|
24.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 109/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/845
tal-24 ta’ April 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686. |
|
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, żewġ persuni u grupp wieħed jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) 2016/1686 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3”:
|
|
(2) |
l-entrata li ġejja tinżdied taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3”:
|