabbiliment ta’ kostijiet tax-xogħol mingħajr distorsjoni, hija tuża l-aħħar data disponibbli għall-pubbliku mid-Dipartiment tal-Istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILOSTAT) (61) biex tiddetermina l-pagi fil-Messiku.

(84)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet diretti tal-manifattura, abbażi tad-data tal-produttur tal-Unjoni li ġiet ipprovduta mill-applikant, li pprovda informazzjoni speċifika għal dak il-għan.

(85)

Fin-Nota tal-FOP il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiż identifikat bħala pajjiż fejn qed jiġi manifatturat il-prodott taħt rieżami, jiġifieri l-Messiku, il-Kummissjoni identifikat il-kumpanija Ternium S.A. bħala produttur tal-prodott taħt rieżami, b’data finanzjarja pubblika riċenti li turi profitti u ammont raġonevoli għall-SG&A biex jiġi stabbilit il-valur normali mingħajr distorsjoni.

(86)

L-analiżi tad-data tal-importazzjoni wriet li l-Messiku seta’ jintuża bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba li l-importazzjonijiet tiegħu tal-fatturi ta’ produzzjoni prinċipali ma kinux affettwati materjalment minn importazzjonijiet mir-RPĊ jew minn xi wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 (62).

(87)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet ikkonċernati li hija għandha l-ħsieb li tuża lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija Ternium S.A., f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(88)

Il-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Ternium S.A. bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(89)

Fil-kummenti tagħha, is-CISA argumentat li fost id-diversi pajjiżi rappreżentattivi li l-Kummissjoni reċentement għażlet, il-Messiku huwa l-uniku wieħed li ma jistax jirrapporta l-prezzijiet tal-importazzjoni fuq livell CIF u kkontestat l-approċċ tal-Kummissjoni li żżid 5 % mal-prezz FOB sabiex il-prezz FOB jiġi kkonvertit f’wieħed CIF. Il-Kummissjoni osservat li anke jekk dak il-proporzjon ta’ konverżjoni ma jiġix applikat, id-differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għall-bqija tad-dinja stabbilit fil-premessa (118) hawn taħt kienet tkun sinifikanti. Konsegwentement, hija ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(90)

Is-CISA argumentat ukoll li l-parametru referenzjarju għal-ligi tal-ħadid ma kienx affidabbli minħabba li l-kodiċijiet HS użati kienu jikkonsistu minn diversi ligi differenti bi prezzijiet ta’ unità differenti ħafna. Il-Kummissjoni osservat li s-CISA naqset milli tindika liema tip(i) ta’ ligi jenħtieġ li jitneħħew mid-data aggregata għal dak il-prezz ta’ riferiment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li din id-dikjarazzjoni ma kellhiex sustanza minħabba li anke jekk ma ġie stabbilit l-ebda prezz ta’ riferiment għal din l-input, kif huwa spjegat fil-premessa (118) hawn taħt, id-differenza fil-prezz bejn il-valur normali u l-prezz stabbilit tal-esportazzjoni lejn il-bqija tad-dinja tibqa’ sinifikanti. Konsegwentement, hija ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(91)

Is-CISA kkontestat ukoll l-adegwatezza tar-riżultati finanzjarji ta’ Ternium S.A. peress li huma rrapportati f’livell konsolidat li jkopri diversi pajjiżi u prodotti oħra.

(92)

Il-Kummissjoni qieset li f’dan il-każ, l-użu tad-data konsolidata ta’ Ternium S.A. kien xieraq fin-nuqqas ta’ data aktar dettaljata limitata għal Ternium Mexico u għall-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, il-kumpanija tipproduċi fil-biċċa l-kbira prodotti tal-azzar. Għalhekk, id-data tagħha tqieset rappreżentattiva għas-settur tal-azzar u għall-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-ammont għall-kostijiet tal-SG&A u għall-profitti inklużi fil-valur normali maħdum jenħtieġ li jkun mingħajr distorsjoni u raġonevoli. Is-CISA la argumentat u lanqas issostanzjat l-argument li l-ammont użat kien jew distort jew mhux raġonevoli. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(93)

Is-CISA allegat li l-użu tad-data finanzjarja ta’ Ternium S.A. mill-2020 kien inkompatibbli mal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li huwa l-2021. Il-Kummissjoni qieset iċ-ċifri ta’ Ternium S.A. bħala raġonevoli peress li l-kumpanija kienet qed tagħmel profitt matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ir-rapporti finanzjarji tagħha kienu disponibbli faċilment u l-Messiku jirrappreżenta 52 % tal-bejgħ konsolidat tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, l-użu tal-2020 bħala sena ta’ referenza huwa ġġustifikat peress li hija l-aktar sena riċenti meta Ternium S.A. kienet profittabbli u wriet livell raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitt. Kif huwa spjegat fin-nota tal-FOP, fis-sena finanzjarja 2021 il-profitt kien eċċezzjonalment għoli, jiġifieri 58,25 %, li x’aktarx jirrifletti l-irkupru ta’ wara l-COVID-19. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-użu tad-data għall-2020 kien aktar xieraq u ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(94)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdietx id-divulgazzjoni tal-“Parametri Referenzjarji użati għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali” li, skont is-CISA, jistgħu jwasslu għal ksur imminenti tal-prinċipju bażiku tal-liġi u l-proċedura anti-dumping, b’mod partikolari l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, u d-drittijiet tad-difiża tas-CISA fir-rigward tal-aspetti fundamentali tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li l-provvista ta’ prezzijiet ta’ riferiment dettaljati (u l-kalkoli) għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali hija prattika konsistenti tal-Kummissjoni, kemm fl-investigazzjonijiet oriġinali kif ukoll fir-rieżamijiet ta’ skadenza, u għalhekk titlob lill-Kummissjoni tallinja l-prattika tagħha fi proċedimenti simili.

(95)

Il-Kummissjoni nnotat li hija pprovdiet prezzijiet referenzjarji, jiġifieri valuri unitarji tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni fin-Nota dwar il-FOP mid-29 ta’ Awwissu 2022 kif ukoll is-sorsi tagħhom. Is-CISA, bħala parti interessata, ġiet innotifikata meta n-Nota tal-FOP tqiegħdet fil-fajl u kellha aċċess għaliha. L-ebda wieħed mill-punti ta’ riferiment ikkwotati f’dik in-Nota ma kien ġie sussegwentement modifikat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija biex tikkalkula l-valur normali bħal fit-talba li saret disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li ma saret l-ebda divulgazzjoni speċifika għall-kumpaniji minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn xi wieħed mill-produtturi fir-RPĊ. Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.2.1.   Konklużjoni

(96)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji stipulati tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.4.3.    Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.4.3.1.   Fatturi tal-produzzjoni

(97)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u wara l-analiżi tal-kummenti mill-partijiet ikkonċernati, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità

Valur mingħajr distorsjoni f’CNY

Unità ta’ kejl

Materja prima

Ruttam tal-azzar

72041001 ; 72042101 ; 72042999 ; 72044101 ; 72044999

3 135,04

Tunnellata

Mineral tal-ħadid

26011101 ; 260112

3 364,05

Tunnellata

Faħam

270119 ; 27011201

757,98

Tunnellata

Kokk

27040003 ; 27131101

1 249,21

Tunnellata

Ligi tal-ħadid

72022102 ; 72022199 ; 72022999 ; 72023001 ; 72024101 ; 72024999 ; 72027001 ; 72029104 ; 72029202 ; 72029301 ; 72029999

18 560,08

Tunnellata

Pjastri

720712 ; 72072002 ; 72241006 ; 722490

4 980,54

Tunnellata

Prodotti dderivati:

Krediti u prodotti dderivati valwati bħala ruttam

72041001 ; 72042101 ; 72042999 ; 72044101 ; 72044999

3 135,04

Tunnellata

Manodopera

Manodopera

 

13,00

kull siegħa ta’ xogħol

Enerġija

Elettriku

 

1 058,69

MWH

Gass naturali

 

34,42

GJ

Ossiġenu

280440

514,52

Km3

3.4.3.2.   Materja prima

(98)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif huwa rrapportat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (77) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO fil-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(99)

Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, b’kunsiderazzjoni tas-sejba fit-taqsima 3.4 kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli fuq is-sejbien tal-firxa eżatta tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Dawn l-aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġni tad-dumping.

