|
8.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/17 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1118
tat-12 ta’ Jannar 2023
li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/2034 tas-27 ta’ Novembru 2019 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(8) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu stabbiliti l-kulleġġi tas-superviżuri u biex jiġu identifikati l-membri tal-kulleġġ u l-osservaturi potenzjali, huwa meħtieġ li jiġu mmappjati gruppi ta’ ditti tal-investiment. L-għan ta’ dan l-immappjar huwa li jiġu identifikati l-entitajiet jew il-fergħat tal-grupp fl-Unjoni jew f’pajjiż terz u li jiġu deskritti, għal kull entità tal-grupp, in-natura, il-post, l-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni tagħha, l-eżenzjonijiet prudenzjali applikabbli, l-importanza tagħha għall-grupp u l-importanza tagħha għall-pajjiż li fih hija awtorizzata jew stabbilita. |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 madwar l-Unjoni u b’hekk kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni, huwa importanti li tiġi promossa l-konverġenza fil-prattiki tas-superviżuri tal-grupp fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kulleġġi ta’ superviżuri għal gruppi ta’ ditti tal-investiment. B’mod partikolari, peress li l-istabbiliment tal-kulleġġi ta’ superviżuri jitħalla għad-diskrezzjoni tas-superviżur tal-grupp determinat f’konformità mal-Artikolu 46 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti kriterji komuni li s-superviżuri tal-grupp jenħtieġ li jqisu meta jiġi ddeterminat jekk jenħtieġx li jiġi stabbilit kulleġġ tas-superviżuri. Dawk il-kriterji komuni jenħtieġ li jinkludu kriterji ta’ proporzjonalità, jirriflettu l-ħtieġa li jiġu ffaċilitati l-kompiti superviżorji, u jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni magħhom, b’mod partikolari fejn din il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tkun meħtieġa għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti dwar il-mudell tal-marġni mal-awtoritajiet superviżorji tal-membri tal-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti (QCCPs) jew mal-awtoritajiet superviżorji tal-QCCPs, u għall-aġġornament ta’ din l-informazzjoni. |
|
(3) |
Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività tal-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri, l-arranġamenti bil-miktub imsemmijin fl-Artikolu 48(6), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jenħtieġ li jkopru l-oqsma kollha tal-ħidma tal-kulleġġ. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-arranġamenti bil-miktub ikopru wkoll arranġamenti fost il-membri tal-kulleġġ involuti f’attivitajiet speċifiċi tal-kulleġġ, inklużi attivitajiet imwettqin permezz ta’ substrutturi speċifiċi tal-kulleġġ fejn dawn is-substrutturi jiġu stabbiliti għal finijiet ta’ effiċjenza. Għall-istess raġuni, l-arranġamenti bil-miktub jenħtieġ li jinkludu wkoll aspetti operazzjonali tal-ħidma tal-kulleġġ, peress li dawn l-aspetti huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tal-kulleġġ tas-superviżuri kemm f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat kif ukoll waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Fl-aħħar nett, l-arranġamenti bil-miktub jenħtieġ li jkunu komprensivi, konsistenti u eżawrjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi adegwata u xierqa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti rilevanti tagħhom fil-kulleġġ tas-superviżuri, pjuttost milli barra minnu. |
|
(4) |
Il-kulleġġi tas-superviżuri huma għodda ewlenija għall-iskambju ta’ informazzjoni, għat-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u t-trattament tagħhom, u jippermettu lis-superviżur tal-grupp iwettaq superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u sabiex l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-EBA jenħtieġ li tipparteċipa fil-kulleġġi kollha tas-superviżuri. Barra minn hekk, minħabba r-rwol ta’ koordinazzjoni tal-kulleġġi tas-superviżuri għall-attivitajiet superviżorji kollha fir-rigward tal-gruppi ta’ ditti tal-investiment li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jenħtieġ li dejjem tiġi mistiedna biex tipparteċipa fil-laqgħat u fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, f’konformità mal-arranġamenti bil-miktub. |
|
(5) |
Sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ, is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jkollhom ħarsa ġenerali tal-attivitajiet imwettqin mill-entitajiet kollha tal-grupp ta’ ditti tal-investiment ikkonċernat, inklużi l-attivitajiet ta’ dawk l-entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji mingħajr ma jkunu kkwalifikati bħala ditti tal-investiment, u l-attivitajiet ta’ dawk l-entitajiet li joperaw f’pajjiżi terzi. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li tiġi promossa interazzjoni bejn is-superviżur tal-grupp, il-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet pubbliċi jew il-korpi fi Stat Membru li huma responsabbli jew involuti fis-superviżjoni ta’ kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat ivvalutati bħala importanti, l-awtoritajiet jew il-korpi li huma responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji u għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-awtoritajiet jew il-korpi li huma responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur, u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk huwa importanti li dawk l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri bħala osservaturi, fejn xieraq. |
|
(6) |
Fl-interess tat-trasparenza u biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-kulleġġ tas-superviżuri, il-membri tal-kulleġġ jenħtieġ li jiddiskutu u jaqblu dwar l-ambitu u l-livell ta’ involviment ta’ awtoritajiet oħrajn, jekk ikun hemm, li jenħtieġ li jipparteċipaw fil-kulleġġ tas-superviżuri bħala osservaturi. Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet bħala osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod ċar fl-arranġamenti bil-miktub u jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kollha li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri. |
|
(7) |
Sabiex iwettqu aħjar id-dmirijiet tagħhom u jevitaw id-duplikazzjoni tal-kompiti, inkluża d-duplikazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni indirizzati lill-entitajiet taħt superviżjoni tal-grupp, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jaħdmu mill-qrib flimkien u jikkoordinaw l-azzjonijiet superviżorji tagħhom sal-massimu possibbli. Għall-istess raġuni, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jirrieżaminaw regolarment kwalunkwe ftehim dwar id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet, u b’mod partikolari meta l-membri tal-kulleġġ jiddeterminaw l-allokazzjoni tar-riżorsi u jiżviluppaw il-pjan għal kompiti superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post fil-livell tal-kulleġġ tas-superviżuri. |
|
(8) |
Is-superviżur tal-grupp jenħtieġ li jkun jista’ jkollu ħarsa ġenerali globali tas-sitwazzjoni tal-grupp u jaġixxi bħala faċilitatur, filwaqt li jiżgura fluss ta’ informazzjoni bla xkiel fost il-membri tal-kulleġġ. Għalhekk, is-superviżur tal-grupp jenħtieġ li jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu, u jenħtieġ li jaġixxi bħala l-koordinatur għall-ġbir u għat-tixrid tal-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri, kwalunkwe osservatur ieħor jew kwalunkwe entità tal-grupp, jew kwalunkwe input riċevut minn kwalunkwe korp jew awtorità superviżorja oħra stabbilita fir-rigward tal-grupp ta’ ditti tal-investiment. L-istess japplika għall-membri tal-kulleġġ peress li jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-entitajiet li huma responsabbli għalihom u l-ħtieġa li jikkondividu l-informazzjoni rilevanti mal-membri l-oħrajn tal-kulleġġ tas-superviżuri. B’mod partikolari, meta s-superviżur tal-grupp jiddetermina li informazzjoni partikolari tkun rilevanti għal membru ieħor tal-kulleġġ tas-superviżuri, jenħtieġ li dan ma jeskludix b’mod mhux ġustifikat lill-membri tal-kulleġġ milli jirċievu dik l-informazzjoni. |
|
(9) |
Il-kulleġġi tas-superviżuri jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dan huwa partikolarment il-każ għal kwalunkwe deċiżjoni rigward l-użu ta’ mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirrikjedu permess minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk huwa importanti li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jiskambjaw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-mudelli interni, u jiddiskutu u jilħqu ftehim dwar miżuri biex jindirizzaw l-ineffiċjenzi identifikati. |
|
(10) |
Għall-allokazzjoni tar-riżorsi superviżorji u għall-iżvilupp jew il-koordinazzjoni ta’ kompiti superviżorji fuq il-post u mhux fuq il-post fil-livell tal-kulleġġ tas-superviżuri, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jqisu l-eżiti tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji msemmi fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 li jitwettaq għall-grupp ta’ ditti tal-investiment u għal kull waħda mill-entitajiet tiegħu. Sabiex jiġu identifikati aħjar il-prijoritajiet tal-ħidma superviżorja komuni u sabiex tiġi żgurata allokazzjoni adegwata tar-riżorsi, l-istabbiliment tal-programm ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ għalhekk jenħtieġ li jibda ladarba dawk il-proċessi ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji jkunu ġew iffinalizzati, u jenħtieġ li jiġu konklużi ladarba l-awtoritajiet kompetenti jkunu qiesu l-kompiti li jkunu impenjaw ruħhom li jwettqu fil-livell nazzjonali, ir-riżorsi allokati għal dawk il-kompiti u l-iskedi ta’ żmien rispettivi għat-twettiq ta’ dawk il-kompiti. |
|
(11) |
Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inklużi żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew ta’ parti minnha, jew sitwazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw b’mod espliċitu s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment jew xi waħda mill-entitajiet tiegħu. |
|
(12) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li sitwazzjoni ta’ emerġenza tiġi vvalutata u indirizzata kif xieraq. Għalhekk, meta jittrattaw sitwazzjoni ta’ emerġenza, jenħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, taħt il-koordinazzjoni tas-superviżur tal-grupp, ikollhom l-għan li jiżviluppaw valutazzjoni superviżorja koordinata tas-sitwazzjoni, jaqblu dwar rispons superviżorju koordinat u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-rispons tagħhom. Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li kwalunkwe komunikazzjoni esterna tkun ikkoordinata u li din il-komunikazzjoni tkopri elementi li jkun hemm qbil ex ante bejniethom fuqhom. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-EBA. |
|
(14) |
L-EBA kkonsultat mal-ESMA, wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TAQSIMA 1
STABBILIMENT TA’ KULLEĠĠI
Artikolu 1
Immappjar ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment
1. Is-superviżur tal-grupp għandu jimmappja grupp ta’ ditti tal-investiment biex jidentifika l-entitajiet tal-grupp li ġejjin:
|
(a) |
ditti tal-investiment awtorizzati fi Stat Membru u fergħat stabbiliti fi Stat Membru, għajr ditti tal-investiment li għalihom japplika l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
|
(b) |
istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari, aġenti marbutin u fergħat tagħhom awtorizzati jew stabbiliti fi Stat Membru; |
|
(c) |
ditti tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari, aġenti marbutin u fergħat tagħhom awtorizzati jew stabbiliti f’pajjiż terz. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar:
|
(a) |
l-Istat Membru fejn hija awtorizzata d-ditta tal-investiment jew fejn hija stabbilita l-fergħa; |
|
(b) |
l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta tal-investiment jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn hija stabbilita l-fergħa, kif ukoll awtoritajiet oħrajn fis-settur finanzjarju rilevanti ta’ dak l-Istat Membru, inklużi awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ swieq fl-istrumenti finanzjarji, għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, għall-protezzjoni tal-konsumatur u għar-riżoluzzjoni; |
|
(c) |
għal ditta tal-investiment, awtorizzata fi Stat Membru, jekk tissodisfax il-kriterji biex titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi riflessa fl-immappjar:
|
(a) |
l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn l-entità jew il-fergħa tal-grupp tkun ġiet awtorizzata jew stabbilita; |
|
(b) |
l-awtorità responsabbli jew involuta fis-superviżjoni ta’ dik l-entità jew il-fergħa tal-grupp; |
|
(c) |
informazzjoni dwar l-importanza tal-entità jew tal-fergħa tal-grupp għall-Istat Membru msemmi fil-punt (a) u għall-grupp ta’ ditti tal-investiment, u l-kriterji rilevanti użati mill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi ddeterminata dik l-importanza. |
Artikolu 2
Determinazzjoni ta’ jekk l-istabbiliment ta’ kulleġġ ta’ superviżuri huwiex xieraq
1. Meta jiddetermina jekk l-istabbiliment ta’ kulleġġ ta’ superviżuri huwiex xieraq, is-superviżur tal-grupp għandu jqis l-immappjar tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 1 u jivverifika jekk ġietx issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-grupp ta’ ditti tal-investiment jikkonsisti f’mill-anqas żewġ ditti tal-investiment awtorizzati u li joperaw f’żewġ Stati Membri differenti; |
|
(b) |
l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jiġi ffaċilitat bl-istabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri; |
|
(c) |
il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi jitwettqu b’mod aktar effettiv taħt kulleġġ tas-superviżuri, |
|
(d) |
il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni huma meħtieġa għall-iskambju mal-awtoritajiet superviżorji tal-membri tal-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti (“QCCPs”) jew mal-awtoritajiet superviżorji tal-QCCPs għall-finijiet tal-Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033, u għall-aġġornament ta’ dik l-informazzjoni. |
2. Fejn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c) jew (d) tkun ġiet issodisfata, l-istabbiliment ta’ kulleġġ għandu jitqies xieraq, ħlief meta s-superviżur tal-grupp iqis li dan l-istabbiliment ma jkunx xieraq wara li jitqies, b’mod partikolari, l-immappjar tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 1 u b’mod partikolari meta d-ditti tal-investiment jitqiesu bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi, kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) Ir-Regolament (UE) 2019/2033.
