2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/105


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1071

tal-1 ta’ Ġunju 2023

li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew l-irtirar tiegħu, ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(3), 36(4) u 42(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu u jistabbilixxi kif iridu jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tiegħu, u għal programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tiegħu, u għall-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tapprova jew tirtira l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) u (c) tiegħu.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelisen mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard tal-annimali elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod partikolari, hu jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li għandhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard u jelenka wkoll il-programmi ta’ eradikazzjoni eżistenti obbligatorji jew fakultattivi approvati. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard wasslet għall-ħtieġa li jiġu emendati ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, sabiex jiġu elenkati Stati Membri ġodda jew żoni tagħhom ħielsa mill-mard u biex jitneħħew mil-listi ż-żoni fejn ġew ikkonfermati tifqigħat ta’ mard jew fejn il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ma għadhomx jiġu ssodisfati u li jiġu approvati ċerti programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi ppreżentati lill-Kummissjoni.

(4)

Għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, M. caprae u M. tuberculosis) (MTBC), infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV), il-lewkożi enzootika bovina (EBL), ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV), infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV), id-dijarea virali bovina (BVD) u infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (BTV), diversi Stati Membri reċentement applikaw mal-Kummissjoni biex jingħataw status ta’ ħelsien mill-mard jew biex ikollhom programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi approvati għal ċerti żoni tat-territorju tagħhom. Diversi Stati Membri nnotifikaw ukoll tifqigħat ta’ infezzjoni bil-virus RABV, u ta’ infezzjoni bil-BTV li jeħtieġ li jiġu riflessi wkoll f’ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

(5)

Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini, l-Italja u l-Portugall ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċja ta’ Matera fir-reġjun ta’ Basilicata u fid-distretti ta’ Santarem u ta’ Setubal rispettivament. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala żoni ħielsa mill-Brucella abortus, mill-B. melitensis u mill-B. suis fl-annimali bovini fil-Parti I, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

(6)

Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini, Franza u l-Italja ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fir-reġjuni ekstra-Ewropej ta’ Guyane Guadeloupe, Martinique, Mayotte, u Réunion u fil-provinċji ta’ Napoli u Salerno fir-reġjun tal-Campania rispettivament. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala żoni ħielsa mill-Brucella abortus, mill-B. melitensis u mill-B. suis fl-annimali ovini u kaprini fil-Parti I, il-Kapitolu 2, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

(7)

Għall-infezzjoni bl-MTBC, l-Italja u Spanja ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bl-MTBC stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-provinċja ta’ Catanzaro fir-reġjun tal-Calabria, fil-provinċja ta’ Napoli fir-reġjun tal-Campania, fil-provinċji ta’ Barletta-Andria-Trani, Brindisi u Lecce fir-reġjun tal-Puglia, fil-provinċja ta’ Nord Est Sardegna fir-reġjun ta’ Sardenja, u fil-provinċji ta’ Burgos, León u Valladolid fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León, rispettivament. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bl-MTBC. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bl-MTBC.

(8)

Għall-EBL, il-Portugall ippreżenta informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-EBL stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati għad-distrett ta’ Porto. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-EBL. Għalhekk, jenħtieġ li dik iż-żona tiġi elenkata fil-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandha status ta’ ħelsien mill-mard għall-EBL.

(9)

Għall-IBR/IPV, is-Slovakkja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni approvat għal żona li tinkludi r-reġjuni ta’ Bratislava, Košice, Prešov, Trnava u Žilina. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-IBR/IPV. Għalhekk, jenħtieġ li dik iż-żona tiġi elenkata fil-Parti II tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala żona bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-IBR/IPV.

(10)

Għall-infezzjoni bil-ADV, il-Polonja ppreżentat informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-ADV stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati għar-reġjuni kollha li bħalissa huma elenkati fil-Parti II tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 bħala li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-ADV. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-ADV.

(11)

Għall-BVD, il-Ġermanja ppreżentat informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fir-reġjuni ta’ Augsburg u Ostallgäu fir-Regierungsbezirk Schwaben, fl-istat tal-Bavarja. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD.

