26.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/859

tal-25 ta’ April 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid 2′-Fukosillattożju (sors mikrobjali) biex jawtorizza l-produzzjoni tiegħu permezz ta’ razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/376 (3) awtorizzat, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), it-tqegħid fis-suq tat-2′-Fukosillattożju sintetiku (“2′-FL”) bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2201 (5) awtorizzat, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq tat-2′-FL (sors mikrobjali) prodott bir-razza BL21 ta’ Escherichia coli bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(5)

Fit-23 ta’ Ġunju 2016, il-kumpanija Glycom A/S għarrfet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, bl-intenzjoni tagħha li tqiegħed fis-suq it-2′-FL (sors mikrobjali) prodott permezz tal-fermentazzjoni batterika tar-razza K-12 ta’ Escherichia coli. It-2′-Fukosillattożju ta’ oriġini mikrobjali prodott bir-razza K-12 tal-Escherichia coli ġie inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid abbażi ta’ dik in-notifika meta ġiet stabbilita l-lista tal-Unjoni.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/388 (6) awtorizza, f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2283, il-bidla tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid 2′-FL (sors mikrobjali) prodott bl-Escherichia coli K-12 biex jiġu mmodifikati l-livelli ta’ 2′-FL, D-Lattożju u Difukosil-D-lattożju.

(7)

Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-kumpanija Advanced Protein Technologies Corporation (“l-applikant”) issottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għal bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tat-2′-FL (sors mikrobjali) biex tawtorizza l-produzzjoni tiegħu permezz tal-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza derivattiva ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032.

(8)

Fis-7 ta’ Lulju 2020, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ studji xjentifiċi proprjetarji u data dwar testijiet ta’ reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) għad-determinazzjoni tal-identità tat-2′-FL (7); deskrizzjoni tal-analiżijiet tas-sekwenza ġenetika tar-razza ġenetikament modifikata tal-produzzjoni tat-2′-FL (8); ir-riżultati tal-analiżijiet li jikkonfermaw l-assenza ta’ ċelloli vijabbli tar-razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 (9); test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL (10); test in vitro tal-aberrazzjoni kromożomika bit-2′-FL (11); test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL (12); test in vitro tal-mikronukleu tal-limfoċiti umani bit-2′-FL (13); test tat-tossiċità orali akuta fil-firien (14); u, studju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bit-2′-FL (15), imressqa b’appoġġ tal-applikazzjoni.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tat-2′-FL prodott bil-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza derivattiva ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032.

(10)

Fis-26 ta’ Ottubru 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha dwar is-sikurezza tat-2′-fukosillattożju (2′-FL) prodott b’razza derivattiva (APC199) ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 (16)f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li t-2′-FL prodott permezz tal-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza derivattiva ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 huwa sikur meta jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati bħalissa. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li t-2′-FL prodott permezz tal-fermentazzjoni mikrobjali bl-użu ta’ razza derivattiva ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032, meta jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu attwalment awtorizzati, jissodisfa l-kundizzjonijiet għat-tqegħid tiegħu fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(12)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnotat li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq studji xjentifiċi u fuq data mit-testijiet tar-reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) għad-determinazzjoni tal-identità tat-2′-FL; mid-deskrizzjoni tal-analiżijiet tas-sekwenza ġenetika tar-razza ġenetikament modifikata tal-produzzjoni tat-2′-FL; ir-riżultati tal-analiżijiet li jikkonfermaw l-assenza ta’ ċelloli vijabbli tar-razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032; mit-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL; mit-test in vitro tal-aberrazzjoni kromożomika bit-2′-FL; mit-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL, it-test in vitro tal-mikronukleu tal-limfoċiti umani bit-2′-FL; u mill-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bit-2′-FL, li jinsabu fil-fajl tal-applikant, u li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha.

(13)

Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji u fuq dik id-data, u biex jiċċara l-pretensjoni tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(14)

L-applikant iddikjara li kellu drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għall-istudji xjentifiċi u d-data dwar it-testijiet tar-reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) għad-determinazzjoni tal-identità tat-2′-FL, id-deskrizzjoni tal-analiżijiet tas-sekwenza ġenetika tar-razza ġenetikament modifikata tal-produzzjoni tat-2′-FL; ir-riżultati tal-analiżijiet li jikkonfermaw l-assenza ta’ ċelloli vijabbli tar-razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032; mit-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL; it-test in vitro tal-aberrazzjoni kromożomika bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu tal-limfoċiti umani bit-2′-FL; u l-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bit-2′-FL, skont il-liġi nazzjonali fiż-żmien li ssottometta l-applikazzjoni u li l-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu b’mod legali għal dawk id-data u l-istudji.

