25.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/5


REGOLAMENT (UE) 2023/851 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ April 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi (4), adottat fit-12 ta' Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-"Ftehim ta' Pariġi"), daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1.5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Dak l-impenn issaħħaħ bl-adozzjoni skont il-UNFCCC tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow fit-13 ta' Novembru 2021, li fih il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, tirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima ser ikunu ħafna aktar baxxi b'żieda fit-temperatura ta' 1.5oC, meta mqabbla ma' 2oC, u ddeċidiet li tkompli bl-isforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1.5oC.

(2)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar “Il-‘Patt Ekoloġiku Ewropew’” (il-"Patt Ekoloġiku Ewropew"). Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (5), il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa għal soċjetà b'impatt newtrali fuq il-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali, iddikjara emerġenza klimatika u ambjentali (6). Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(3)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir iffokata fuq it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, b'industriji vibranti, li jibqgħu mexxejja dinjija fis-segmenti rispettivi tagħhom u muturi tal-innovazzjoni globali, filwaqt li jiżguraw impjiegi ta' kwalità b'remunerazzjoni għolja fl-Unjoni. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. F'dak il-kuntest, it-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali li ser jibqa' għaddej sal-2030 stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) isaħħaħ l-objettiv li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti u kompetittiva b'mod ġust, ekwu u inklużiv u li tipproteġi, tirrestawra u ttejjeb l-istat tal-ambjent, filwaqt li tappoġġa u tibni fuq is-sett ta' miżuri u inizjattivi mħabbra skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fl-istess ħin, it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni minn ambjent razzjali jew etniku ta' minoranza. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni ser taffettwa b'mod differenti r-reġjuni tal-Unjoni, speċjalment ir-reġjuni periferiċi u ultraperiferiċi li huma strutturalment żvantaġġati. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura.

(4)

L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b'mill-anqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030 fil-kontribut aġġornat determinat fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta' Diċembru 2020.

(5)

Permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Unjoni stabbiliet l-objettiv li l-emissjonijiet netti jitnaqqsu għal żero sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku għall-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030.

(6)

Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. Is-settur tat-trasport huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet ilhom jiżdiedu mill-1990. Dan jinkludi t-trasport bit-triq b'vetturi ħfief u tqal, li flimkien jammontaw għal aktar minn 70 % tal-emissjonijiet totali tat-trasport. Biex tinkiseb in-newtralità klimatika, jeħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta' 90 % fl-emissjonijiet mit-trasport sal-2050.

(7)

It-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi jenħtieġ li jindirizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni soċjali biex jiġi żgurat li l-mobbiltà tkun affordabbli u aċċessibbli għal kulħadd, speċjalment għal dawk li jivvjaġġaw mingħajr aċċess għal trasport pubbliku ta' kwalità jew soluzzjonijiet oħra ta' mobbiltà. Standards ta' CO2 aktar ambizzjużi għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief mistennija jaċċelleraw l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero, iżidu l-affordabbiltà tagħhom u jaċċelleraw ukoll id-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-oġġetti użati fis-segmenti kollha, b'benefiċċji akbar għall-konsumaturi b'introjtu baxx u medju. Meta jiġu adottati dawn l-istandards huwa importanti wkoll li jitqiesu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali sinifikanti tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u l-ħtieġa li jiġu salvagwardati l-impjiegi u tiġi ppreservata l-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jinkiseb l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra, kif ukoll biex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq fjuwils fossili importati. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati industrijali biex tiżgura l-katina tal-provvista fil-materja prima kritika meħtieġa għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi. Dan ser jappoġġa wkoll il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni.

(9)

Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b’mill-anqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inkluż setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida.

(10)

Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 jenħtieġ li jħeġġeġ li jintużaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja, it-tisħiħ tas-sigurtà u l-effiċjenza tal-enerġija, u l-iffrankar tal-enerġija assoċjat, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-Unjoni wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjonijiet żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi plug-in bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol fil-perkors ta' tranżizzjoni. F'dak il-kuntest, huwa importanti li tiġi żgurata data preċiża u kompleta dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' dawk il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli.

(11)

Wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni ser tagħmel proposta għar-reġistrazzjoni wara l-2035 ta' vetturi li jaħdmu esklużivament bi fjuwils newtrali f'termini ta' CO2 f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-istandards tal-flotta, u f'konformità mal-objettiv ta' newtralità klimatika tal-Unjoni.