3.4.3.3.   Manodopera

(100)

L-ILOSTAT jippubblika informazzjoni ddettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fil-Messiku. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli għall-2021, għall-kost lavorattiv medju u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa maħduma fil-Messiku.

3.4.3.4.   Elettriku

(101)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fil-Messiku huwa ppubblikat minn Globalpetrolprices.com. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali għal Settembru 2021.

3.4.3.5.   Gass naturali

(102)

Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass fil-Messiku għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif ippubblikat mill-Indices de Referencia de Precios de Gas Natural (IPGN) (63), li jippermetti li jiġi ddeterminat il-prezz tal-gass naturali pprovdut lill-utenti industrijali.

3.4.3.6.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(103)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(104)

Il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja ta’ Ternium S.A., produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, kif huwa msemmi fil-premessa (85).

(105)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fit-talba, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mhux distort tal-kost tal-manifattura sabiex jinkiseb il-valur mhux distort tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, skont il-mudell prodott.

3.4.4.    Kalkolu tal-valur normali

(106)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(107)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar.

(108)

Ladarba l-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni ġie stabbilit, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Ternium S.A. għas-sena 2020 kif huwa rrapportat fil-kontijiet awditjati tal-kumpanija (64). Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal 11,30 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura,

L-SG&A u kostijiet oħra, li kienu jammontaw għal 10,74 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”) ta’ Ternium S.A., u

Il-profitti, li ammontaw għal 16,33 % tal-COGS kif miksuba minn Ternium S.A., ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(109)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali stabbilit fuq din il-bażi huwa ta’ EUR 1 381,50/tunnellata.

(110)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA qablet mal-użu mill-Kummissjoni tad-data finanzjarja tal-2020 minflok tal-2021, għalkemm argumentat ukoll li l-profitt ta’ 16,33 % ta’ Ternium S.A fl-2020 kien għadu mhux baxx għall-industrija tal-ħadid u l-azzar.

(111)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat il-valur normali stabbilit mill-Kummissjoni. Kif intqal fil-premessa (94), is-CISA argumentat li ma setgħetx tivverifika l-eżattezza tal-valur normali stabbilit mill-Kummissjoni u, skont is-CISA, il-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni kien potenzjalment żbaljat. Dan kien dovut għall-fatt li, filwaqt li l-perjodi użati fit-talba u fir-rieżami ta’ skadenza fil-biċċa l-kbira kienu jikkoinċidu, il-Kummissjoni sabet valur normali fir-rieżami ta’ skadenza li huwa aktar minn 80 fil-mija ogħla milli fit-talba, minkejja li l-istess metodoloġija ta’ kalkolu ġiet applikata u l-istess pajjiż intuża bħala l-pajjiż rappreżentattiv.

(112)

Fin-nota tal-FOP tad-29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddivulgat il-valuri tal-unità tal-“fatturi tal-produzzjoni” ewlenin. Minn dawk il-valuri, kien evidenti li l-prezz referenzjarju għall-mineral tal-ħadid li huwa wieħed mill-aktar input sinifikanti użat għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami żdied b’mod sinifikanti, jiġifieri b’ 186 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, ma wasal l-ebda kumment mat-tqegħid tan-Nota tal-FOP fil-fajl tal-każ rigward id-differenzi bejn il-prezzijiet tal-fatturi tal-produzzjoni bejn in-Nota fuq il-FOP u t-talba. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.5.    Kontinwazzjoni ta’ dumping

(113)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppruvat tuża l-informazzjoni statistika disponibbli mill-Eurostat sabiex tiddetermina l-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(114)

Madankollu, skont il-Eurostat, 28 743 tunnellata biss ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar ġew importati mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jikkorrispondu għal 0,1 % tal-konsum tas-suq ħieles. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-volumi baxxi ma jipprovdux bażi suffiċjenti għal kontinwazzjoni ta’ analiżi tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni ffokat l-investigazzjoni tagħha fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.4.6.    Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(115)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi (113) sa (114) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kompliet tanalizza jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk jiskadu l-miżuri. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-prezz tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali Ċiniżi tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar lejn il-bqija tad-dinja, il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża u l-kapaċità ta’ riżerva u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.4.6.1.   Il-paragun bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali

(116)

Il-Kummissjoni analizzat ix-xejra tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, hija kkonsultat informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża kif irrapportata fil-Global Trade Atlas (“GTA”) u estrattat il-kwantitajiet u l-valuri tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(117)

L-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni fil-GTA rrapportat prezz medju tal-esportazzjoni FOB miċ-Ċina lejn pajjiżi oħra li jammonta għal EUR 660/tunnellata, li ġie aġġustat għal prezz mill-fabbrika (wara l-aġġustamenti għall-merkanzija bil-baħar u domestika, u l-imposti tal-ħatt) li jammonta għal EUR 626/tunnellata.

(118)

Il-prezz medju tal-esportazzjoni li nstab matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien aktar minn 100 % taħt il-valur normali stabbilit fit-Taqsima 3.4.4 hawn fuq. Għalhekk, tqies probabbli li, kieku l-miżuri attwali kellhom jitħassru, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jibdew jbigħu lill-Unjoni f’livelli inqas mill-valur normali misjub.

3.4.6.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(119)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi l-oħra fuq il-fatti disponibbli u bbażat fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, kif ukoll fuq sorsi disponibbli oħrajn.

(120)

Fl-2020, iċ-Ċina kienet tirrappreżenta 56,5 % tal-produzzjoni dinjija tal-azzar mhux maħdum, meta mqabbla ma’ 53,3 % fl-2019 (65). F’Settembru 2020, dikjarazzjoni mit-88 Sessjoni tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD innotat li “minkejja x-xokk globali negattiv tad-domanda, il-produzzjoni u l-inventarji żdiedu b’mod sinifikanti mil-livelli ta’ sena ilu fiċ-Ċina”. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Azzar innota “bi tħassib id-diverġenza [mix-]xejra globali fiċ-Ċina, fejn il-produzzjoni tal-azzar laħqet volumi rekord fl-ewwel semestru tal-2020, u fejn l-inventarji laħqu livelli storikament għoljin. Dawn l-iżviluppi joħolqu riskju ta’ provvista żejda fiċ-Ċina li qed taggrava l-iżbilanċi globali li jirriżultaw mix-xokkijiet tad-domanda tal-COVID-19.” Ix-xejra tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar dejjem tikber fiċ-Ċina ġiet appoġġata ulterjorment minn “tnaqqis kbir fil-kundizzjonijiet tal-kreditu”, flimkien ma’ żieda fl-investiment minn produtturi kbar tal-azzar, filwaqt li atturi iżgħar għadhom barra mis-sistema ta’ kontroll tal-kapaċità. Barra minn hekk, Rapport reċenti tal-OECD ta’ Frar 2021 innota żieda fil-kapaċità żejda tal-azzar madwar id-dinja u partikolarment xprunata minn pajjiżi Asjatiċi inkluża ċ-Ċina (66).