Artikolu 3
Komunikazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri
1. Meta jkun ġie stabbilit kulleġġ tas-superviżuri, is-superviżur tal-grupp għandu, mingħajr dewmien żejjed:
|
(a) |
jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti u superviżorji msemmija fl-Artikolu 48(5) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 bis-sħubija tagħhom fil-kulleġġ tas-superviżuri; |
|
(b) |
jinforma lill-EBA u lid-ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, lill-kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni (kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet tkun maħtura wkoll bħala “impriża prinċipali tal-Unjoni”) ikkonċernata dwar l-istabbiliment tal-kulleġġ tas-superviżuri, dwar l-identità tal-membri u l-osservaturi tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni ta’ dak il-kulleġġ. |
2. Meta kulleġġ ta’ superviżuri ma jkunx ġie stabbilit għalkemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), il-punt (a), ikunu ġew issodisfati, is-superviżur tal-grupp għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-EBA bid-deċiżjoni tiegħu li ma jistabbilixxix kulleġġ ta’ superviżuri u jissostanzja d-deċiżjoni tiegħu.
TAQSIMA 2
IL-FUNZJONAMENT TAL-KULLEĠĠI
Artikolu 4
Stabbiliment tal-arranġamenti bil-miktub
1. L-arranġamenti bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 48(6), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għandu jkun fihom dan kollu li ġej:
|
(a) |
informazzjoni dwar l-istruttura ġenerali tal-grupp ikkonċernat, li tkopri l-entitajiet kollha tal-grupp, inkluża l-impriża prinċipali tal-Unjoni; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi dawk il-membri li huma awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, u tal-osservaturi msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
deskrizzjoni tat-termini li jkopru l-parteċipazzjoni għall-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 48(5), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 fil-kulleġġ tas-superviżuri, b’mod partikolari fir-rigward tal-involviment tagħhom fid-diversi djalogi u proċessi tal-kulleġġ tas-superviżuri u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri; |
|
(d) |
jekk is-superviżur tal-grupp jistax jistieden osservaturi kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament u t-termini tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri; |
|
(e) |
l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż l-ambitu tal-informazzjoni, il-frekwenza u l-kanali ta’ komunikazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi u mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (v), tar-Regolament (UE) 1093/2010 li ġew mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ bħala osservaturi; |
|
(f) |
l-arranġamenti għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali; |
|
(g) |
il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mingħand l-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, u l-proċeduri għall-verifika ta’ dik l-informazzjoni; |
|
(h) |
il-proċess għall-koordinazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji tal-membri tal-ikklerjar tal-QCCPs jew mill-awtoritajiet superviżorji tal-QCCPs; |
|
(i) |
l-arranġamenti għad-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet, fejn rilevanti; |
|
(j) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe substruttura tal-kulleġġ, fejn rilevanti; |
|
(k) |
l-arranġamenti għall-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat; |
|
(l) |
l-arranġamenti għall-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inkluż l-ippjanar ta’ kontinġenza, għodod ta’ komunikazzjoni u proċeduri; |
|
(m) |
il-proċeduri biex is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiġu informati qabel u wara li jiġu imposti sanzjonijiet sinifikanti fuq entitajiet tal-gruppi ta’ ditti tal-investiment; |
|
(n) |
il-politika ta’ komunikazzjoni tas-superviżur tal-grupp u tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri mal-kumpanija prinċipali tal-Unjoni u mal-entitajiet tal-grupp; |
|
(o) |
il-proċeduri miftiehma u l-perjodi ta’ żmien għaċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti għal-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri; |
|
(p) |
kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi indikaturi miftiehma biex jiġu identifikati sinjali ta’ twissija bikrin, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet; |
|
(q) |
arranġamenti għas-sitwazzjoni li fiha membru jew osservatur itemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kulleġġ, u, b’mod partikolari, dwar id-dmirijiet li tinħażen id-data, u jkun ipprovdut aċċess għaliha, li tkun ġiet skambjata qabel din it-terminazzjoni. |
2. L-arranġamenti bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 48(6), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jistgħu jipprevedu elementi oħrajn miftiehmin bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ.