(12)

F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti.

(13)

L-innovazzjoni teknoloġika hija prerekwiżit għad-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà fl-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li tiġi appoġġata. Finanzjament sinifikanti huwa disponibbli diġà għall-innovazzjoni fl-ekosistema tal-mobbiltà permezz ta' strumenti ta' finanzjament differenti tal-Unjoni, b'mod partikolari Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), InvestEU, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-fond għall-innovazzjoni, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jappoġġaw l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur awtomobilistiku Ewropew, inkluż permezz ta' inizjattivi li jippromwovu sinerġiji fis-settur awtomobilistiku, bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji. Flimkien ma' sinjali regolatorji ċari, dawk l-isforzi ser jappoġġaw u jħeġġu deċiżjonijiet ta' investiment mill-manifatturi, iżommu t-tmexxija teknoloġika Ewropea f'dak is-settur, jgħinu biex tiġi żviluppata l-eċċellenza industrijali fit-teknoloġiji tal-futur fl-Unjoni u jiżguraw is-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-bażi industrijali tagħha.

(14)

Jenħtieġ li l-miri fl-istandards ta' rendiment riveduti tas-CO2 ikunu akkumpanjati minn strateġija tal-Unjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull Stat Membru, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet, filwaqt li jinżammu l-livelli tal-impjiegi fis-settur awtomobilistiku fl-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt li din it-tranżizzjoni ser ikollha fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tul il-katina tal-provvista awtomobilistika u lir-reġjuni u l-komunitajiet milquta li jistgħu jkunu aktar vulnerabbli minħabba l-preżenza ta' industrija awtomobilistika intensiva. Jenħtieġ li, fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jitqies fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), il-fond għall-innovazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 (16) u l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (17), f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u strumenti finanzjarji disponibbli oħra, bħal dawk mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2022 dwar il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2022 tippermetti lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 dwar L-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: lejn Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa (l-"Istrateġija Industrijali Ġdida aġġornata"). Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2022 (18) hija għodda importanti għall-Istati Membri biex jindirizzaw l-aspetti soċjali u tal-impjiegi ta’ tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora aktar opzjonijiet biex tappoġġa dik it-tranżizzjoni u, b'mod speċifiku, biex ittaffi kwalunkwe impatt negattiv ta’ dik it-tranżizzjoni fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku.

(15)

Sabiex jiġu identifikati xi diskrepanzi fil-finanzjament fl-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, u b'attenzjoni partikolari għall-SMEs u r-reġjuni li huma l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2025, fid-data ta’ preżentazzjoni tal-ewwel rapport ta' progress, u filwaqt li tibni fuq inizjattivi li għaddejjin bħalissa, bħall-perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà u l-Alleanza tar-Reġjuni Awtomobilistiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tippreżenta rapport b'analiżi li tidentifika tali lakuni fil-finanzjament. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri finanzjarji adegwati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati.

(16)

L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku, inkluż billi tiġi żgurata l-kontinwità tad-djalogu soċjali li jinvolvi lis-settur u lill-partijiet ikkonċernati tiegħu, bi trasparenza sħiħa. Il-perkors jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lill-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku u lill-konsultazzjoni mas-sħab soċjali, inkluż mill-Istati Membri. Jenħtieġ li dan jibni wkoll fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 intitolata“l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza”, li jinkludi inizjattivi bħall-“Patt għall-Ħiliet” biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu ħiliet ġodda lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors.Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport ta' progress li jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni.

Dak ir-rapport ta’ progress jenħtieġ li jqis, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi, b'mod partikolari fis-segment tal-vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll il-miżuri fil-livell tal-Unjoni, tal-Istati Membri u lokali biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn vetturi ħfief b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet u fl-effiċjenza enerġetika tagħhom, l-introduzzjoni ta' fjuwils alternattivi u progress fil-varar ta' infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, li ser jiġu stabbiliti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament dwar infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi”) u f’riformulazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq il-mobbiltà newtrali għall-klima, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku u t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet, speċjalment fl-SMEs. Ir-rapport ta' progress jenħtieġ li jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż dwar ir-riżultati tad-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista awtomobilistika qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha.