(121)

Il-gvern Ċiniż għandu pjanijiet ambizzjużi għall-industrija tal-azzar tiegħu (67) peress li għandu l-għan li jneħħi impjanti obsoleti u kumpaniji mhux kompetittivi b’kostijiet eċċessivi filwaqt li jiffoka fuq it-tisħiħ u l-promozzjoni tal-produtturi tal-azzar li huma konformi mal-politiki u l-prijoritajiet tal-gvern. L-idea hija li titnaddaf l-industrija, li jissaħħu l-atturi ewlenin u li jitneħħew l-operaturi li ma jilħqux l-aħjar prestazzjoni u dawk li ma jikkonformawx (jew jallinjaw) mal-prijoritajiet tal-gvern. L-għan huwa li titrawwem “ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja tal-industrija”. Dan jinkiseb permezz ta’ politiki bħas-sistema ta’ konverżjoni tal-kapaċità, swaps bejn id-dejn u l-ekwità, li jippermettu diskrezzjoni sostanzjali ħafna tal-Istat fuq l-operazzjonijiet ta’ ditti individwali. L-għan sottostanti huwa li jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ atturi “magħżula”, li huma produtturi b’livell għoli ta’ prestazzjoni li jikkonformaw mal-objettivi attwali tal-gvern għall-industrija tal-azzar.

(122)

L-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza stmat il-kapaċità Ċiniża totali ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar għal aktar minn 345 miljun tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni u l-konsum Ċiniż it-tnejn kienu stmati għal 314-il miljun tunnellata fl-2020. Abbażi ta’ dan, il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina kienet stmata għal 31 miljun tunnellata fl-2020, li hija indikattiva għall-kapaċità ta’ riżerva fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u li hija kważi daqs il-konsum totali tal-Unjoni fis-suq ħieles (madwar 35 miljun tunnellata) fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(123)

Id-deċellerazzjoni fid-domanda Ċiniża għall-azzar fil-bidu tal-2021 hija, u se tkun, mutur ewlieni taż-żieda fl-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità u d-domanda x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi biex jesportaw. Il-kapaċitajiet Ċiniżi huma kbar wisq meta mqabbla mal-ħtiġijiet attwali tal-ekonomija Ċiniża.

(124)

Barra minn hekk, wieħed mis-swieq prinċipali, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerka, huwa protett minn miżuri anti-dumping fuq il-prodott taħt rieżami, li jnaqqas l-aċċess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(125)

Fuq din il-bażi, huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi jidderieġu l-kapaċitajiet ta’ riżerva tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet kbar bi prezzijiet oġġett ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu.

3.4.6.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(126)

Is-suq tal-Unjoni huwa fost l-akbar swieq ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali madwar id-dinja. Is-suq Ċiniż ma jistax jassorbi l-kapaċità żejda tal-azzar u s-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet Ċiniżi peress li għandhom miżuri anti-dumping, salvagwardji jew miżuri protettivi oħra fis-seħħ kontra r-RPĊ (68). Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni (il-prezz medju mitlub mill-industrija tal-Unjoni kien ta’ EUR 734/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami) huma ogħla mill-prezz medju mitlub mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lill-bqija tad-dinja (EUR 714-il/tunnellata fil-livell CIF). Peress li, kif huwa spjegat fil-premessa (200) hawn taħt, l-HRF huwa prodott ta’ komodità sensittiv ħafna għall-prezz, l-esportaturi Ċiniżi jkollhom inċentiv qawwi biex jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu.

(127)

Fit-talba tiegħu l-applikant sostna li l-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar tal-Unjoni waħedhom, li japplikaw għall-prodott taħt rieżami, ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu s-suq tal-Unjoni kontra l-importazzjonijiet fi kwantitajiet sinifikanti bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Billi ċ-Ċina ma rċeviet l-ebda kwota speċifika għall-pajjiż għall-prodott taħt rieżami, il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom aċċess għal ammont kbir ta’ volumi ta’ kwoti residwi li taħthom setgħu jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni kieku l-miżuri anti-dumping kellhom jiskadu. B’riżultat ta’ dan, jekk il-miżuri anti-dumping kellhom jitħassru, il-volumi tal-esportazzjoni Ċiniżi x’aktarx li jiżdiedu b’mod sinifikanti fi ħdan il-kwota residwa u b’hekk jimlew is-suq tal-Unjoni qabel ma jsir applikabbli kwalunkwe dazju barra mill-kwota skont il-miżura ta’ salvagwardja.

(128)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni jirrappreżenta mira attraenti għall-kapaċità ta’ riżerva eżistenti fir-RPĊ jekk il-miżuri anti-dumping kellhom jiġu revokati.

(129)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA sostniet li anki jekk hija bbażata fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, mhuwiex raġonevoli li jkun hemm il-valur normali tal-esportaturi Ċiniżi li huwa kważi d-doppju tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(130)

Kif iddikjarat fil-premessi (95) u (112), il-Kummissjoni pprovdiet il-valuri tal-unità tal-fatturi tal-produzzjoni u elaborat fuq il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-valur normali. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, inkluż l-Atlas Dinji tal-Kummerċ (“GTA”) biex jiġi stabbilit il-kost bla distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, notevolment tal-materja prima. Konsegwentement, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.4.6.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping

(131)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-kapaċitajiet ta’ riżerva, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ daqs u prezzijiet u l-fatt li l-prezzijiet mitluba mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi huma ferm taħt il-valur normali stabbilit, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(132)

Skont l-applikant il-prodott simili kien manifatturat minn 21 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(133)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 70 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba għar-rieżami ta’ skadenza, it-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju u t-tweġiba għall-kwestjonarju makro sottomessa mill-EUROFER. Kif huwa indikat fil-premessa (13), il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun irrappreżentaw 29 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżemi.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(134)

Il-prodott taħt rieżami jitqies bħala materjal primarju għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti downstream b’valur miżjud, li jibdew bi prodotti b’laminazzjoni fil-kiesaħ. Minħabba li l-industrija tal-Unjoni hija fil-biċċa l-kbira integrata vertikalment u tipproduċi kemm il-prodott taħt rieżami kif ukoll il-prodotti downstream, kemm is-suq kaptiv kif ukoll dak ħieles ġew analizzati separatament, fejn xieraq.

(135)

Id-distinzjoni bejn suq kaptiv u suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu għaliex il-prodotti destinati għas-suq kaptiv ma jiġux esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, u l-prezzijiet tat-trasferiment, jekk ikun hemm, jiġu stabbiliti fil-gruppi skont politiki varji ta’ prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u l-prezzijiet huma stabbiliti skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, is-suq ħieles kumplessiv jinkludi bejgħ tal-produtturi tal- Unjoni lil konsumaturi mhux relatati u bejgħ mhux kaptiv lil kumpaniji relatati.

(136)

Sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-prodott simili u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għas-suq kaptiv jew għas-suq ħieles. Il-Kummissjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili kienet destinata għas-suq kaptiv.

(137)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni abbażi ta’ (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif huwa rrapportat mill-Eurostat. Il-konsum tas-suq kaptiv tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-użu kaptiv u l-bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi magħrufa kollha fl-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(138)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum tas-suq ħieles

34 533

32 411

27 899

34 869

Indiċi

100

94

81

101

Konsum kaptiv

45 289

42 011

36 989

40 424

Indiċi

100

93

82

89

Konsum totali tal-Unjoni

79 822

74 422

64 888

75 293

Indiċi

100

93

81

94

Sors: il-Eurostat, Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(139)

Il-konsum totali tal-Unjoni naqas b’7 % fl-2019 u naqas drastikament bi 12 % oħra fl-2020 minħabba tnaqqis fid-domanda kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, dan it-tnaqqis kien segwit minn irkupru tajjeb xprunat mill-irkupru fid-domanda tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda kien għadu 6 % taħt il-livell tal-2018.

(140)

Il-konsum tas-suq ħieles segwa xejra simili għal dik tal-konsum totali tal-Unjoni. Dan naqas drastikament b’19 % sal-2020 u rkupra b’mod qawwi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u laħaq livell saħansitra ta’ 1 % ogħla minn dak tal-2018.

(141)

Ix-xejra tal-konsum tas-suq kaptiv kienet kważi identika għax-xejra totali tal-konsum tal-Unjoni, u naqset drastikament sal-2020 bi 18 %, segwita minn irkupru li madankollu laħaq biss 89 % tal-livell tal-2018.