Artikolu 5
Identifikazzjoni tal-osservaturi
1. Is-superviżur tal-grupp għandu, fejn xieraq u flimkien mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u l-EBA, jistieden lill-awtoritajiet li ġejjin biex jipparteċipaw fil-laqgħat u fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri bħala osservaturi:
|
(a) |
l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat li jkunu ġew iddeterminati bħala importanti f’konformità mal-Artikolu 1(3), il-punt (c); |
|
(b) |
l-ESMA; |
|
(c) |
il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li fih entità fi grupp, inkluża l-impriża prinċipali tal-Unjoni, tkun awtorizzata jew stabbilita, jew il-Bank Ċentrali Ewropew; |
|
(d) |
l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi fi Stat Membru li huma responsabbli jew involuti fis-superviżjoni ta’ kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, inklużi l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji, il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u l-protezzjoni tal-konsumatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew l-awtoritajiet kompetenti tal-QCCP ta’ membru tal-ikklerjar imsemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2019/2034; |
|
(e) |
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (v), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
2. Is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, fl-arranġamenti bil-miktub ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, għandu jispeċifika l-arranġamenti li jkopru l-parteċipazzjoni fil-kulleġġ tas-superviżuri tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (e), ta’ dan l-Artikolu. Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-membri u lill-osservaturi kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar dawk l-arranġamenti.
Artikolu 6
Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri
1. Meta jorganizza laqgħa tal-kulleġġ kif imsemmi fl-Artikolu 48(6) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, is-superviżur tal-grupp għandu jqis dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
is-suġġetti li għandhom jiġu diskussi, l-attivitajiet li għandhom jitqiesu u l-objettivi tal-laqgħa, b’mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għall-entitajiet kollha tal-grupp ta’ ditti tal-investiment skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
l-importanza ta’ kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, kemm għall-grupp ta’ ditti tal-investiment kif ukoll għall-Istat Membru fejn dik l-entità tkun ġiet awtorizzata jew stabbilita. |
2. Is-superviżur tal-grupp, il-membri u l-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom, abbażi tas-suġġetti diskussi u l-objettivi segwiti, jiżguraw li l-aktar rappreżentanti xierqa jipparteċipaw fil-laqgħat jew fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri. Dawk ir-rappreżentanti għandu jkollhom is-setgħa li jimpenjaw lill-awtoritajiet tagħhom bħala membri jew osservaturi fil-kulleġġ, sa fejn ikun possibbli, għad-diskussjonijiet u għad-deċiżjonijiet ippjanati matul dawk il-laqgħat.
3. Is-superviżur tal-grupp jista’, abbażi tas-suġġetti u l-objettivi tal-laqgħa tal-kulleġġ superviżorju, jistieden lil rappreżentanti ta’ entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment biex jipparteċipaw f’dawk il-laqgħat.
Artikolu 7
Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet
1. Meta jistabbilixxu u jaġġornaw il-programm ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 14, is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom iqisu l-possibbiltà ta’ ftehimiet dwar id-delega volontarja ta’ kompiti u responsabbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 48(2), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, b’mod partikolari fejn din id-delega hija mistennija li twassal għal superviżjoni aktar effiċjenti u effettiva, b’mod partikolari billi tneħħi d-duplikazzjonijiet mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż fir-rigward tat-talbiet għal informazzjoni.
2. Il-konklużjoni ta’ ftehim dwar delega ta’ kompiti jew ta’ responsabbiltajiet għandha tiġi nnotifikata mis-superviżur tal-grupp lill-kumpanija prinċipali tal-Unjoni, u mill-awtorità kompetenti, li tiddelega s-setgħat tagħha lid-ditta tal-investiment ikkonċernata.