(12)

Għall-BVD, il-Ġermanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li jenħtieġ li jiġu aġġornati ż-żoni tar-Regierungbezirk Oberfranken, ir-Regierungsbezirk Oberpfalz, ir-Regierungsbezirk Mittelfranken u r-Regierungsbezirk Unterfranken fl-istat tal-Bavarja kif elenkati fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. It-territorju kollu ta’ dawk iż-żoni huwa ħieles mill-BVD, għall-kuntrarju tar-Regierungsbezirk Niederbayern, fejn il-BVD għadha preżenti f’xi partijiet ta’ dawk it-territorji. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li jissemmew l-entitajiet iżgħar bħal bliet u Landkreis elenkati taħt ir-Regierungsbezirk Oberfranken, ir-Regierungsbezirk Oberpfalz, ir-Regierungsbezirk Mittelfranken u r-Regierungsbezirk Unterfranken, li jenħtieġ li jitħassru. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 tiġi emendata skont dan.

(13)

Is-Slovakkja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar diversi tifqigħat ta’ infezzjoni bir-RABV li jaffettwaw ir-reġjuni ta’ Humenné, Medzilaborce, Snina, Stropkov, Svidnik u Vranov nad Topl’ou fi kraj Prešovský u r-reġjuni ta’ Michalovce, Sobrance u Trebišov fi kraj Košický. Peress li t-territorju kollu tas-Slovakkja għandu status ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bir-RABV u huwa elenkat fil-Parti I tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal dawk ir-reġjuni jenħtieġ li jiġi rtirat, u l-entrata għas-Slovakkja f’dik il-lista jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(14)

Għall-infezzjoni bir-RABV, is-Slovakkja ppreżentat ukoll applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm ta’ eradikazzjoni obbligatorju approvat għal żona li tinkludi r-reġjuni ta’ Humenné, Medzilaborce, Snina, Stropkov, Svidnik u Vranov nad Topl’ou fi kraj Prešovský u r-reġjuni ta’ Michalovce, Sobrance u Trebišov fi kraj Košický. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV. Għalhekk, jenħtieġ li ż-żona tiġi elenkata fil-Parti II tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala żona li għandha programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bir-RABV.

(15)

Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, il-Belġju u l-Ġermanja ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BTV huma ssodisfati għat-territorju kollu tal-Belġju u għad-distretti ta’ Bernkastel-Wittlich, Eifelkreis Bitburg-Prüm, Trier, Trier-Saarburg u Vulkaneifel fl-istat ta’ Rhineland-Palatinate f’dak l-istat federali, rispettivament. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. Għalhekk, jenħtieġ li l-Belġju jiġi elenkat, u dik iż-żona fl-istat tar-Rhineland-Palatinate jenħtieġ li tiżdied mat-territorju tal-Ġermanja li diġà huwa elenkat bħala ħieles mill-infezzjoni bil-BTV, fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BTV.

(16)

Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ infezzjoni bis-serotip 4 tal-BTV fil-provinċji ta’ Ourense u Pontevedra fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, li jaffettwaw ukoll id-distretti tal-madwar ta’ Sarria, Chantada u Terra de Lemos-Quiroga fil-provinċja ta’ Lugo, kif ukoll id-distretti ta’ Alcañices u Puebla de Sanabria fil-provinċja ta’ Zamora fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León. Peress li dawk iż-żoni għandhom status ta’ ħelsien mill-mard u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tagħhom għall-infezzjoni bil-BTV jiġi rtirat, u jenħtieġ li l-entrata għal Spanja f’dik il-lista tiġi emendata skont dan.

(17)

Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, Spanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm ta’ eradikazzjoni fakultattiv diġà approvat għaż-żona elenkata fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 biż-żieda ta’ żona li tinkludi l-provinċji ta’ Ourense u Pontevedra, diversi distretti fil-provinċja ta’ Lugo fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, diversi distretti fil-provinċja ta’ Toledo fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, il-provinċja ta’ Salamanca, diversi distretti fil-provinċji ta’ Avila u Zamora fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y Leon u diversi distretti fil-Komunità Awtonoma ta’ Madrid. Għalhekk, jenħtieġ li dik iż-żona tiġi elenkata fl-entrata ta’ Spanja fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bħala żona li għandha programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-BTV.