(17)

Sabiex jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha, huwa importanti li l-flotta eżistenti tiġi dekarbonizzata wkoll. Is-suq għall-vetturi użati joħloq ir-riskju li l-emissjonijiet ta' CO2, kif ukoll it-tniġġis tal-arja, jiġu trasferiti għal reġjuni inqas żviluppati ekonomikament fl-Unjoni. Biex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-flotta eżistenti u biex titħaffef it-tranżizzjoni għal trasport b'emissjonijiet żero, huwa tal-akbar importanza li titħeġġeġ il-konverżjoni ta' vetturi b'magna ta' kombustjoni interna għal trażmissjoni elettrika bil-batterija jew biċ-ċelloli tal-fjuwil, inkluż b’valutazzjoni ta' modi kif jiġi ffaċilitat l-użu ta' tali soluzzjonijiet fl-Istati Membri.

(18)

Kif iddikjarat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2022 intitolata “Pjan REPowerEU", sabiex jissaħħu l-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenzi fis-settur tat-trasport u titħaffef it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero, huwa importanti li jiżdied is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero fil-flotot tal-karozzi pubbliċi u korporattivi li jaqbżu ċertu daqs. Għal dak l-għan, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2022 intitolata "Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2023" tinkludi inizjattiva għall-ekoloġizzazzjoni tal-flotot korporattivi. Meta tipproponi dik l-inizjattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti u tevita frammentazzjoni tas-suq intern.

(19)

Sabiex tippromwovi l-adozzjoni ta' vetturi li jikkunsmaw inqas enerġija, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinvestiga l-impatti tal-istabbiliment ta' limiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda b'emissjonijiet żero mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.

(20)

Il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati bil-varar meħtieġ tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil li ser ikun stabbilit fir-Regolament dwar infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi u f’riformulazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE. F'dak il-kuntest, huwa vitali li l-investiment fl-użu meħtieġ tal-infrastruttura jkompli jsir u jiżdied. B'mod parallel, huwa ta' importanza kbira li jiġi żgurat użu rapidu tal-enerġija rinnovabbli, kif previst fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

(21)

Jenħtieġ li l-manifatturi jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, li tappoġġa l-kompetittività tagħhom u tħejji t-triq għal aktar innovazzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin.

(22)

Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem, il-manifatturi ser ikollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' inċentivi għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi- jitneħħa mill-1 ta’ Jannar 2030. Qabel dik id-data u għalhekk matul dan id-deċennju kollu, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ser ikompli jappoġġa l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, inkluż vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba. Madankollu, jenħtieġ li l-livelli tal-parametri referenzjarji għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi jiġu riveduti sabiex titqies l-adozzjoni aktar rapida ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. Wara l-1 ta’ Jannar 2030, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha tal-UE li l-manifatturi jridu jilħqu.

(23)

Il-krediti tal-ekoinnovazzjoni li jistgħu jintalbu minn manifattur bħalissa huma limitati għal 7 g CO2/km. Jenħtieġ li dak il-limitu massimu jiġi aġġustat 'l isfel f'konformità mal-livelli fil-mira, sabiex jiġi żgurat proporzjon ibbilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu massimu fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifatturi.

(24)

L-implimentazzjoni tal-istandards ta’ rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 hija marbuta ħafna ma' dik tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. Wara t-tħassir u s-sostituzzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) fl-1 ta' Settembru 2020 bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), huwa xieraq, sabiex tiġi żgurata konsistenza kontinwa bejn iż-żewġ settijiet ta' strumenti, li d-definizzjonijiet jiġu allinjati aktar u li jiġu aġġornati r-referenzi fir-Regolament (UE) 2019/631 għal-leġiżlazzjoni qafas tal-approvazzjoni tat-tip.

(25)

L-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għall-flotta kollha tal-UE jitqassam fost il-manifatturi billi tintuża kurva tal-valuri ta' limitu bbażata fuq il-massa medja tal-flotta tal-UE ta' vetturi ġodda u tal-flotta ta' vetturi ġodda tal-manifattur. Filwaqt li huwa xieraq li jinżamm dak il-mekkaniżmu, jeħtieġ li tiġi evitata sitwazzjoni fejn, bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għal manifattur issir negattiva. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fejn isseħħ sitwazzjoni bħal din, il-mira speċifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 0 g CO2/km.

