10.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/931

tat-8 ta’ Mejju 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 rigward il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, infużjoni magħmula bil-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u mniżżel fil-lista tal-Unjoni tal-ikel il-ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(3)

Il-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi l-infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz awtorizzat.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/917 (3) awtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz biex jintużaw fl-infużjonijiet erbali.

(5)

Fl-4 ta’ Lulju 2022, il-kumpanija Luigi Lavazza Spa (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 bil-għan li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner. L-applikant talab li l-użu jiġi estiż għal xarbiet mhux alkoħoliċi lesti biex jinxtarbu, u għall-kafè, għal estratti ta’ kafè u ċikwejra, għall-kafè solubbli, għat-tè, għal infużjonijiet tal-ħxejjex aromatiċi u tal-frott, għal sostituti tal-kafè, għal taħlitiet ta’ kafè, u għal taħlitiet solubbli għax-xarbiet (u xarbiet bħalhom b’togħmiet miżjuda) maħsubin għall-popolazzjoni ġenerali.

(6)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhuwiex probabbli li l-aġġornament mitlub tal-lista tal-Unjoni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, u li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-użi proposti tal-infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner jirriżultaw f’konsum simili għal dak tal-użi attwalment awtorizzati, li kienu ġew ivvalutati mill-Awtorità u li hija kkunsidrathom sikuri, u li jsostnu l-awtorizzazzjoni tal-ikel tradizzjonali minn pajjiż terz. Għaldaqstant jixraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu tal-infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner biex jiġi estiż l-użu tagħha għal xarbiet mhux alkoħoliċi b’togħmiet miżjuda jew mingħajrhom, lesti biex jinxtarbu, u għall-kafè, għal estratti ta’ kafè u ċikwejra, għall-kafè solubbli, għat-tè, għal infużjonijiet tal-ħxejjex aromatiċi u tal-frott, għal sostituti tal-kafè, għal taħlitiet ta’ kafè, u għal taħlitiet solubbli għax-xarbiet (u xarbiet bħalhom b’togħmiet miżjuda).

(7)

L-informazzjoni li ngħatat fl-applikazzjoni tagħti biżżejjed raġuni biex jiġi stabbilit li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huma f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, u jenħtieġ li jiġu approvati.

(8)

Meta titqies din l-estenzjoni tal-użu tal-infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner għal kategoriji tal-ikel addizzjonali, u għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ fehim tal-kategoriji tal-ikel, il-kategorija tal-ikel awtorizzat oriġinali “Infużjonijiet tal-ħxejjex aromatiċi” tinbidel għal “Infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner għall-introduzzjoni fis-suq kif inhuma”, filwaqt li “l-infużjonijiet tal-ħxejjex aromatiċi” jiġu inklużi fil-kategorija tal-ikel “kafè, estratti ta’ kafè u ċikwejra, kafè solubbli, tè, infużjonijiet tal-ħxejjex aromatiċi u tal-frott, sostituti tal-kafè, taħlitiet ta’ kafè, u taħlitiet solubbli għax-xarbiet (u xarbiet bħalhom b’togħmiet miżjuda)”.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/917 tal-1 ta’ Lulju 2020 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora Pierre ex A. Froehner bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 209, 2.7.2020, p. 10).


ANNESS

Fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għal “Infużjoni mill-weraq tal-kafe ta’ Coffea arabica L. u/jew minn Coffea canephora Pierre ex A. Froehner (Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar speċifiku

Rekwiżiti oħrajn

Protezzjoni tad-data

Infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner

(Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel il-ġdid fuq it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Infużjoni mill-weraq tal-kafè’ jew ‘Infużjoni mnixxfa mill-weraq tal-kafè’, skont f’liema forma se tiġi introdotta fis-suq.

 

 

Infużjoni mill-weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica L. u/jew ta’ Coffea canephora Pierre ex A. Froehner introdotta fis-suq kif inhi

 

Xarbiet lesti biex jinxtarbu b’togħma miżjuda jew mingħajrha (*1)

 

Kafè, estratti tal-kafè u taċ-ċikwejra, kafè solubbli, tè, infużjonijiet tal-ħxejjex aromatiċi u tal-frott, sostituti tal-kafè, taħlitiet ta’ kafè u taħlitiet solubbli għax-xarbiet (u xarbiet bħalhom b’togħmiet miżjuda) (*1)

 


(*1)  mhuwiex użu tradizzjonali tal-ikel.”