(15)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha provduta mill-applikant u qieset li l-applikant wera b’mod sostanzjali t-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, l-istudji u d-data dwar it-testijiet tar-reżonanza manjetika nukleari (“NMR”) għad-determinazzjoni tal-identità tat-2′-FL; id-deskrizzjoni tal-analiżijiet tas-sekwenza ġenetika tar-razza ġenetikament modifikata tal-produzzjoni tat-2′-FL; ir-riżultati tal-analiżijiet li jikkonfermaw l-assenza ta’ ċelloli vijabbli tar-razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-2′-FL; it-test in vitro tal-aberrazzjoni kromożomika bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-2′-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu tal-limfoċiti umani bit-2′-FL; u l-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bit-2′-FL, jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed it-2′-FL prodott b’razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 fis-suq fl-Unjoni matul perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-2′-FL prodott b’razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 u tar-referenza għad-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku tiegħu, ma twaqqafx lil applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni biex iqiegħdu fis-suq l-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tkun abbażi ta’ informazzjoni li tkun inkisbet legalment biex tappoġġa tali awtorizzazzjoni.

(17)

L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u fl-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid 2′-Fukosillattożju (sors mikrobjali) biex it-2′-FL prodott b’razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 jiġi awtorizzat, huma f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati.

(18)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(19)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kumpanija “Advanced Protein Technologies Corporation” (17) biss hija awtorizzata li tqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid 2′-Fukosillattożju (sors mikrobjali) prodott b’razza derivattiva ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032, għal perjodu ta’ ħames snin mis-16 ta’ Mejju 2023, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi qbil ma’ “Advanced Protein Technologies Corporation”.

Artikolu 3

Id-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ “Advanced Protein Technologies Corporation”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/376 tal-11 ta’ Marzu 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tat-2′-O-fukosillattożju bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 27).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2201 tas-27 ta’ Novembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tat-2′-fukosillattożju prodott bil-varjant BL21 tal-Escherichia coli bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 313, 29.11.2017, p. 5).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/388 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid 2′-fukosillattożju prodott bl-Escherichia coli K-12 skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 70, 12.3.2019, p. 21).

(7)  Gyeonggi Busness & Science Accelerator (2021, mhux ippubblikat).

(8)  Advanced Protein Technologies Corporation (2021, mhux ippubblikat).

(9)  Advanced Protein Technologies Corporation (2021, mhux ippubblikat).

(10)  Biotoxtech Company, Ltd. (2019a, mhux ippubblikat).

(11)  Biotoxtech Company, Ltd. (2019b, mhux ippubblikat).

(12)  Biotoxtech Company, Ltd. (2019c, mhux ippubblikat).

(13)  GenEvolutioN (2021, mhux ippubblikat).

(14)  Biotoxtech Company, Ltd. (2019d, mhux ippubblikat)

(15)  Biotoxtech Company, Ltd. (2019e, mhux ippubblikat).

(16)  EFSA Journal 2022;20(12)7647.

(17)  Indirizz: 7th Floor GyeongGi-BioCenter, 147, Gwanggyo-ro, Yeongtong-gu, Suwon-si Gyeonggi-do, 16229 Il-Korea t’Isfel.


ANNESS

Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 l-entrata għal 2′-Fukosillattożju (sors mikrobjali) hija emendat kif ġej:

“Speċifikazzjonijiet

 

Protezzjoni tad-data

 

Definizzjoni:

 

Isem kimiku: α-L-Fukopiranosil-(1→2)-β-D-galattopiranosil-(1→4)-D-glukopiranożju

 

Formula kimika: C18H32O15

 

Nru CAS: 41263-94-9

 

Piż molekulari: 488,44 g/mol

It-2′-fukosillattożju prodott b’razza ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 awtorizzat fis-16 ta’ Mejju 2023. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza xjentifika proprjetarja u data xjentifika protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

Applikant: “Advanced Protein Technologies Corporation”, 7th Floor GyeongGi-BioCenter, 147, Gwanggyo-ro, Yeongtong-gu, Suwon-si Gyeonggi-do, 16229 il-Korea t’Isfel. Matul il-perjodu ta’ protezzjoni tad-data, it-2′-Fukosillattożju prodott b’razza ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032 hija awtorizzata għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni biss minn “Advanced Protein Technologies Corporation” sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għall-evidenza xjentifika proprjetarja jew għad-data xjentifika protetta f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bil-qbil ta’ “Advanced Protein Technologies Corporation”.

Id-data ta’ tmiem il-protezzjoni tad-data: is-16 ta’ Mejju 2028”.

2′-Fukosillattożju (sors mikrobjali)

Sors: Ir-razza ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli K-12

Sors: Ir-razza ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli BL-21

Sors: Ir-razza ġenetikament modifikata ta’ Corynebacterium glutamicum ATCC 13032

Deskrizzjoni:

It-2′-Fukosillattożju huwa trab b’kulur li jagħti minn abjad sa abjad miksur li jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobijoloġiku.