(18)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I sa VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan.

(19)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).


ANNESS

L-Annessi I sa VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti I, il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“L-Italja

Regione Abruzzo: Provincia di Pescara, Teramo

Regione Basilicata: Provincia di Matera

Regione Calabria: Provincia di Vibo Valentia

Regione Campania: Provincia di Avellino, Benevento, Napoli

Regione Emilia-Romagna

Regione Friuli Venezia Giulia

Regione Lazio

Regione Liguria

Regione Lombardia

Regione Marche

Regione Molise: Provincia di Campobasso

Regione Piemonte

Regione Puglia: Province di Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi, Lecce

Regione Sardegna

Regione Toscana

Regione Trentino – Alto Adige

Regione Umbria

Regione Valle d’Aosta

Regione Veneto”

(ii)

l-entrata għall-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Portugall

Distritos Aveiro, Castelo Branco, Coimbra, Faro, Guarda, Leiria, Santarem, Setubal, Viseu

Região Autónoma dos Açores: Ilhas de Corvo, Faial, Flores, Graciosa, Pico, São Jorge, Santa Maria, Terceira”

(b)

fil-Parti I, il-Kapitolu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-entrata għal Franza hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Franza

It-territorju kollu”

(ii)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“L-Italja

Regione Abruzzo

Regione Calabria: Province di Catanzaro, Cosenza

Regione Campania: Provincia di Benevento, Napoli, Salerno

Regione Emilia-Romagna

Regione Friuli Venezia Giulia

Regione Lazio

Regione Liguria

Regione Lombardia

Regione Marche

Regione Molise

Regione Piemonte

Regione Puglia: Province di Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi, Lecce, Taranto

Regione Sardegna

Regione Toscana

Regione Trentino – Alto Adige

Regione Umbria

Regione Valle d’Aosta

Regione Veneto”

(c)

fil-Parti II, il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“L-Italja

Regione Abruzzo: Provincia dell’Aquila, di Chieti

Regione Basilicata: Provincia di Potenza

Regione Calabria: Provincia di Catanzaro, Cosenza, Crotone, Reggio Calabria

Regione Campania: Provincia di Caserta, Salerno

Regione Molise: Provincia di Isernia

Regione Puglia: Provincia di Foggia, Taranto

Regione Sicilia”

(ii)

l-entrata għall-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Portugall

Distritos Beja, Braga, Braganca, Evora, Lisboa, Portalegre, Porto, Viana do Castelo, Vila Real

Região Autónoma da Madeira

Região Autónoma dos Açores: Ilha de São Miguel”

(d)

fil-Parti II, il-Kapitolu 2, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“L-Italja

Regione Basilicata

Regione Calabria: Provincia di Crotone, Reggio Calabria, Vibo Valentia

Regione Campania: Provincia di Caserta, Avellino

Regione Puglia: Provincia di Foggia

Regione Sicilia”

(2)

l-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti I hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“L-Italja

Regione Abruzzo

Regione Basilicata: Provincia di Matera

Regione Calabria: Provincia di Catanzaro

Regione Campania: Provincia di Napoli

Regione Emilia-Romagna

Regione Friuli Venezia Giulia

Regione Lazio: Provincia di Frosinone, Latina, Rieti, Viterbo

Regione Liguria

Regione Lombardia

Regione Marche: Provincia di Ancona, Ascoli Piceno, Fermo, Pesaro-Urbino

Regione Molise

Regione Piemonte

Regione Puglia: Provincia di Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi, Lecce, Taranto

Regione Sardegna: Città metropolitana di Cagliari, Provincia di Medio Campidano, Nord Est Sardegna, Nuoro, Ogliastra, Oristano, Sulcis Iglesiente

Regione Toscana

Regione Trentino – Alto Adige

Regione Umbria

Regione Valle d’Aosta

Regione Veneto”