(26)

Il-valuri użati għall-kalkolu tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur huma bbażati fuq data rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikati tal-konformità tal-vetturi kkonċernati. Biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-istandards ta' rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 huwa essenzjali li d-data użata għal dawk il-finijiet tkun korretta. Jekk, madankollu, jiġu identifikati żbalji fid-data, jista' ma jkunx possibbli, abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, li jiġu kkoreġuti d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew iċ-ċertifikati tal-konformità li jkunu diġà nħarġu, meta d-data tirreferi għal approvazzjonijiet tat-tip li ma jkunux għadhom validi. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob li l-awtoritajiet rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, jew fejn applikabbli, il-manifatturi, joħorġu dikjarazzjoni ta' korrezzjoni li abbażi tagħha l-valuri użati għad-determinazzjoni tal-prestazzjoni tal-manifatturi biex jilħqu l-miri tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkoreġuti.

(27)

Ir-rapportar ta' data minn vetturi tal-kategoriji M2 (xarabanks) u N2 (trakkijiet ta' daqs medju) jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u għalhekk huwa xieraq li dak ir-rekwiżit ta’ rappurtar jitneħħa mir-Regolament (UE) 2019/631.

(28)

Fid-dawl taż-żieda fl-objettiv ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrati f'sena kalendarja. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom tieqaf mill-1 ta’ Jannar 2036.

(29)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-konsistenza legali mal-prattika attwali, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-aġġustamenti tal-valuri M0 u TM0 jenħtieġ li jsiru permezz ta' atti delegati li jemendaw l-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/631 minflok permezz ta’ atti delegati li jissupplimentaw dak ir-Regolament.

(30)

Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-miri ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2026. Għal dak ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha fir-rapportar ta' kull sentejn.

(31)

Diversi Stati Membri ddikjaraw pjanijiet biex jaċċelleraw l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero billi jistabbilixxu data għat-tneħħija gradwali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jarmu CO2 qabel l-2035. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika opzjonijiet biex tiffaċilita dik it-tranżizzjoni u tqis il-ħtieġa għal miżuri addizzjonali f'konformità ma' tali pjanijiet.

(32)

Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, bil-konklużjoni li dan iżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta' benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631.

(33)

Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet ta' CO2 kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vetturi ħfief fil-livell tal-Unjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data tal-emissjonijiet ta' CO2 kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vetturi ħfief li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

(34)

Sabiex tistabbilixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rapportar konsistenti tad-data tal-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief u biex jiġi żgurat li l-kalkolu tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet għall-manifatturi responsabbli għall-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi kummerċjali ħfief f'diversi stadji jkun jista' jiġi aġġustat biex jitqiesu l-bidliet fil-proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-massa ta' tali vetturi, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplementar tar-Regolament (UE) 2019/631 bl-istabbiliment ta’ tali metodoloġija komuni tal-Unjoni u l-emendar, fejn meħtieġ, tal-formuli tal-kalkolu stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal dak ir-Regolament, rispettivament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (24). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(35)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(36)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), iċ-ċifra "37,5 %" hija sostitwita bi "55 %";

(ii)

fil-punt (b), iċ-ċifra "31 %" hija sostitwita bi "50 %";

b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"5a.   Mill-1 ta' Jannar 2035, għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida tal-karozzi tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti A, il-punt 6.1.3, tal-Anness I;

(b)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti B, il-punt 6.1.3, tal-Anness I."

;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029, għandu japplika punt ta' riferiment ta' emissjonijiet żero u baxxi tal-vetturi ugwali għal sehem ta' 25 % tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ugwali għal sehem ta' 17 % tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-punti 6.3 tal-Partijiet A u B tal-Anness I, rispettivament."

;

(d)

jitħassar il-paragrafu 7;

(2)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), ir-referenza għal "l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE" hija sostitwita bi "l-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), tar-Regolament (UE) 2018/858";

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)

tal-kategorija N1 kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/858 u li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (''vetturi kummerċjali ħfief''), li huma rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma kinux ġew irreġistrati qabel barra mill-Unjoni (''vetturi kummerċjali ħfief ġodda''); fil-każ ta' vetturi b'emissjonijiet żero tal-kategorija N b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg jew l-2 840 kg, skont il-każ, dawn għandhom, mill-1 ta' Jannar 2025, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2018/858 u r-Regolament (KE) Nru 715/2007, jingħaddu bħala vetturi kummerċjali ħfief li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk il-massa ta' referenza eċċessiva tkun dovuta biss għall-massa tas-sistema tal-ħżin tal-enerġija.";

(b)

fil-paragrafu 3, ir-referenza għal "punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE" hija sostitwita bi "Parti A, il-punt 5, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858";

(3)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza ta' introduzzjoni hija sostitwita b'dan li ġej:

"1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) 2018/858. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin."

