15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/81


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/953

tat-12 ta’ Mejju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tar-regoli li jirregolaw il-kwota tariffarja għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib lejn ir-Repubblika Dominicana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti.

(2)

Mill-1 ta’ Lulju 2023, skont il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (3), ir-Repubblika Dominicana tista’ timporta t-trab tal-ħalib mill-Unjoni b’dazju żero għal kwantità illimitata. B’konsegwenza ta’ dan u għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-dispożizzjonijiet dwar il-kwota tariffarja għall-esportazzjonijiet tat-trab tal-ħalib mill-Unjoni lejn ir-Repubblika Dominicana jenħtieġ li jitneħħew mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, bl-applikazzjoni tibda mill-perjodu ta’ applikazzjoni għal-liċenzji li jmiss.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikoli 55, 56 u 57 jitħassru;

(2)

l-Anness I u l-Anness XIII, Parti B – Settur: Ħalib huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal-liċenzji għall-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda fl-1 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/805/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 289, 30.10.2008, p. 1).


ANNESS

L-Anness I u l-Anness XIII, Parti B — Settur: Ħalib tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, titħassar ir-ringiela li ġejja:

“Kwota tat-trab tal-ħalib miftuħa mir-Repubblika Dominicana

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Esportazzjoni

UE: eżami simultanju

Le

Iva

 

Le”

(2)

fl-Anness XIII il-Parti B — Settur: Ħalib, titħassar it-tabella li ġejja:

Numru tal-ordni

Mhux applikabbli

“Ftehim internazzjonali jew att ieħor

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

Perjodu tal-kwoti tariffarji

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju

Subperjodi tal-kwoti tariffarji

Le

Applikazzjoni għal liċenzja

Skont l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament

Deskrizzjoni tal-prodott

Trabijiet tal-ħalib, kemm jekk magħmulin ħelwin u kemm jekk le

Destinazzjoni

Ir-Repubblika Dominicana

Prova tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-liċenzja. Jekk iva, il-korp awtorizzat biex joħroġha

Le

Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera

Iva, skont l-Artikolu 55(4) ta’ dan ir-Regolament

Kwantità f’kilogrammi

22 400 000  kg

Kodiċijiet NM

0402 10 , 0402 21 u 0402 29

 

 

Prova tal-kummerċ

Skont l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760. 25 tunnellata

Sigurtà għal-liċenzja tal-importazzjoni

EUR 3 għal kull 100 kg

Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja

Skont l-Artikolu 56(3) ta’ dan ir-Regolament

Perjodu ta’ validità ta’ liċenzja

Skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament

Trasferibbiltà tal-liċenzja

Le

Kwantità ta’ referenza

Le

Operatur irreġistrat fil-bażi ta’ data LORI

Le

Kundizzjonijiet speċifiċi

Skont l-Artikoli 55, 56 u 57 ta’ dan ir-Regolament”