|
20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/835
tad-19 ta' April 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 fir-rigward ta’ miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollu impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u l-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u b’hekk jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u l-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (2) jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li għandhom jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri (3), li huma elenkati jew li ż-żoni tagħhom huma elenkati fl-Annessi I u II. |
|
(3) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għal derogi mill-projbizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-movimenti ta’ kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I, II u III fi ħdan u barra minn dawk iż-żoni. L-Artikolu 14(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament jirreferi għall-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 43(2) sa (7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (4), li jirrikjedu, fost l-oħrajn, li l-movimenti awtorizzati kollha fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jitwettqu mingħajr ħatt jew waqfien, sal-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. |
|
(4) |
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi li ż-żona ristretta I hija żona fejn ma tkun ġiet ikkonfermata l-ebda tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer filwaqt li l-Artikolu 6(1) jipprevedi li ż-żona ristretta II hija żona fejn dik il-marda tkun ikkonfermata biss f’annimali porċini selvaġġi. |
|
(5) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer mhuwiex ikkonfermat f’annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I u II u diġà hemm fis-seħħ miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-movimenti ta’ kunsinni ta’ annimali porċini kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti loġistiċi speċifiċi għall-movimenti ta’ annimali porċini miżmuma fis-seħħ f’xi Stati Membri u sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet bla bżonn, il-kundizzjoni ġenerali li jiġu awtorizzati movimenti ta’ annimali porċini miżmuma mingħajr ħatt jew waqfien, sal-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ għall-movimenti awtorizzati fi ħdan l-istess Stat Membru kkonċernat għall-iskop ta’ skarnar immedjat ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I u II. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Artikoli 14, 22 u 24 tar-Regolament (UE) 2023/594 jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija dinamika, qed tevolvi b’mod kostanti u nbidlet miż-żmien li wassal għall-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġi emendat sabiex iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fih, jirriflettu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali ta’ dik il-marda fl-Unjoni. |
|
(7) |
Is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni hija riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 (5), kif emendat reċentement bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/685 (6) wara bidliet reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda fil-Bulgarija, fl-Italja, fil-Polonja u fis-Slovakkja. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 japplika sal-20 ta’ April 2023. |
|
(8) |
Għalhekk, iż-żoni ristretti I, II u III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jitqiesu ż-żoni li bħalissa huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Dan huwa meħtieġ ukoll għall-kontinwità u għall-konsistenza wara t-tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. |
|
(9) |
Barra minn hekk, mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, kien hemm diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-Polonja, fl-Italja u fil-Litwanja, u tifqigħa waħda f’annimali porċini miżmuma fil-Polonja. |
|
(10) |
F’Marzu 2023, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fir-Reġjun ta’ Opolskie fil-Polonja f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Polonja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I, affettwata minn din it-tifqigħa reċenti, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u l-konfini attwali taż-żona ristretta I jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa. |
|
(11) |
Barra minn hekk, f’Marzu 2023, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fir-Reġjuni ta’ Wielkopolskie u Mazowieckie fil-Polonja, f’żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li jinsabu qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, dawk iż-żoni tal-Polonja li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li jinsabu qrib ħafna taż-żoni elenkati bħala żoni ristretti II affettwati minn dawk it-tifqigħat reċenti, jenħtieġ li jiġu elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u l-konfini attwali taż-żoni ristretti I jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(12) |
Barra minn hekk, f’April 2023, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ fir-Reġjun tal-Liguria fl-Italja, f’żona li bħalissa hi elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Italja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, affettwata minn din it-tifqigħa reċenti, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u l-konfini attwali taż-żona ristretta I jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa. |
|
(13) |
Barra minn hekk, f’Marzu u f’April 2023, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fir-Reġjun tal-Piemonte fl-Italja, f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, u li tinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Italja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, li tinsab qrib ħafna taż-żona elenkata bħala żona ristretta II affettwata minn dawk it-tifqigħat reċenti, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u l-konfini attwali taż-żona ristretta I jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(14) |
Barra minn hekk, f’Marzu u f’April 2023, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fil-kontea ta’ Marijampolė fil-Litwanja, f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Litwanja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, affettwata minn dawk it-tifqigħat reċenti, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u l-konfini attwali taż-żona ristretta I jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(15) |
Finalment, f’April 2023, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma fir-Reġjun ta’ Dolnośląskie fil-Polonja, f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini miżmuma tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Polonja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605, affettwata minn din it-tifqigħa reċenti, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u l-konfini attwali taż-żona ristretta II jeħtieġ li jiġu definiti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa. |
|
(16) |
Wara dawk it-tifqigħat reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fl-Italja u fil-Litwanja u f’annimali porċini selvaġġi u miżmuma fil-Polonja u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali rigward id-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawk l-Istati Membri ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju li hemm fis-seħħ ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/594 jiġi emendat skont dan. |
|
(18) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, huwa importanti li dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jsir effettiv mill-iktar fis. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li l-kundizzjoni ġenerali stabbilita fl-Artikolu 43(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 ma għandhiex tapplika għall-movimenti awtorizzati ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti I jew II diment li l-annimali porċini miżmuma jkunu se jiġu mċaqilqa fi ħdan l-istess Stat Membru f’konformità mal-Artikoli 22 u 24 ta’ dan ir-Regolament (UE) 2023/594 għall-iskop ta’ skarnar immedjat.” |
|
2. |
fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li l-kundizzjoni ġenerali stabbilita fl-Artikolu 43(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 ma għandhiex tapplika għall-movimenti awtorizzati ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma f’żona ristretta I diment li l-annimali porċini miżmuma jkunu se jiġu mċaqilqa fi ħdan l-istess Stat Membru għall-iskop ta’ skarnar immedjat.” |
|
3. |
fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li l-kundizzjoni ġenerali stabbilita fl-Artikolu 43(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 ma għandhiex tapplika għall-movimenti awtorizzati ta’ kunsinni ta’ annimali porċini miżmuma f’żona ristretta II diment li l-annimali porċini miżmuma jkunu se jiġu mċaqilqa fi ħdan l-istess Stat Membru għall-iskop ta’ skarnar immedjat.” |
|
4. |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65).