(142)

Kumplessivament, il-konsum total tal-Unjoni naqas b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.    Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(143)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil bejn il-volumi tal-importazzjoni u l-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, kif huwa rrapportat fit-Tabella 2 hawn fuq.

(144)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum ta’ importazzjoni (000 tunnellata), sehem mis-suq u prezzijiet (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ

1,7

0,5

0,3

28,7

Sehem mis-suq

0,0  %

0,0  %

0,0  %

0,1  %

Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ

1 674

3 177

2 482

664

Indiċi

100

190

148

40

Sors: il-Eurostat, Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(145)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2017, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu għal livell insinifikanti, b’sehem mis-suq negliġibbli ta’ 0,002 % fl-2018. Mill-2018 sal-2020, l-importazzjonijiet naqsu saħansitra aktar. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu f’April 2021 meta mqabbla mal-livelli baxxi fit-tliet snin preċedenti. Madankollu, is-sehem mis-suq baqa’ baxx ħafna b’0,1 %.

(146)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kif huma rrapportati fil-Eurostat kienu eċċezzjonalment għoljin matul l-2018, l-2019 u l-2020, għalkemm naqsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-prezzijiet eċċezzjonalment għoljin tal-importazzjoni mill-2018 sal-2020 x’aktarx huma marbuta mal-fatt li ċ-Ċina importat volum negliġibbli fl-Unjoni li ma jistax jitqies affidabbli.

(147)

Il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi rrapportati fil-Eurostat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma humiex rappreżentattivi tal-prezzijiet medji tal-HRF minħabba l-volum baxx ħafna ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ matul dak il-perjodu u li ma setgħux jintużaw biex jinġibdu konklużjonijiet sinifikanti jew rilevanti.

(148)

L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ

Volum (1 000 tunnellata)

7 997

7 225

5 879

9 635

 

Indiċi

100

90

74

120

 

Sehem mis-suq

23  %

22  %

21  %

28  %

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

532

482

428

765

 

Indiċi

100

90

80

144

Sors: il-Eurostat.

(149)

L-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat naqsu mill-2018 għall-2020 b’26 % u żdiedu drastikament fl-2021 biex laħqu sehem mis-suq ta’ 28 %, li huwa 20 % ogħla mil-livell tal-2018. B’mod ġenerali, l-Unjoni timporta l-HRF minn aktar minn 40 pajjiż madwar id-dinja. L-akbar ħames esportaturi tal-HRF lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu r-Russja, l-Indja, it-Turkija, l-Eġittu u t-Tajwan, li jirrappreżentaw 18 % tas-suq ħieles tal-Unjoni u 65 % tal-importazzjonijiet kollha tal-HRF. Individwalment, ir-Russja kienet l-akbar esportatur b’sehem mis-suq ta’ 5,8 % filwaqt li l-erba’ pajjiżi l-oħra kellhom sehem mis-suq ta’ bejn 2 % u 4 %, rispettivament. L-ebda pajjiż ieħor ma għandu sehem mis-suq ta’ aktar minn 2 %. Fost l-akbar esportaturi, l-importazzjonijiet mir-Russja (69) u t-Turkija (70) bħalissa huma koperti minn miżuri anti-dumping.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.    Kummenti ġenerali

(150)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(151)

Kif huwa msemmi fil-premessa (13), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(152)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-applikant li kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(153)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(154)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

(155)

Kif huwa spjegat fil-premessi (136) — (137), sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għas-suq kaptiv jew għas-suq ħieles. Fejn kien rilevanti u possibbli, il-Kummissjoni analizzat separatament l-indikaturi tad-dannu relatati mas-suq ħieles u dak kaptiv.

4.4.2.    Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(156)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-produzzjoni (1 000 tunnellata)

75 626

70 920

61 096

69 531

Indiċi

100

94

81

92

Kapaċità tal-produzzjoni (1 000 tunnellata)

90 923

92 584

91 965

93 249

Indiċi

100

102

101

103

Użu tal-kapaċità

83  %

77  %

66  %

75  %

Indiċi

100

92

80

90

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(157)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni segwa xejra simili bħall-konsum totali tal-Unjoni u naqas b’mod ġenerali b’madwar 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi tnaqqis sinifikanti fl-2020 segwit minn irkupru minħabba l-irkupru fid-domanda tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(158)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi ftit matul il-perjodu meqjus bi 3 %, l-użu tal-kapaċità segwa l-istess xejra negattiva bħall-volum tal-produzzjoni u l-konsum u naqas b’10 % bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżemi.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(159)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq fis-suq ħieles (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Bejgħ fis-suq ħieles

26 534

25 185

22 020

25 205

Indiċi

100

95

83

95

Sehem mis-suq

77 %

78 %

79 %

72 %

Indiċi

100

101

104

99

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(160)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni segwa x-xejra tal-konsum matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan naqas bejn l-2018 u l-2020 għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (139), segwit minn irkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, l-irkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien għadu taħt il-livelli tal-2018.

(161)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ konsum tal-Unjoni żdied bi ftit mill-2018 għall-2020 minn 77 għal 79 % u naqas b’seba’ punti perċentwali bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal 72 %. Kif jidher fit-Tabella 4, dan it-tnaqqis huwa spjegat mill-fatt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdied b’7 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jispjega t-telf tal-industrija tal-Unjoni fis-sehem mis-suq ħieles.

Tabella 7

Volum kaptiv fis-suq tal-Unjoni u sehem mis-suq (000 tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum kaptiv fis-suq tal-Unjoni

45 289

42 011

36 989

40 424

Indiċi

100

93

82

89

Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni

75 626

70 920

61 096

69 531

% tal-volum kaptiv meta mqabbel mal-produzzjoni totali

59,9  %

59,2  %

60,5  %

58,1  %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(162)

Il-volum kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn użu kaptiv u bejgħ kaptiv fis-suq tal-Unjoni) naqas bi 18 % mill-2018 sal-2020 u rkupra b’7 punti perċentwali fl-2021, li rriżulta fi tnaqqis ġenerali ta’ 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn madwar 45 miljun tunnellata għal 40 miljun tunnellata mill-bidu sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, is-suq kaptiv u ħieles segwa l-istess xejra. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iżvilupp tas-suq kaptiv ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles.

(163)

Is-sehem mis-suq kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal tal-produzzjoni totali) baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u varja bejn 58,1 % u 60,5 %.

4.4.2.3.   Tkabbir

(164)

F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum u l-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fis-suq ħieles. B’mod ġenerali, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(165)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Għadd ta’ impjegati

41 161

38 980

36 207

38 470

Indiċi

100

95

88

93

Produttività (unità/impjegat)

1 824

1 819

1 687

1 807

Indiċi

100

100

93

99

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-EUROFER.

(166)

Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-għadd ta’ impjegati involuti fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami segwa x-xejra tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni, naqas drastikament bejn l-2018 u l-2020 biex imbagħad irkupra ftit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali rriżulta fi tnaqqis b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(167)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull impjegat, baqgħet b’mod ġenerali stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.5.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(168)

Kif huwa spjegat fil-premessa (114), ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda marġni tad-dumping. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jiġu revokati.

(169)

Il-miżuri anti-dumping imposti wara l-investigazzjoni oriġinali ppermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra minn dumping tal-passat, kif jidher fid-data għall-2018. Dan ġie kkonfermat ukoll mis-sejbiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni anti-dumping kontra prodotti ċatti b’laminazzjoni termali mit-Turkija (71).

4.4.3.    Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(170)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles

549

509

450

734

Indiċi

100

93

82

134

Kost unitarju tal-produzzjoni

518

557

534

669

Indiċi

100

108

103

129

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(171)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 18 % bejn l-2018 u l-2020 u żdiedu drastikament b’34 % fl-2021 meta mqabbla mal-2018. Ix-xejra tal-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet influwenzata mit-tfixkil serju kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u mit-tkomplija tad-domanda wara l-pandemija. Fl-2021, id-domanda għolja għall-azzar, il-provvista ristretta, u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni kienu l-fatturi li influwenzaw iż-żieda f’daqqa u sinifikanti fil-prezz tal-bejgħ għal kull unità.