Purità:

 

2′-Fukosillattożju: ≥ 83 %

 

D-Lattożju: ≤ 10,0 %

 

L-Fukożju: ≤ 2,0 %

 

Difukosil-D-lattożju: ≤ 5,0 %

 

2′-Fukosil-D-lattulożju: ≤ 1,5 %

 

Is-somma tas-sakkaridi (2′-Fukosillattożju, D-Lattożju, L-Fukożju, Difukosil-D-lattożju, 2′-Fukosil-D-lattulożju): ≥ 90 %

 

pH (20 °C, soluzzjoni ta’ 5 %): 3,0 sa 7,5

 

Ilma: ≤ 9,0 %

 

Irmied sulfatat: ≤ 2,0 %

 

Aċidu aċetiku: ≤ 1,0 %

 

Proteini residwi: ≤ 0,01 %

Kriterji mikrobijoloġiċi:

 

L-għadd totali ta’ batterji meżofiliċi aerobiċi: ≤ 3 000 CFU/g

 

Ħmira: ≤ 100 UJK/g

 

Moffa: ≤ 100 UJK/g

 

Endotossini: ≤ 10 EU/mg

 

CFU/g Colony Forming Units (unitajiet li jiffurmaw il-kolonji); EU: Endotoxin Units (unitajiet ta’ endotossini)

Deskrizzjoni:

It-2′-fukosillattożju huwa trab b’kulur li jagħti minn abjad sa abjad miksur u s-soluzzjoni milwiema tal-konċentrat (45 % ± 5 % % w/v) likwidu hija soluzzjoni milwiema ċara bla kulur sa kulur kemxejn fl-isfar. It-2′-Fukosillattożju jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobijoloġiku.

Purità:

 

2′-Fukosillattożju: ≥ 90 %

 

Lattożju: ≤ 5,0 %

 

Fukożju: ≤ 3,0 %

 

3-Fukosillattożju: ≤ 5,0 %

 

Fukosilgalattożju: ≤ 3,0 %

 

Difukosillattożju: ≤ 5,0 %

 

Glukożju: ≤ 3,0 %

 

Galattożju: ≤ 3,0 %

 

Ilma: ≤ 9,0 % (trab)

 

Irmied, sulfatat: ≤ 0,5 % (trab u likwidu)

 

Proteini residwi: ≤ 0,01 % (trab u likwidu)

Metalli tqal:

 

Ċomb: ≤ 0,02 mg/kg (trab u likwidu)

 

Arseniku: ≤ 0,2 mg/kg (trab u likwidu)

 

Kadmju: ≤ 0,1 mg/kg (trab u likwidu)

 

Merkurju: ≤ 0,5 mg/kg (trab u likwidu)

Kriterji mikrobijoloġiċi:

 

Għadd tal-kolonji aerobiċi: ≤ 104 CFU/g (trab), ≤ 5 000 CFU/g (likwidu)

 

Ħmira u Moffa: ≤ 100 CFU/g (trab); ≤ 50 CFU/g (likwidu)

 

Enterobacteriaceae/Koliformi: assenti fi 11 g (trab u likwidu)

 

Salmonella: negattiv/100 g (trab), negattiv/200 ml (likwidu)

 

Cronobacter: negattiv/100 g (trab), negattiv/200 ml (likwidu)

 

Endotossini: ≤ 100 EU/g (trab), ≤ 100 EU/ml (likwidu)

 

Aflatossina M1: ≤ 0,025 μg/kg (trab u likwidu)

 

CFU/g Colony Forming Units (unitajiet li jiffurmaw il-kolonji); EU: Endotoxin Units (unitajiet ta’ endotossini)

Deskrizzjoni:

It-2′-fukosillattożju huwa trab b’kulur li jagħti minn abjad sa abjad miksur/avorju li jiġi prodott permezz ta’ proċess mikrobjali.

Purità:

 

2′-Fukosillattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≥ 94,0 %

 

D-Lattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

 

L-Fukożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

 

3-Fukosillattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

 

Difukosillattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 2,0 %

 

D-Glukożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

 

D-Galattożju (w/w ta’ materja niexfa): ≤ 3,0 %

 

Ilma: ≤ 9,0 %

 

Irmied: ≤ 0,5 %

 

Proteini residwi: ≤ 0,005 %

Kontaminanti:

 

Arseniku: ≤ 0,03 mg/kg

 

Aflatossina M1: ≤ 0,025 μg/kg

 

Etanol: ≤ 1 000  mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

 

Għadd tal-kolonji aerobiċi: ≤ 500 CFU/g

 

Ħmira u Moffa: ≤ 100 CFU/g

 

Enterobacteriaceae: assenti f’10 g

 

Salmonella: assenti f’25 g

 

Cronobacter spp.: Assenti f’10 g

 

Endotossini: ≤ 100 UE/g

 

CFU/g Colony Forming Units (unitajiet li jiffurmaw il-kolonji); EU: Endotoxin Units (unitajiet ta’ endotossini)