;

(b)

jitħassru l-punti (b) sa (g) u (i) u (n);

(4)

fl-Artikolu 4(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), fejn il-mira speċifika tal-emissjonijiet iddeterminata f'konformità mal-punt 6.3 tal-Parti A jew B tal-Anness I." tkun negattiva, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għandha tkun ta' 0 g/km.";

(5)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"6a.   Meta l-Kummissjoni ssib li d-data proviżorja ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 2, jew id-data nnotifikata mill-manifatturi f'konformità mal-paragrafu 5, tkun ibbażata fuq data mhux korretta fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew fiċ-ċertifikati tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lill-manifattur u għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lill-manifattur biex joħorġu dikjarazzjoni ta' korrezzjoni li tispeċifika d-data kkoreġuta. Id-dikjarazzjoni ta' korrezzjoni għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni u d-data kkoreġuta għandha tintuża biex jiġu emendati l-kalkoli proviżorji skont il-paragrafu 4."

;

(b)

jitħassru l-paragrafi 10 u 11;

(6)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 7a

Emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja

1.   Il-Kummissjoni għandha sal-31 ta’ Diċembru 2025 tippubblika rapport li jistabbilixxi metodoloġija għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data tal-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief.

3.   Mill-1 ta' Ġunju 2026, il-manifatturi jistgħu, fuq bażi volontarja, jippreżentaw lill-Kummissjoni d-data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda bl-użu tal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 2."

(7)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragarfu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluż is-sena kalendarja 2035.";

(b)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I għas-snin sa u inkluża s-sena kalendarja 2028 minn manifattur li jkun responsabbli, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu, għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri ġdida reġistrata kull sena kalendarja fl-Unjoni."

;

(8)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi ("pakketti ta' teknoloġiji innovattivi").

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jista' jkun sa:

7 g CO2/km sal-2024;

6 g CO2/km mill-2025 sal-2029;

4 g CO2/km mill-2030 sa u inkluż l-2034.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta 'l isfel il-valuri tal-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifatturi."

;

(9)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali tikber, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 (*1) tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-vetturi ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali maż-żmien għal kull manifattur.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta kull sena dwar kif tevolvi d-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-2021 'il quddiem u għandha, hekk kif tkun disponibbli biżżejjed data, u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, tippubblika rapport li jistabbilixxi metodoloġija għal mekkaniżmu biex jiġu aġġustati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur mill-2030 bl-użu ta' data f’kundizzjonijiet reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/392, u li jivvaluta l-fattibbiltà ta' tali mekkaniżmu.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, fejn xieraq, proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi biex jitqiegħed fis-seħħ tali mekkaniżmu.

(*1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tal-4 ta' Marzu 2021 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data relatata mal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 (ĠU L 77, 5.3.2021, p. 8).";"

(10)

fl-Artikolu 13(3), tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Meta d-data fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx tista' tiġi kkoreġuta skont ir-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta' korrezzjoni bid-data kkoreġuta u tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati.";

(11)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda l-Anness I kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu."

;

(12)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 14a

Rapport tal-progress

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji.

2.   Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050, inkluż:

(a)

il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, b'mod partikolari fis-segment tal-vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll il-miżuri fil-livell tal-Unjoni, dak tal-Istati Membri u dak lokali biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn vetturi ħfief b'emissjonijiet żero;

(b)

il-progress fl-effiċjenza enerġetika u l-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi;

(c)

l-impatti fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx u medju, inkluż fuq il-prezzijiet tal-elettriku;

(d)

analiżi tas-suq għall-vetturi użati;

(e)

il-kontribut potenzjali f'termini ta' ffrankar ta' CO2 ta' miżuri addizzjonali mmirati biex inaqqsu l-età medja u b'hekk l-emissjonijiet tal-flotta ta' vetturi ħfief, bħal miżuri li jappoġġaw it-tneħħija gradwali ta' vetturi eqdem b'mod soċjalment ġust u ambjentalment san;