(172)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’29 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, fl-2019 il-kost tal-produzzjoni żdied filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità naqsu. L-inkapaċità għall-industrija tal-Unjoni li tirrifletti ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni fil-prezz tal-bejgħ tagħha kienet dovuta għal volumi kbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija, li wasslu biex il-prezzijiet jonqsu. Fl-2020, kemm il-kost tal-produzzjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu, iżda l-kost tal-produzzjoni sa ċertu punt inqas. Dan kien dovut għat-tnaqqis qawwi fis-suq matul il-pandemija tal-COVID-19, li naqqas il-prezzijiet b’mod sinifikanti filwaqt li l-kost tal-produzzjoni kien inqas affettwat. Fl-2021 il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-komoditajiet. Madankollu, minħabba l-irkupru ta’ wara l-COVID, id-domanda żdiedet ukoll u konsegwentement, il-prezzijiet żdiedu wkoll b’mod sinifikanti (aktar minn 50 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami), saħansitra aktar miż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-istess perjodu.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(173)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)

64 164

69 352

69 748

78 444

Indiċi

100

108

109

122

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(174)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu bi 22 %. Filwaqt li l-għadd ta’ impjegati fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami naqas, meta mqabbel mal-2018, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied.

4.4.3.3.   Inventarji

(175)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Inventarji

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

631 608

533 200

390 880

522 405

Indiċi

100

84

62

83

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5,0  %

4,5  %

3,8  %

4,6  %

Indiċi

100

90

76

92

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(176)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-istokk tal-industrija tal-Unjoni tal-HRF naqas kontinwament, bi tnaqqis drastiku fl-2020, li huwa spjegat mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, u rkupru fl-2021. L-industrija tal-HRF fl-Unjoni hija kkaratterizzata minn kuntratti qafas (ta’ xahar, tliet xhur, ta’ sena) bejn il-produtturi u l-klijenti li jiffissaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet. Dawn il-kuntratti qafas huma implimentati permezz ta’ ordnijiet ta’ xiri skont il-ħtiġijiet tal-klijenti. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni tista’ tippjana l-produzzjoni u l-inventarji tagħha. Għaldaqstant, u wkoll kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, l-istokks ma humiex meqjusa bħala indikatur importanti tad-dannu għal din l-industrija, peress li l-biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni abbażi ta’ ordnijiet speċifiċi tal-utenti.

4.4.3.4.   Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(177)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Profittabbiltà tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni (% tal-fatturat tal-bejgħ)

8,4

-7,2

-18,0

14,1

Indiċi

100

-86

- 214

168

Fluss ta’ flus (EUR)

496 319 788

-6 211 922

- 130 468 840

645 183 908

Indiċi

100

-1,3

-26

130

Investimenti (EUR)

216 927 207

433 154 031

181 406 902

394 535 083

Indiċi

100

200

84

182

Redditu fuq l-investimenti

9,1  %

-6,0  %

-13,3  %

17,4  %

Indiċi

100

-66

- 146

191

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(178)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles tal-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(179)

Il-profittabbiltà varjat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-profittabbiltà ġenerali żdiedet b’5,7 punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2017, l-industrija rkuprat u rreġistrat profitt fl-2018. Madankollu, fl-2019 kien hemm telf u l-profittabbiltà laħqet l-aktar livell baxx tagħha, jiġifieri -18 %, fl-2020 fl-eqqel tal-pandemija, filwaqt li fl-2021 il-profitt irkupra b’mod qawwi għal 14,1 %. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri kontra r-RPĊ fl-2017, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mit-Turkija żdiedu malajr, u dan jispjega t-tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2019. Dan it-tnaqqis fil-profittabbiltà mbagħad ġie aggravat mix-xokkijiet ikkawżati mill-pandemija globali fl-2020, bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista u t-tnaqqis fil-konsum tal-azzar. Żieda qawwija fid-domanda tal-azzar, flimkien ma’ żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, wasslet għal profitti eċċezzjonalment għoljin fl-2021, li mmarkat sena eċċezzjonali għall-industrija tal-Unjoni.

(180)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku fl-2019-2020, segwit minn irkupru qawwi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(181)

Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-investimenti żdiedu bi 82 %. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-flussi ta’ investiment segwew distribuzzjoni bimodali: l-investiment żdied b’mod sinifikanti fl-2019, segwit minn tnaqqis fl-2020 u żieda oħra fl-2021. B’mod ġenerali, l-investimenti kellhom l-għan li jtejbu l-kwalità u l-ekoloġizzazzjoni tal-produzzjoni.

(182)

Ir-redditu fuq l-investimenti (ROI) huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment tjieb b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2018. Fil-fatt, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ROI żdied bi 8,3 punti perċentwali. Dan żviluppa b’mod simili għall-profittabbiltà: tnaqqis drastiku fl-2019 u fl-2020, segwit minn irkupru qawwi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(183)

Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jżidu l-kapital ma ġietx affettwata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li ra rkupru rapidu mill-pandemija.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(184)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina fl-2017, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu u baqgħu taħt il-livell de minimis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tibda tirkupra mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u, kif huwa kkonfermat mill-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 dwar l-importazzjonijiet tal-HRF li joriġinaw mit-Turkija (72), kienu rkupraw sa tmiem l-2018. Madankollu, l-irkupru tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni waqaf f’daqqa u ġie mreġġa’ lura fl-2019, meta l-industrija tal-Unjoni kellha tikkompeti ma’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mit-Turkija, u ġiet sfurzata tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha taħt il-kostijiet biex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha u b’hekk tikkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni (73). F’Lulju 2021, il-Kummissjoni imponiet miżuri definittivi kontra t-Turkija u bis-saħħa ta’ diversi fatturi involuti, kif huwa spjegat fil-premessa (179) is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u rkuprat sa tmiem l-2021 għal sitwazzjoni ekonomika simili għal dik tal-2018. Għalhekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha titqies bħala li ġarrbet dannu.

(185)

B’mod aktar partikolari, kważi l-indikaturi kollha tad-dannu, b’mod partikolari l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ, l-impjiegi u l-produttività, il-profitt, il-fluss tal-flus u l-ROI segwew xejra simili matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din ix-xejra kienet ikkaratterizzata minn tnaqqis fl-2019, tnaqqis aktar qawwi fl-2020 u rkupru fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal livelli simili għal dawk fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-2018. Ir-raġuni għal din ix-xejra irregolari tinsab fil-biċċa l-kbira fil-koinċidenza ta’ influss konsiderevoli ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx ta’ HRF mit-Turkija u d-dinamika unika maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19. Il-lockdowns u l-interruzzjonijiet tal-attività industrijali wasslu għal livelli ta’ konsum baxxi ħafna u domanda baxxa għall-azzar fl-2020, filwaqt li d-domanda u l-prezzijiet tal-azzar żdiedu fl-2021 matul l-irkupru ta’ wara l-COVID li wassal, fost l-oħrajn, għal profitti eċċezzjonalment għoljin għall-industrija tal-azzar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(186)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(187)

Madankollu, l-indikaturi ma jistgħux jiġu analizzati mingħajr ma jitqiesu l-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli tas-suq tal-azzar tal-2021. Madankollu, fl-2020, it-tnaqqis fl-attività industrijali kkawżat mill-pandemija u t-tnaqqis konsegwenti fid-domanda għall-azzar, wasslu għal tnaqqis serju fir-ritmu tal-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar, u tal-ekonomija globali b’mod ġenerali. Fl-2021, xprunat minn irkupru fid-domanda, il-konsum tal-azzar irpilja bil-qawwa, kif għamlu l-prezzijiet tal-azzar.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(188)

Kif huwa spjegat fil-premessa (186), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Min-naħa l-oħra, kif huwa spjegat fil-premessa (131), il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping x’aktarx jerġa’ jseħħ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(189)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

5.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(190)

Kif huwa deskritt fil-premessa (122), il-produtturi fiċ-Ċina għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti. Tabilħaqq, il-kapaċità ta’ riżerva stmata Ċiniża tikkorrispondi għal 89 % tad-daqs tal-konsum tas-suq ħieles tal-UE. Din il-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex jiġi prodott il-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, kif huwa ddikjarat fil-premessa (123), it-tnaqqis fid-domanda għall-azzar fiċ-Ċina huwa, u se jkun, mutur ewlieni għaż-żieda fl-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità u d-domanda fiċ-Ċina x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi Ċiniżi biex jesportaw.