Artikolu 8
Skambju ta’ informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u grupp ta’ ditti tal-investiment
1. Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkoordinaw il-komunikazzjoni tal-informazzjoni lil kwalunkwe entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment u t-talba għal informazzjoni minnhom, kif ġej:
|
(a) |
is-superviżur tal-grupp għandu jikkomunika informazzjoni lill-kumpanija prinċipali tal-Unjoni u jitlob informazzjoni minnha; |
|
(b) |
il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkomunikaw informazzjoni lill-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li huma taħt il-mandat superviżorju tagħhom skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1 u jitolbu informazzjoni mingħandhom. |
2. Membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li b’mod eċċezzjonali jkollu l-ħsieb li jikkomunika informazzjoni lill-kumpanija prinċipali tal-Unjoni, jew jitlob informazzjoni mingħandha, għandu jinforma lis-superviżur tal-grupp b’dan minn qabel.
3. Meta, b’mod eċċezzjonali, is-superviżur tal-grupp ikollu l-ħsieb li jikkomunika l-informazzjoni lil entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li tkun barra mill-mandat superviżorju dirett tiegħu skont l-immappjar imwettaq f’konformità mal-Artikolu 1, jew titlob informazzjoni mingħandha, dan għandu jinforma lill-membru kkonċernat bil-kulleġġ responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik l-entità b’dan minn qabel.
TAQSIMA 3
L-IPPJANAR U L-KOORDINAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET SUPERVIŻORJI F’SITWAZZJONIJIET TA’ NEGOZJU AVVJAT
Artikolu 9
Kundizzjonijiet ġenerali għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-kulleġġ tas-superviżuri
1. Is-superviżur tal-grupp, il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom, inklużi l-kompiti msemmija fl-Artikoli 48 u 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, kemm jekk riċevuta minn entità ta’ grupp jew minn fergħa, minn awtorità kompetenti jew superviżorja, jew minn kwalunkwe sors ieħor u għandha tiġi skambjata b’mod adegwat, akkurat u f’waqtu.
Artikolu 10
Skambju ta’ informazzjoni biex tiżdied l-effiċjenza tas-superviżjoni ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment
1. Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw regolarment l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1117 (4); |
|
(b) |
informazzjoni meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ kooperazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2019/2034; |
|
(c) |
fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-ambjent makroekonomiku li fih joperaw il-grupp ta’ ditti tal-investiment u l-entitajiet tiegħu. |
2. Abbażi tal-informazzjoni skambjata f’konformità mal-paragrafu 1, is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jidentifikaw u jiskambjaw informazzjoni kwantitattiva biex jidentifikaw sinjali ta’ twissija bikrin, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet u biex jinformaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji.
Artikolu 11
L-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji
1. Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-eżiti tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji mwettqin f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri tal-anqas dan li ġej:
|
(a) |
l-elementi msemmija fl-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), tad-Direttiva (UE) 2019/2034 li kienu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni superviżorji; |
|
(b) |
ir-riżultati tal-valutazzjoni li waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 ġiet identifikata, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali li jkun ġie impost f’konformità mal-Artikoli 39 u 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u kwalunkwe informazzjoni dwar il-konklużjonijiet tar-rieżami mwettaq f’konformità mal-Artikolu 41 ta’ dik id-Direttiva u, fejn applikabbli, kwalunkwe talba relatata għal fondi proprji addizzjonali; |
|
(c) |
ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità mwettqa f’konformità mal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit ta’ likwidità speċifiku impost f’konformità mal-Artikolu 39(2), il-punt (k), u l-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034; |
|
(d) |
informazzjoni dwar miżuri superviżorji oħrajn jew miżuri ta’ intervent bikri meħudin jew ippjanati li jittieħdu sabiex jiġu indirizzati l-ineffiċjenzi identifikati bħala riżultat tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji; |
|
(e) |
informazzjoni dwar sejbiet minn spezzjonijiet fil-post u monitoraġġ mhux fil-post li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-grupp ta’ ditti tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tiegħu. |
Artikolu 12
Skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tar-rieżami kontinwu tal-permess għall-użu ta’ mudelli interni
1. Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-eżitu tar-rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw il-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
2. Meta s-superviżur tal-grupp jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri jkun identifika li entità tal-grupp ta’ ditti tal-investiment, inkluża l-kumpanija prinċipali tal-Unjoni, ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ mudelli interni jew ikun identifika nuqqasijiet f’konformità mal-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, dak is-superviżur tal-grupp jew membru tal-kulleġġ tas-superviżuri għandu jiskambja minnufih l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli:
|
(a) |
valutazzjoni tal-effett tan-nuqqasijiet identifikati u kwalunkwe kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-użu ta’ mudelli interni u l-materjalità ta’ dawk in-nuqqasijiet u kwistjonijiet; |
|
(b) |
valutazzjoni tal-pjan ippreżentat mill-entità rilevanti tal-grupp ta’ ditti tal-investiment biex terġa’ tinkiseb il-konformità u biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, inkluża informazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan; |
|
(c) |
l-informazzjoni dwar l-intenzjoni tas-superviżur tal-grupp jew ta’ kwalunkwe membru rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri li jirrevoka l-permess li jintuża l-mudell intern jew jirrestrinġi l-użu ta’ dak il-mudell għal oqsma li jkunu konformi jew dawk fejn il-konformità tkun tista’ tinkiseb fi żmien xieraq, jew għal dawk l-oqsma li ma humiex milqutin min-nuqqasijiet identifikati; |
|
(d) |
informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali propost impost skont l-Artikolu 39(2), il-punt (a), flimkien mal-Artikolu 40(1), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, bħala miżura superviżorja biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew nuqqasijiet identifikati. |
3. Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar l-estensjonijiet tal-permess għall-użu tal-mudell intern jew informazzjoni dwar il-bidliet għal dawk il-mudelli interni.