(f)

l-impatti fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku, speċjalment fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u l-effettività tal-miżuri li jappoġġaw it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol;

(g)

l-effettività tal-miżuri finanzjarji eżistenti u l-ħtieġa għal aktar azzjoni, inkluż miżuri finanzjarji adegwati, fil-livell tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew dak lokali biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u biex jittaffa kwalunkwe impatt soċjoekonomiku negattiv, b'mod partikolari fir-reġjuni u fil-komunitajiet l-aktar affettwati;

(h)

il-progress fid-djalogu soċjali, kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata aktar tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero;

(i)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, inkluż il-progress skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi u riformulazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(j)

il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, inkluż il-fjuwils sintetiċi, biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika;

(k)

l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda mqiegħda fis-suq, kif irrapportati skont l-Artikolu 7a;

(l)

l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-kisba tal-miri tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u riformulazzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

3.   Fid-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel rapport ta' progress imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha wkoll, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi analiżi biex tidentifika kwalunkwe diskrepanza fil-finanzjament fl-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, b'attenzjoni partikolari għall-SMEs u r-reġjuni li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti għal miżuri finanzjarji adegwati biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati.

(*2)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13)."

(*3)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1). ";"

(13)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Fl-2026, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-progress li jkun sar skont dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-miri ta' tnaqqis stipulati fl-Artikolu 1(5a), b’kont meħud tal-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż fir-rigward ta' teknoloġiji ibridi plug-in, u l-importanza ta' tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta għal mobilità b’emissjonijiet żero. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi l-miri stipulati fl-Artikolu 1(5a). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatti tal-istabbiliment ta' limiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda b'emissjonijiet żero mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.

Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament."

;

(b)

jitħassru l-paragrafi 2 sa 5;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-Direttiva 1999/94/KE u fiha tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija, l-emissjonijiet ta' CO2 u l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, inkluż f'kundizzjonijiet reali, kif ukoll tevalwa l-opzjonijiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva."

;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

"9.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda l-formuli stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, meta tali emendi jkunu meħtieġa sabiex titqies il-proċedura għal vetturi N1 b'diversi stadji stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III."

;

(14)

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, ir-referenza għall-"Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8)" hija sostitwita bl-"Artikolu 7(8), l-Artikolu 7a(2), l-Artikolu 10(8), l-Artikolu 11(1), ir-raba' subparagrafu, l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) u (9)";

(b)

fil-paragrafu 3, ir-referenza għall-"Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8)" hija sostitwita bl-"Artikolu 7(8), l-Artikolu 7a(2), l-Artikolu 10(8), l-Artikolu 11(1), ir-raba' subparagrafu, l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) u (9)";

(c)

fil-paragrafu 6, ir-referenza għall-"Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8)" hija sostitwita bl-"Artikolu 7(8), l-Artikolu 7a(2), l-Artikolu 10(8), l-Artikolu 11(1), ir-raba' subparagrafu, l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) u (9)";

(15)

l-Anness I huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ April 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU C 194, 12.5.2022, p. 81.

(2)  ĠU C 270, 13.7.2022, p. 38.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2023 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023.

(4)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(5)  ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.

(6)  ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28.

(7)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' April 2022 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

(12)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23).

(18)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2022/C 243/04 tas-16 ta' Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35).

(19)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(21)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum ta' fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).

(24)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 6.1, l-intestatura hija sostitwita b'dan li ġej:

"Miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2025 'il quddiem";

(b)

fil-punt 6.1.2, l-intestatura hija sostitwita b'dan li ġej:

"Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-perjodu mill-2030 sal-2034";

(c)

jiżdied il-punt li ġej:

"6.1.3

Miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2035 'il quddiem

Mira għall-flotta kollha tal-UE2035 = mira għall-flotta kollha tal-UE2021 (1 – fattur ta' tnaqqis2035)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

fattur ta' tnaqqis2035

huwa kif definit fl-Artikolu 1(5a), il-punt (a).";

(d)

fil-punt 6.2, l-intestatura hija sostitwita b'dan li ġej:

"Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi";

(e)

il-punt 6.2.2 jitħassar;