(191)

Barra minn hekk, wieħed mis-swieq prinċipali, l-Istati Uniti tal-Amerka, huwa protett minn miżuri anti-dumping fuq il-prodott taħt rieżami, li jnaqqas l-aċċess tal-produtturi Ċiniżi.

5.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(192)

Kif huwa deskritt fil-premessa (126), is-suq tal-Unjoni huwa fost l-akbar swieq ta’ ċerti prodotti tal-azzar ċatti b’laminazzjoni termali madwar id-dinja. Barra minn hekk, is-suq Ċiniż ma jistax jassorbi l-kapaċità żejda tal-azzar u s-swieq ewlenin ta’ pajjiżi terzi huma magħluqa għall-esportazzjonijiet Ċiniżi peress li għandhom miżuri anti-dumping, salvagwardji jew miżuri protettivi oħra fis-seħħ kontra r-RPĊ. Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni huma ogħla mill-prezz medju mitlub mill-esportaturi Ċiniżi lill-bqija tad-dinja. Għalhekk, is-suq tal-Unjoni jirrappreżenta mira attraenti għall-kapaċità ta’ riżerva eżistenti fir-RPĊ jekk il-miżuri anti-dumping kellhom jiġu revokati.

(193)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat il-konklużjonijiet fir-rigward tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni, bl-argument li l-industrija tal-azzar Ċiniża tiddependi fuq is-suq domestiku tagħha, u li l-konsum domestiku Ċiniż huwa għaxar darbiet akbar mis-segment tas-suq ħieles tal-UE. Hija enfasizzat ukoll li mill-1 ta’ Awwissu 2021, ċerti prodotti tal-azzar, inkluż l-azzar ċatt b’laminazzjoni termali, ma għadhomx eliġibbli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-VAT, u b’hekk għandhom effett skoraġġanti fuq l-esportazzjonijiet u jidderieġu mill-ġdid il-produzzjoni tal-azzar Ċiniża lejn l-industrija domestika Ċiniża.

(194)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-konsum domestiku Ċiniż tal-HRF huwa ferm akbar mis-suq ħieles tal-UE iżda kif spjegat fil-premessa (190), il-produtturi fiċ-Ċina għandhom kapaċità żejda sinifikanti li ma jistgħux jużaw fis-suq domestiku tagħhom. Għalhekk ma hemm xejn li jipprevjeni lill-produtturi Ċiniżi milli jużaw din il-kapaċità żejda biex jipproduċu l-prodott taħt rieżami għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (123), it-tnaqqis fid-domanda Ċiniża għall-azzar huwa, u se jkun, xprun ewlieni biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet. L-iżbilanċ li jirriżulta bejn il-kapaċità tal-produzzjoni u d-domanda fiċ-Ċina x’aktarx li jżid il-pressjoni fuq il-produtturi Ċiniżi biex jesportaw. Fir-rigward tal-allegata bidla fis-sistema tal-VAT, il-Kummissjoni nnotat li s-CISA ma pprovdiet l-ebda evidenza li ssostni l-argument li l-bidla tar-rifużjonijiet tal-VAT kienet twassal, jew se twassal, għal xi bidliet sinifikanti fl-imġiba tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni bħala mhux sostanzjata.

5.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi probabbli u l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(195)

B’kunsiderazzjoni tal-volumi baxxi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ mill-2018 sal-2021, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni rrapportati fil-Eurostat ma setgħux jiġu invokati biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Minflok, il-Kummissjoni qieset bħala indikatur rappreżentattiv il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-pajjiżi terzi kollha għajr l-Unjoni (“il-bqija tad-dinja” jew “ROW”).

(196)

Kif huwa deskritt hawn fuq fil-premessa (117), il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi (FOB) lejn il-bqija tad-dinja kienu bħala medja ta’ EUR 660/tunnellata. Abbażi ta’ dak il-prezz u sabiex jiġi ddeterminat prezz probabbli li bih l-esportazzjonijiet Ċiniżi jaslu fil-fruntiera tal-Unjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kost għall-assigurazzjoni u l-merkanzija. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni rrikorriet għall-kostijiet użati fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri EUR 52/tunnellata, jew 7,9 % tal-prezz/tunnellata, bħala l-aħjar fatti disponibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezz CIF probabbli tal-importazzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-HRF lejn l-Unjoni, fin-nuqqas ta’ miżuri, ma jkunx aktar minn EUR 712-il/tunnellata.

(197)

Minħabba li ntużat id-data statistika, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, seta’ jiġi stabbilit prezz medju għal kull tunnellata għal varjetà kbira ta’ tipi ta’ prodotti. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ informazzjoni fil-livell tat-tip ta’ prodott, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq kalkolu preċiż tat-twaqqigħ tal-prezz iżda kellha tillimita lilha nnifisha għal tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet medji għal kull tunnellata.

(198)

Il-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ddeterminat b’dan il-mod tqabbel mal-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ matul l-investigazzjoni tar-rieżami tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun imposti fuq il-klijenti fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika.

(199)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fl-istess livell ta’ kummerċ u, b’analoġija ma’ metodoloġija preċiża ta’ kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera li bħala medja l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni jwaqqgħu l-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni b’madwar 8 %.

(200)

L-HRF huwa prodott ta’ komodità sensittiv ħafna għall-prezz u kif ġie osservat fl-investigazzjoni oriġinali dwar l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina kif ukoll fl-investigazzjoni dwar il-prodott identiku mit-Turkija, livelli pjuttost modesti ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet flimkien ma’ volumi kbar huma suxxettibbli li jkollhom impatt sinifikanti u immedjat fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (74). F’dawk iż-żewġ investigazzjonijiet, il-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz taħt 5 % ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ (jew titlef is-sehem mis-suq) sa tali punt li ġarrbet dannu materjali fuq terminu qasir.

(201)

Minħabba li l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet għadha kemm irkuprat minn perjodu ta’ taqlib u ekonomikament diffiċli, inkluża l-pandemija tal-COVID-19, b’telf akkumulat, għadha f’sitwazzjoni fraġli. Għalhekk huwa probabbli ħafna li r-rikorrenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx miċ-Ċina f’volumi sinifikanti li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni jkollha effett negattiv sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet, il-profittabbiltà u l-ħtiġijiet tal-investiment, li jirriżulta f’rikorrenza tad-dannu materjali.

(202)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA kkontestat l-għażla tal-perjodu kkunsidrat għall-analiżi tad-dannu. Hija argumentat li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-HRF b’volumi akbar mit-Turkija fl-2019, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-COVID, u ż-żieda fl-irkupru ta’ wara l-pandemija xekklu l-evidenza li sservi bħala bażi għall-analiżi tad-dumping u tad-dannu. Hija sostniet li l-Kummissjoni kellha tanalizza perjodu differenti u ssuġġeriet li teżamina perjodu estiż, li jkopri sena jew sentejn qabel il-perjodu kkunsidrat (2016-2018) kif ukoll wara l-PIR (2022).