Artikolu 13
Kooperazzjoni fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità u sanzjonijiet
1. Il-membri u l-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkomunikaw lis-superviżur tal-grupp informazzjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha jkunu ddeterminaw li entità ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment li tkun taħt il-mandat superviżorju tagħhom:
|
(a) |
ma tkunx ikkonformat mar-rekwiżiti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali jew tat-twettiq tas-superviżjoni tas-suq, stabbiliti:
|
|
(b) |
huwa soġġett għal kwalunkwe penali amministrattiva jew għal miżuri amministrattivi oħrajn li ġew imposti f’konformità mal-Artikolu 54 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. |
2. Abbażi tal-informazzjoni skambjata f’konformità mal-paragrafu 1, il-membri u l-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiddiskutu mas-superviżur tal-grupp l-impatt possibbli tal-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew sanzjonijiet għall-entitajiet tal-grupp ikkonċernati jew għall-grupp ta’ ditti tal-investiment kollu kemm hu.
Artikolu 14
L-implimentazzjoni tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji
1. Għall-fini tat-twettiq tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji mwettqin f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, għandu jistabbilixxi u jżomm programm aġġornat ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ.
2. Meta jiġi stabbilit il-programm ta’ eżami superviżorju, is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, għandu jidentifika l-attivitajiet superviżorji li għandhom jitwettqu fir-rigward tal-entitajiet tal-grupp jew tal-grupp ta’ ditti tal-investiment kollu kemm hu. Il-programm ta’ eżami superviżorju tal-kulleġġ għandu jinkludi mill-anqas dan li ġej:
|
(a) |
l-oqsma ta’ ħidma konġunta identifikati bħala riżultat tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji mwettqin f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jew bħala riżultat ta’ kwalunkwe attività oħra mwettqa mill-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi sforzi biex isir kontribut għal superviżjoni effiċjenti u biex titneħħa d-duplikazzjoni bla bżonn tar-rekwiżiti superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 48(2), il-punt (f) ta’ dik id-Direttiva; |
|
(b) |
il-programmi rispettivi ta’ eżami superviżorju tas-superviżur tal-grupp u tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għall-kumpanija prinċipali tal-Unjoni u l-entitajiet jew il-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment; |
|
(c) |
l-oqsma ta’ fokus tal-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri u l-attivitajiet superviżorji ppjanati tiegħu, inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet ippjanati fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2019/2034; |
|
(d) |
il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet superviżorji ppjanati; |
|
(e) |
l-iskedi ta’ żmien mistennija, kemm f’termini ta’ twaqqit kif ukoll ta’ durata, għal kull attività superviżorja ppjanata. |
TAQSIMA 4
IPPJANAR U L-KOORDINAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET SUPERVIŻORJI BI TĦEJJIJA GĦAL SITWAZZJONIJIET TA’ EMERĠENZA U MATULHOM
Artikolu 15
Qafas tal-kulleġġ b’antiċipazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza possibbli
1. Is-superviżur tal-grupp, f’konsultazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, għandu jistabbilixxi qafas tal-kulleġġ b’antiċipazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza possibbli, filwaqt li jqis il-karatteristiċi u l-istruttura speċifiċi tal-grupp ta’ ditti tal-investiment.