(f)

il-punt 6.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.3

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 'il quddiem

6.3.1

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2025 sal-2029:

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi · fattur ZLEV

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi

hija l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 determinata f'konformità mal-punt 6.2.1;

il-fattur ZLEV

huwa (1 + y – x), sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew inqas minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, kif meħtieġ;

fejn:

y

huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, ikkalkulat bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspeċifiku skont il-formula li ġejja, diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

ZLEVspeċifiku = 1 –

Formula

Għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Istati Membri b'sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tagħhom taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fis-sena 2017 u b'inqas minn 1 000 vettura ġdida b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017 (*1), iż-ZLEVsspeċifiċi għandhom jiġu kkalkulati, sal-2029 u inkluża dik is-sena, f'konformità mal-formula li ġejja:

ZLEVspeċifiku =

Formula

Meta s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f'sena bejn l-2025 u l-2028 jaqbeż il-5 %, dak l-Istat Membru ma għandux ikun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-multiplikatur ta' 1,85 fis-snin ta' wara;

x

huwa 25 % fil-perjodu mill-2025 sal-2029.

6.3.2

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Mira għall-emissjonijiet speċifika = mira għall-flotta kollha tal-UE 2030 + a2030 · (TM-TM0)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030

hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.2;

a2030

hija

Formula

fejn:

a2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

emissjonijiet medji 2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1

6.3.3

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 'il quddiem

Mira għall-emissjonijiet speċifika = mira għall-flotta kollha tal-UE2035 + a2035 · (TM-TM0)

fejn:

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035

hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3;

a2035

hija

Formula

fejn:

a2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

emissjonijiet medji 2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1"

(*1)  Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi fil-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri ta' Stat Membru fl-2017 huwa kkalkulat bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena.";"

(2)

il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 6.1, l-intestatura hija sostitwita b'dan li ġej:

"Il-miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2025 'il quddiem";

(b)

fil-punt 6.1.2, l-intestatura hija sostitwita b'dan li ġej:

"Il-miri għall-flotta kollha tal-UE għall-perjodu mill-2030 sal-2034";

(c)

jiżdied il-punt li ġej:

"6.1.3

Il-miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2035 'il quddiem

Mira għall-flotta kollha tal-UE2035 = mira għall-flotta kollha tal-UE2021 · (1 – fattur ta' tnaqqis2035)

fejn:

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

fattur ta' tnaqqis2035

huwa kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 1(5a).";

(d)

il-punt 6.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.2.2

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α · (TM-TM0)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.2;

α

hija a2030 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur hija ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2030

hija

Formula

a2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

l-emissjonijiet medji2021

huma kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1";

(e)

jiżdied il-punt li ġej:

"6.2.3

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 'il quddiem

Mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α · (TM-TM0)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.3;

α

hija a2035,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2035,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2035,L

hija

Formula

a2035,H

hija

Formula

emissjonijiet medji 2021

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM

hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0

hija kif definit fil-punt 6.2.1";

(f)

il-punt 6.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.3.

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

6.3.1

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 sal-2029

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = (mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri – il-mira tal-flotta kollha tal-UE2025)) fattur ZLEV

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet

speċifiċi hija l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 determinata f'konformità mal-punt 6.2.1;

ømiri

hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha determinati f'konformità mal-punt 6.2.1;

fattur ZLEV

huwa (1 + y – x), sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew inqas minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, kif meħtieġ;

fejn:

y

huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta' vetturi kummerċjali ħfief ikkalkulat bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspeċifiku skont il-formula li ġejja, diviż bl-għadd totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

ZLEVspeċifiku = 1 –

Formula

x

huwa 17 % fis-snin mill-2025 sal-2029.

6.3.2

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi mill-2030 sal-2034

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri - il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030)

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi hija

l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur, determinata f'konformità mal-punt 6.2.2;

ømiri

hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha determinati f'konformità mal-punt 6.2.2;

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030

hi kif determinata fil-punt 6.1.2.

“6.3.3

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 'il quddiem

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri - il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035)

fejn:

il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi hija

l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur determinata f'konformità mal-punt 6.2.3;

øtargets

hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha, determinata f'konformità mal-punt 6.2.3;

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035

hija kif determinata fil-punt 6.1.3.".


(*1)  Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi fil-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri ta' Stat Membru fl-2017 huwa kkalkulat bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena.";"