(203)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Hija fakkret li d-diversi elementi elenkati mis-CISA bħala li jistgħu jgħawġu l-evidenza matul il-perjodu kkunsidrat kienu ġew rikonoxxuti u kkunsidrati bir-reqqa fl-analiżi tad-dannu tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni osservat ukoll li anki li kieku kien jitqies perjodu estiż qabel il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, kif issuġġerit mis-CISA, l-istess elementi xorta kienu jkunu preżenti. Għar-rigward tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni fakkret li abbażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, “għandu jintgħażel perjodu ta’ investigazzjoni li, fil-każ ta’ dumping għandu, normalment, ikopri perjodu ta’ mhux inqas min sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċedimenti. L-informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti għall-perjodu ta’ investigazzjoni ma għandhiex, normalment, tiġi kkunsidrata”. Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata li tinkorpora fil-kalkoli tagħha fatturi relatati ma’ perijodu sussegwenti għall-perijodu ta’ investigazzjoni, sakemm tali fatturi ma jurux żviluppi ġodda li jagħmlu d-dazju antidumping propost manifestament mhux xieraq (75). L-istess raġunament, b’analoġija, għandu japplika għal investigazzjonijiet ta’ rieżami mibdija skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Is-CISA ma pprovdiet l-ebda evidenza li kellha t-tendenza li turi li l-iżviluppi li segwew il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami għamlu l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju manifestament mhux xierqa.

5.4.   Konklużjoni

(204)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(205)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(206)

L-industrija tal-Unjoni tinsab fi 15-il Stat Membru (l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja). Hija timpjega aktar minn 38 000 impjegat fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

(207)

Fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun aktar protetta kontra ż-żieda probabbli ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, li se jikkawża dannu materjali. L-effett tal-miżuri anti-dumping se jkun pożittiv għall-produtturi tal-Unjoni, peress li l-miżuri se jgħinu lill-industrija tal-Unjoni tkompli l-irkupru tagħha mid-dumping tal-passat. Għalhekk huwa ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li l-miżuri jitħallew.

6.1.1.    L-interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati

(208)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti u lill-importaturi mhux relatati kollha magħrufa. L-ebda utent jew importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u kkoopera f’din l-investigazzjoni billi ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, il-kontinwazzjoni tal-miżuri ma titqiesx kontra l-interess tal-utenti u tal-importaturi.

(209)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat jekk il-miżuri kontra ċ-Ċina jkollhomx effett negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista, peress li hemm ukoll miżuri fis-seħħ fuq l-HRF kontra t-Turkija, il-Brażil, l-Iran u r-Russja. Il-livell tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 75 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u l-kapaċità tal-produzzjoni totali qabżet il-konsum totali tal-Unjoni bi 18-il miljun tunnellata, skont id-data tal-kwestjonarju makro tal-EUROFER. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri kontra xi wħud mill-esportaturi ewlenin tal-HRF, kważi 40 pajjiż esportaw il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u b’hekk urew li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma taffettwax id-diversifikazzjoni tal-provvista. Għal dawn ir-raġunijiet u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-utenti u l-importaturi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda riskju potenzjali fil-livell tal-provvista għall-utenti downstream.

(210)

Wara d-divulgazzjoni, is-CISA rreferiet għas-salvagwardja tal-UE fuq l-importazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, HRF miċ-Ċina, li tillimita b’mod sinifikanti l-possibbiltà għall-produtturi Ċiniżi li jesportaw l-HRF lejn is-suq tal-UE u tirrestrinġi l-flussi tal-kummerċ ħieles għad-detriment tal-produtturi downstream u tal-utenti finali.

(211)

Il-Kummissjoni fakkret li s-salvagwardja inkwistjoni ma tistax titqies ta’ natura dejjiema, u li l-miżura attwalment fis-seħħ (76) ma għandha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ żieda fl-importazzjonijiet fin-nuqqas ta’ dazji antidumping. Meta titqies in-natura temporanja tas-salvagwardji tal-azzar, il-Kummissjoni għalhekk sabet li dawn ma jistax ikollhom effett fuq il-konklużjonijiet tagħha f’din l-investigazzjoni. Dwar is-sigurtà tal-provvista, kif iddikjarat fil-premessa (209), il-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni qabżet il-konsum totali tal-Unjoni, u diversi pajjiżi terzi oħra esportaw l-HRF lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Barra minn hekk, il-miżura ta’ salvagwardja tiġi rieżaminata u aġġustata regolarment jekk ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti tal-azzar fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-miżuri ta’ salvagwardja ma jikkostitwixxux riskju għas-sigurtà tal-provvista għall-utenti downstream.

(212)

Barra minn hekk, is-CISA affermat ukoll li l-introduzzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) tiddeterjora l-aċċess għas-suq tal-UE minħabba l-obbligi ta’ rapportar u s-soprataxxi onerużi marbuta mas-CBAM.

(213)

Il-Kummissjoni fakkret li s-CBAM se jidħol fis-seħħ biss f’Ottubru 2023 u li matul perjodu tranżitorju, sal-2026, l-importaturi se jkollhom jirrapportaw biss l-emissjonijiet integrati fil-merkanzija tagħhom mingħajr ma jġarrbu l-ebda tariffa finanzjarja. Ir-raġuni ddikjarata għal dan il-perjodu tranżitorju hija li l-partijiet jingħataw żmien biex jaġġustaw qabel ma tidħol fis-seħħ is-sistema finali u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tfixkil fil-kummerċ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li huwa prematur li ssir kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt potenzjali tas-CBAM fuq il-flussi kummerċjali futuri tal-HRF u ċaħdet l-affermazzjoni.

6.1.2.    Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(214)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   DIKJARAZZJONIJIET LI L-MIŻURI JENĦTIEĠ LI JIĠU SOSPIŻI

(215)

Is-CISA ddikjarat li l-miżuri anti-dumping attwali jenħtieġ li jiġu sospiżi f’konformità mal-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, billi argumentat li ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku msemmi hawn fuq huma ssodisfati. Affermat li l-kundizzjonijiet tas-suq inbidlu temporanjament b’tali mod li d-dannu ma jkunx probabbli li jkompli jew iseħħ bħala riżultat tas-sospensjoni. F’dik il-fehma, is-CISA rreferiet għall-aspettattivi tat-tkabbir tal-industrija downstream tal-Unjoni u l-irkupru ekonomiku mistenni fil-perjodu ta’ wara l-COVID, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat, it-tnaqqis mistenni fil-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni biex jiġu sospiżi d-dazji anti-dumping definittivi imposti fuq prodotti tal-aluminju llaminati ċatti mir-RPĊ (77).

(216)

Il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni tas-CISA, peress li kienet ġenerika u ma kinitx issostanzjata. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni tar-rieżami stabbiliet li d-dannu x’aktarx jerġa’ jseħħ fin-nuqqas ta’ miżuri u, mutatis mutandis, ukoll f’każ ta’ sospensjoni. Wara d-divulgazzjoni, is-CISA tenniet din l-affermazzjoni, iżda ma ressqet l-ebda argument ġdid.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(217)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar ir-rikorrenza ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

(218)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(219)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-eżattezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(220)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(221)

Ir-rati ta’ dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(222)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (78). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(223)

Esportatur jew produttur li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li kien intuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex isir soġġett għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) ma huwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(224)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (79) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(225)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti llaminati ċatti tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’koljaturi u kemm jekk ma jkunux (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet CN 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7226191091, 7226191095), 7226 91 91 u 7226 91 99.

Il-prodotti li ġejjin ma humiex koperti minn dan ir-rieżami:

(i)

prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bil-granijiet orjentati,

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar ta’ veloċità għolja,

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji mqabbżin, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar, u

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji mqabbżin, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

0  %

C157

 

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd.

10,3  %

C158

 

Hesteel Co., Ltd. Tangshan Branch  (80)

10,3  %

C159

 

Hesteel Co., Ltd. Chengde Branch  (81)

10,3  %

C160

 

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd.

31,3  %

C161

 

Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd.

31,3  %

C162

 

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co. Ltd.