(ii)

l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Spanja

Comunidad Autónoma de Canarias

Comunidad Autónoma de Castilla y León: Il-Provinċja ta’ Burgos, León, Valladolid

Comunidad Autónoma de Cataluña

Comunidad Autónoma de Galicia

Comunidad Autónoma de Islas Baleares

Comunidad Autónoma de Murcia

Comunidad Autónoma del País Vasco

Comunidad Autónoma del Principado de Asturias”

(b)

il-Parti II hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“L-Italja

Regione Basilicata: Provincia di Potenza

Regione Calabria: Provincia di Cosenza, Crotone, Reggio Calabria, Vibo Valentia

Regione Campania: Provincia d’Avellino, Caserta, Benevento, Salerno

Regione Lazio: Provincia di Roma

Regione Marche: Provincia di Macerata

Regione Puglia: Provincia di Foggia

Regione Sardegna: Città metropolitana di Sassari

Regione Sicilia”

(ii)

l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Spanja

Comunidad Autónoma de Andalucía

Comunidad Autónoma de Aragón

Comunidad Autónoma de Cantabria

Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

Comunidad Autónoma de Castilla y León: Il-Provinċja ta’ Ávila, Palencia, Salamanca, Segovia, Soria, Zamora

Comunidad Autónoma de Extremadura

Comunidad Autónoma de La Rioja

Comunidad Autónoma de Madrid

Comunidad Autónoma de Navarra

Comunidad Autónoma de Valencia”

(3)

l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti I, l-entrata għas-Slovakkja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Is-Slovakkja

“It-territorju kollu, ħlief ir-reġjuni li ġejjin:

Humenné, Medzilaborce, Snina, Stropkov, Svidnik, Vranov nad Topl’ou fi kraj Prešovský

Michalovce, Sobrance, Trebišov fi kraj Košický”

(b)

fil-Parti II, l-entrata li ġejja għas-Slovakkja tiddaħħal qabel l-entrata għar-Rumanija:

Stat Membru

Territorju

“Is-Slovakkja

Ir-reġjun Humenné, Medzilaborce, Snina, Stropkov, Svidnik, Vranov nad Topl’ou fi kraj Prešovský

Ir-reġjun Michalovce, Sobrance, Trebišov fi kraj Košický”

(4)

fl-Anness IV, il-parti I, l-entrata għall-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Portugall

It-territorju kollu, ħlief Região Autónoma da Madeira”

(5)

fl-Anness V, il-Parti II, l-entrata li ġejja għas-Slovakkja tiddaħħal wara l-entrata għal Lussemburgu:

Stat Membru

Territorju

Id-data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15, il-punt 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

“Is-Slovakkja

Kraj Bratislava

Kraj Košice

Kraj Prešov

Kraj Trnava

Kraj Žilina

Il-5 ta’ Ġunju 2023”

(6)

l-Anness VI huwa emendat kif ġej

(a)

fil-Parti I, l-entrata għall-Polonja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Polonja

It-territorju kollu”

(b)

fil-Parti II, titħassar l-entrata għall-Polonja;

(7)

l-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti I, l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Ġermanja

Bundesland Baden-Württemberg

Bundesland Bayern:

Regierungsbezirk Oberbayern

Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Niederbayern: Stadt Landshut, Stadt Passau, Stadt Straubing, Freyung-Grafenau, Kelheim, Lkr. Landshut, Lkr. Passau, Regen, Rottal-Inn, Lkr. Straubing-Bogen,

Regierungsbezirk Mittelfranken

Regierungsbezirk Oberfranken

Regierungsbezirk Oberpfalz

Regierungsbezirk Unterfranken

Regierungsbezirk Schwaben

Bundesland Brandenburg

Bundesland Bremen

Bundesland Hamburg

Bundesland Hessen

Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

Bundesland Rheinland-Pfalz

Bundesland Saarland

Bundesland Sachsen

Bundesland Sachsen-Anhalt

Bundesland Thüringen”

(b)

fil-Parti II, l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

Id-data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

“Il-Ġermanja

Bundesland Bayern:

Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Niederbayern: Deggendorf, Dingolfing-Landau

Bundesland Berlin

Bundesland Niedersachsen

Bundesland Nordrhein-Westfalen

Bundesland Schleswig-Holstein

Il-21 ta’ Frar 2022”