2. Il-qafas tal-kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi formalizzat fl-arranġamenti bil-miktub konklużi f’konformità mal-Artikolu 4 u għandu jkun fih dan kollu li ġej:
|
(a) |
il-proċeduri speċifiċi għall-kulleġġ li għandhom japplikaw meta tqum sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2034; |
|
(b) |
informazzjoni li għandha tiġi skambjata meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. |
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandha tinkludi dan kollu li ġej:
|
(a) |
deskrizzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun seħħet, inkluża l-kawża sottostanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, u l-impatt mistenni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq l-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment jew fuq il-grupp kollu kemm hu, il-klijenti tiegħu, is-swieq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea; |
|
(b) |
spjegazzjoni tal-miżuri u tal-azzjonijiet li ttieħdu jew li huma ppjanati li jittieħdu mis-superviżur tal-grupp jew minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew mill-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment b’reazzjoni għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza; |
|
(c) |
l-aktar informazzjoni kwantitattiva reċenti disponibbli dwar il-likwidità u l-pożizzjoni kapitali tad-ditti tal-investiment tal-grupp ta’ ditti tal-investiment. |
Artikolu 16
Skambju ta’ informazzjoni matul sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
1. Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
2. Meta jiġi informat b’sitwazzjoni ta’ emerġenza minn kwalunkwe membru jew osservatur fil-kulleġġ tas-superviżuri, jew wara li jkun identifika sitwazzjoni ta’ emerġenza, is-superviżur tal-grupp għandu jikkomunika lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw id-ditta tal-investiment jew il-fergħat tagħha li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza, lill-EBA u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2), il-punt (b), skont il-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt (a) ta’ dak il-paragrafu.
3. Skont in-natura, is-severità, l-impatt sistemiku potenzjali jew impatt ieħor, u l-probabbiltà ta’ kontaġju tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet jew fergħat tal-grupp li huma affettwati jew x’aktarx li jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza u s-superviżur tal-grupp jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu skambju ta’ informazzjoni addizzjonali.
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, fejn japplika, għandha tiġi aġġornata immedjatament meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida.
5. Meta l-komunikazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu ssir bil-fomm, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonfermaw il-kontenut ta’ dik il-komunikazzjoni bil-miktub u fil-ħin.
Artikolu 17
Koordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja u r-rispons għal sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. Meta sseħħ sitwazzjoni ta’ emerġenza, is-superviżur tal-grupp għandu jikkoordina l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u għandu jikkonsulta lill-osservaturi fil-kulleġġ kif xieraq. B’mod partikolari, dik il-valutazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
|
(a) |
in-natura u s-severità tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza; |
|
(b) |
l-impatt jew l-impatt potenzjali tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq l-entitajiet jew il-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment u fuq il-grupp kollu kemm hu, kif ukoll fuq il-klijenti tiegħu u fuq is-swieq; |
|
(c) |
ir-riskju ta’ kontaġju transfruntier, b’mod partikolari meta jitqiesu l-konsegwenzi sistemiċi potenzjali fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn l-entitajiet tal-grupp ta’ ditti tal-investiment ikunu awtorizzati jew stabbiliti. |
2. Is-superviżur tal-grupp għandu, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jikkoordina l-iżvilupp ta’ rispons superviżorju għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza f’kooperazzjoni mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u għandu jikkonsulta mal-osservaturi fil-kulleġġ tas-superviżuri kif xieraq.
3. Ir-rispons superviżorju koordinat għandu jispeċifika l-azzjonijiet superviżorji meħtieġa, l-ambitu tagħhom, u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.
4. Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet jew tal-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jimmonitorjaw u jiskambjaw informazzjoni dwar kif ir-rispons superviżorju koordinat għandu jiġi implimentat.
Artikolu 18
Koordinazzjoni ta’ komunikazzjoni esterna f’sitwazzjoni ta’ emerġenza
Is-superviżur tal-grupp u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet jew tal-fergħat tal-grupp ta’ ditti tal-investiment li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jikkoordinaw kemm jista’ jkun il-komunikazzjonijiet esterni tagħhom, filwaqt li jqisu l-obbligi u r-restrizzjonijiet legali skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1117 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għat-tipi u n-natura tal-informazzjoni li jridu jiġu skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju u ta’ dawk ospitanti. (ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(7) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(8) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).