0  %

C164

 

Beijing Shougang Co. Ltd., Qian’an Iron & Steel branch

0  %

C208

 

Angang Steel Company Limited

10,8  %

C150

 

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Lt

0  %

C151

 

Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd.

0  %

C147

 

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

0  %

C163

 

Maanshan Iron & Steel Co., Ltd

10,8  %

C165

 

Rizhao Steel Wire Co., Ltd.

10,8  %

C166

 

Rizhao Baohua New Material Co., Ltd.

10,8  %

C167

 

Tangshan Yanshan Iron and Steel Co., Ltd.

0  %

C168

 

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd.

10,8  %

C156

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

0  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015 (il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

li jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta’ kumpaniji identifikati fit-tabella u soġġett għal dazju individwali li ma jaqbiżx ir-rata ta’ dazju applikabbli għal dawk il-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji, jiġifieri 0 %.

5.   Jekk id-dazji kumpensatorji definittivi imposti bl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 jiġu mmodifikati jew jitneħħew, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 se jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni tad-dumping attwali misjub jew għall-marġni tad-dannu misjub kif xieraq għal kull kumpanija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

F’każijiet fejn id-dazju kumpensatorju jkun tnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, it-talbiet għal rifużjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom iwasslu wkoll għall-valutazzjoni tal-marġini ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur prevalenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni. L-ammont li għandu jiġi rimborżat lill-applikant għal rifużjoni ma jistax jaqbeż id-differenza bejn id-dazju miġbur u d-dazju kumpensatorju u anti-dumping ikkombinat stabbilit fl-investigazzjoni tar-rifużjoni.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/649, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(4)  ĠU C 277, 12.7.2021, p. 3.

(5)  ĠU C 150, 5.4.2022., p. 3.

(6)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2594

(7)  https://www.gtis.com/gta

(8)  It-terminu “GTĊ” jintuża f’dan ir-Regolament f’sens wiesa’, inkluż il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.

(9)  Il-Premessa 76, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 33).

(10)  Ara n-nota preċedenti f’qiegħ il-paġna.

(11)  https://www.gtis.com/gta/

(12)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, din id-data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).

(14)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (80); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150.

(15)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (64); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118.

(16)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (66); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-4, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif huwa previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif huwa speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(17)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129.

(18)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (74); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133.

(19)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (75); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 54, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135.

(20)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (76); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145.

(21)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD (2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/688 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 39).

(23)  Il-Forum Globali dwar il-kapaċità żejda tal-azzar, Rapport Ministerjali, l-20 ta’ Settembru 2018.

(24)  Kungress Nazzjonali tal-Poplu, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin, it-traduzzjoni għall-Ingliż miċ-Ċentru għas-Sigurtà u t-Teknoloġija emerġenti, it-12 ta’ Marzu 2021,

https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0284_14th_Five_Year_Plan_EN.pdf

(25)  L-introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar.

(26)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) (l-Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.

(27)  L-OECD, “Latest developments in steelmaking capacity”, Frar 2021, il-paġna 11.

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1).

(29)  Marketplace, ‘Industrial Policy: If China does it, why can’t we?’, l-1 ta’ Marzu 2021.

https://www.marketplace.org/2021/03/01/industrial-policy-if-china-does-it-why-cant-we/

(30)  Ara:https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(31)  Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(32)  Ara t-Taqsima II, is-Sottotaqsima 1 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall.

(33)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(34)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, it-Taqsima II, il-Kapitolu 4, il-Para. 12; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml

(35)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023)

(36)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml

(37)  Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim għall-2019-2025; disponibbli fuq: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(38)  L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli fuq: http://gxt.shandong.gov.cn/art/2021/11/18/art_15681_10296246.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(39)  Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli fuq: http://gxt.shanxi.gov.cn/zfxxgk/zfxxgkml/cl/202110/t20211018_2708031.shtml (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(40)  Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Trawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “Trawwem fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, taċċellera l-proċess ta’ konċentrazzjoni, tnaqqas l-għadd ta’ intrapriżi tat-tidwib tal-azzar għal madwar 10 intrapriżi”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(41)  L-14-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Liaoning Dalian dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Manifattura: “Sal-2025, il-valur tal-output industrijali ta’ materjali ġodda se jilħaq 15-il miljun yuan, u l-livell ta’ tagħmir u ta’ kapaċità ta’ garanzija tal-materjali ewlenin huwa ovvjament imtejjeb.”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(42)  Ara s-sit web tal-grupp, disponibbli fuq: http://www.ansteel.cn/about/jituangaoguan/ (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(43)  Ara s-sit web tal-kumpanija, disponibbli fuq: https://www.baosteel.com/about/manager (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(44)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(45)  Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fis-6 ta’ Frar 2023).

(46)  Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(47)  Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.

(48)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar 1 + 3 tal-Muniċipalità Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli fuq: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessata fis-6 ta’ Frar 2023)

(49)  Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ Ansteel: 鞍钢集团网站 (ansteel.cn) (Sors: Angang Daily 2021-11-24)

(50)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3), il-premessi 143-144.

(51)  “Kummenti fir-rieżami ta’ skadenza tal-UE tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, ippreżentati mis-CISA fid-19 ta’ Mejju 2022.

(52)  “Kummenti dwar in-nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali fir-rieżami ta’ skadenza tal-UE dwar il-miżuri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (HRF) li joriġinaw miċ-Ċina”, ippreżentati mis-CISA fis-16 ta’ Settembru 2022.

(53)  ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17.

(54)  Pereżempju, referenza għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 214/2013 (il-paragrafu 80 tat-talba) (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1).

(55)  Ara l-Artikolu LXIV, it-Taqsima 2 tal-14-il FYP.

(56)  Ara t-Taqsima VIII tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(57)  World Bank Open Data — Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(58)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(59)  https://www.globalpetrolprices.com/Mexico/electricity_prices/

(60)  https://www.cre.gob.mx/IPGN/index.html

(61)  https://ilostat.ilo.org/data/country-profiles/

(62)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta’ pajjiżi fl-Anness I tagħha (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11).

(63)  https://www.cre.gob.mx/IPGN/index.html

(64)  https://s2.q4cdn.com/156255844/files/doc_financials/quarterly/2021/4Q2021/FS-Ternium-Dec31-2021.pdf

(65)  Worldsteel, 26.1.2021, f’ThinkDesk China Research & Consulting, “China’s State-Business Nexus Revisited — Government Interventions and Market Distortions in the Chinese Steel Industry”, is-17 ta’ Ottubru 2021, p. 92

(66)  L-OECD, “Latest developments in steelmaking capacity”, Frar 2021, paġna 11.

(67)  ThinkDesk China Research & Consulting, “China’s State-Business Nexus Revisited — Government Interventions and Market Distortions in the Chinese Steel Industry”, is-17 ta’ Ottubru 2021.

(68)  Bħalissa hemm miżuri anti-dumping fil-pajjiżi li ġejjin: il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Messiku u r-Renju Unit. Il-GCC (il-pajjiżi tal-Golf) għandu miżuri ta’ salvagwardja u l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom ukoll miżuri tat-Taqsima 232.

(69)  ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24.

(70)  ĠU L 238, 6.7.2021, p. 32.

(71)  Il-Premessa 139, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/9 tas-6 ta’ Jannar 2021 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 3, 7.1.2021, p. 4).

(72)  Il-Premessa 210, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 238, 6.7.2021, p. 32).

(73)  Ibid.

(74)  Il-Premessa 98, ĠU L 3, 7.1.2021, p. 4.

(75)  Sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2008 f’T-462/04, HEG u Graphite India vs Il-Kunsill, ECLI:EU:T:2008:586, para 67.

(76)  Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159, il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029, il-miżura ta’ salvagwardja ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2024.

(77)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1788 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li tissospendi d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (UE) 2021/1784 dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 359, 11.10.2021, p. 105).

(78)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(79)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(80)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch”.

(81)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch”.