(8)

l-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti I hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li ġejja għall-Belġju tiddaħħal qabel l-entrata għaċ-Ċekja:

Stat Membru

Territorju

“Il-Belġju

It-territorju kollu”

(ii)

l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Il-Ġermanja

It-territorju kollu”

(iii)

l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

Stat Membru

Territorju

“Spanja

Comunidad Autónoma de Andalucía: Il-Provinċja ta’ Almería

Id-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Granada: Alhama de Granada (Alhama/Temple), Baza (Altiplanicie Sur), Guadix (Hoya-Altiplanicie de Guadix), Huescar (Altiplanicie Norte), Iznalloz (Montes Orientales), Loja (Vega/Montes Occ.), Orgiva (Alpujarra/Valle de Lecrin), Santa Fe (Vega de Granada)

Comunidad Autónoma de Aragón

Comunidad Autónoma de Asturias

Comunidad Autónoma de Canarias Comunidad Autónoma de Cantabria

Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha, minbarra d-distretti li ġejjin:

Almadén, Almodóvar del Campo, Piedrabuena fil-Provinċja ta’ Ciudad Real

Belvis de la Jara, Gálvez, Los Navalmorales, Oropesa, Talavera de la Reina, Toledo, Torrijos fil-Provinċja ta’ Toledo

Comunidad Autónoma de Castilla y León„ minbarra ż-żoni li ġejjin:

Il-Provinċja ta’ Salamanca

Ávila, Arenas de San Pedro, Candeleda, Cebrero, El Barco de Ávila, El Barraco, Navaluenga, Navarredonda de Gredos, Piedrahíta, San Pedro del Arroyo, Sotillo de la Adrada fil-Provinċja ta’ Ávila

Alcañices, Bermillo de Sayago, Puebla de Sanabria fil-Provinċja ta’ Zamora

Comunidad Autónoma de Cataluña

Comunidad Autónoma de Galicia, minbarra ż-żoni li ġejjin:

Il-Provinċja ta’ Orense

Il-Provinċja ta’ Pontevedra

Sarria, Chantada u Terra de Lemos-Quiroga fil-Provinċja ta’ Lugo

Comunidad Autónoma de La Rioja

Comunidad Autónoma de Madrid, minbarra d-distretti li ġejjin:

Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias

Comunidad Autónoma de Murcia

Comunidad Autónoma de Navarra

Comunidad Autónoma de País Vasco

Comunidad Autónoma de Valencia”

(b)

il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI II

L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-BTV

Stat Membru

Territorju

Id-data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

Spanja

Communidad Autónoma de Andalucía:

Il-Provinċji ta’ Cádiz, Córdoba, Huelva, Jáén, Málaga, Sevilla

Il-Provinċja ta’ Granada: Motril (Costa de Granada)

Communidad Autónoma de Castilla-La Mancha:

Ir-reġjuni li ġejjin tal-Provinċja ta’ Ciudad Real: Almadén, Almodóvar del Campo u Piedrabuena

Id-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Toledo: Belvis de la Jara, Gálvez, Los Navalmorales, Oropesa, Talavera de la Reina, Toledo, Torrijos

Comunidad Autónoma de Castilla y León:

Il-Provinċja ta’ Salamanca

Id-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Ávila: Ávila, Arenas de San Pedro, Candeleda, Cebrero, El Barco de Ávila, El Barraco, Navaluenga, Navarredonda de Gredos, Piedrahíta, San Pedro del Arroyo, Sotillo de la Adrada

Id-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Zamora: Alcañices, Bermillo de Sayago Puebla de Sanabria

Communidad Autónoma de Extremadura

Communidad Autónoma de Galicia:

Il-Provinċja ta’ Orense

Il-Provinċja ta’ Pontevedra

Sarria, Chantada u Terra de Lemos-Quiroga fil-Provinċja ta’ Lugo

Communidad Autónoma de Islas Baleares

Id-distretti li ġejjin tal-Comunidad Autónoma de Madrid:

Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias

Il-21 ta’ Frar 2022”.