(3) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/605 tas-7 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 137).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/685 tas-27 ta’ Marzu 2023 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 90, 28.3.2023, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Grobiņas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Agluonėnų, Dovilų, Gargždų, Priekulės, Vėžaičių, Kretingalės ir Dauparų-Kvietinių seniūnijos, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė. |
5. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950950, 950960, 950970, 951950, 952050, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953650, 953660, 953750, 953850, 953960, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150 és 956160 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850, 601550, 601650, 601660, 601750, 601850, 601950, 602050, 603250, 603750 és 603850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Csongrád-Csanád megye 800150, 800160, 800250, 802220, 802260, 802310 és 802450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754950, 755050, 755150, 755250, 755350 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
6. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
7. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
fid-distrett ta’ Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet ta’ Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
fid-distrett ta’ Levice, il-muniċipalitajiet ta’ Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Bohunice, Pukanec, Uhliská, Kalná nad Hronom, Nový Tekov, Malé Kozmálovce, Veľké Kozmálovce, Tlmače, Rybník, Hronské Kosihy, Čajkov, Nová Dedina, Devičany, |
|
— |
fid-distrett ta’ Krupina, il-muniċipalitajiet ta’ Dudince, Terany, Hontianske Moravce, Sudince, Súdovce, Lišov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Ružomberok, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Turčianske Teplice, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona II, |
|
— |
fid-distrett ta’ Martin, il-muniċipalitajiet ta’ Blatnica, Folkušová, Necpaly, Belá-Dulice, Ďanová, Karlová, Laskár, Rakovo, Príbovce, Košťany nad Turcom, Socovce, Turčiansky Ďur, Kláštor pod Znievom, Slovany, Ležiachov, Benice, |
|
— |
fid-distrett ta’ Dolný Kubín, il-muniċipalitajiet ta’ Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
fid-distrett ta’ Tvrdošín, il-muniċipalitajiet ta’ Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
fid-distrett ta’ Prievidza, il-muniċipalitajiet ta’ Handlová, Cígeľ, Podhradie, Lehota pod Vtáčnikom, Kamenec pod Vtáčnikom, Bystričany, Čereňany, Oslany, Horná Ves, Radobica, Ráztočno, |
|
— |
fid-distrett ta’ Partizánske, il-muniċipalitajiet ta’ Veľké Uherce, Pažiť, Kolačno, Veľký Klíž, Ješkova Ves, Klátová Nová Ves, |
|
— |
fid-distrett ta’ Topoľčany, il-muniċipalitajiet ta’ Krnča, Prázdnovce, Solčany, Nitrianska Streda, Čeľadince, Kovarce, Súlovce, |
|
— |
fid-distrett ta’ Zlaté Moravce, il-muniċipalitajiet ta’ Zlatno, Mankovce, Velčice, Kostoľany pod Tríbečom, Ladice, Sľažany, Neverice, Beladice, Choča, Vieska nad Žitavou, Slepčany, Červený Hrádok, Nevidzany, Malé Vozokany, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žiar nad Hronom, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona II. |
8. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
|
ir-Reġjun tal-Piemonte:
|
|
ir-Reġjun tal-Liguria:
|
|
ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna:
|
|
ir-Reġjun tal-Lombardia:
|
|
ir-reġjun tal-Lazio:
|
|
Ir-reġjun ta’ Sardenja
|
9. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fiċ-Ċekja:
|
Liberecký kraj:
|
10. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kilkis:
|
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Yambol, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pernik, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kyustendil, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Plovdiv, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pazardzhik, minbarra ż-żoni fil-Parti III, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Smolyan, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Dobrich, |
|
— |
ir-reġjun kollu tal-belt ta’ Sofija, |
|
— |
ir-reġjun kollu tal-Provinċja ta’ Sofija, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Blagoevgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Razgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kardzhali, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Burgas, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Varna, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Silistra, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Ruse, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Veliko Tarnovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pleven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Targovishte, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Shumen, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sliven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vidin, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Gabrovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Lovech, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Vaiņodes, Gaviezes, Rucavas, Vērgales, Medzes pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Embūtes pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz rietumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz dienvidiem no autoceļa A9, uz rietumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz rietumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novada Alsungas, Gudenieku, Kurmāles, Rendas, Kabiles, Vārmes, Pelču, Snēpeles, Turlavas, Ēdoles, Īvandes, Rumbas, Padures pagasts, Laidu pagasta daļa uz ziemeļiem no autoceļa V1296, Kuldīgas pilsēta, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Juodaičių, Seredžiaus, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Kazlų Rūdos seniūnija, išskyrus vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, Plutiškių seniūnija, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės, Kražių, Liolių, Tytuvėnų, Tytuvėnų apylinkių, Pakražančio ir Vaiguvos seniūnijos, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė: Judrėnų, Endriejavo ir Veiviržėnų seniūnijos, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė, išskyrus Šumskų ir Sasnavos seniūnijos, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Alantos, Balninkų, Čiulėnų, Inturkės, Joniškio, Luokesos, Mindūnų, Suginčių ir Videniškių seniūnijos, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Kriūkų, Lekėčių ir Lukšių seniūnijos, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Ginkūnų, Gruzdžių, Kairių, Kužių, Meškuičių, Raudėnų, Šakynos ir Šiaulių kaimiškosios seniūnijos, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Čiobiškio, Gelvonų, Jauniūnų, Kernavės, Musninkų ir Širvintų seniūnijos, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Deltuvos, Lyduokių, Pabaisko, Pivonijos, Siesikų, Šešuolių, Taujėnų, Ukmergės miesto, Veprių, Vidiškių ir Žemaitkiemo seniūnijos, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Bartninkų, Gražiškių, Keturvalakių, Pajevonio, Virbalio ir Vištyčio seniūnijos, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Avižienių, Bezdonių, Buivydžių, Dūkštų, Juodšilių, Kalvelių, Lavoriškių, Maišiagalos, Marijampolio, Medininkų, Mickūnų, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Nemėžio, Pagirių, Riešės, Rudaminos, Rukainių, Sudervės, Sužionių, Šatrininkų ir Zujūnų seniūnijos, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye: 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 577250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
id-distrett kollu ta’ Gelnica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poprad |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Spišská Nová Ves, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Levoča, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Kežmarok, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Michalovce, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Medzilaborce, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Košice-okolie, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rožnava, |
|
— |
il-belt kollha ta’ Košice, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sobrance, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona III, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Humenné, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Snina, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Prešov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sabinov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Svidník, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stropkov |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Bardejov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stará Ľubovňa, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Revúca, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet kollha mhux inklużi fil-Parti I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Lučenec, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poltár, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zvolen, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Detva, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Krupina, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Stiavnica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žarnovica, |
|
— |
fid-distrett ta’ Žiar nad Hronom il-muniċipalitajiet ta’ Hronská Dúbrava, Trnavá Hora, Ihráč, Nevoľné, Kremnica, Kremnické Bane, Krahule, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Bystica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Brezno, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Liptovsky Mikuláš, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Trebišov”, |
|
— |
fid-distrett ta’ Zlaté Moravce, il-muniċipalitajiet kollha mhux inklużi fil-Parti I, |
|
— |
fid-distrett ta’ Levice l-muniċipalità kollha ta’ Kozárovce, |
|
— |
fid-distrett ta’ Turčianske Teplice, il-muniċipalitajiet ta’ Turček, Horná Štubňa, Čremošné, Háj, Rakša, Mošovce, |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
ir-Reġjun tal-Piemonte:
|
|
ir-Reġjun tal-Liguria:
|
|
ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna:
|
|
ir-reġjun tal-Lazio:
|
|
ir-reġjun ta’ Sardenja:
|
10. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fiċ-Ċekja:
|
Liberecký kraj:
|
11. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kilkis:
|
PARTI III
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Bulgarija:
|
ir-reġjun ta’ Pazardzhik:
|
2. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
ir-reġjun ta’ Sardenja:
|
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada Embūtes pagasta daļa uz ziemeļiem autoceļa P116, P106, autoceļa no apdzīvotas vietas Dinsdurbe, Kalvenes pagasta daļa uz austrumiem no ceļa pie Vārtājas upes līdz autoceļam A9, uz ziemeļiem no autoceļa A9, uz austrumiem no autoceļa V1200, Kazdangas pagasta daļa uz austrumiem no ceļa V1200, P115, P117, V1296, |
|
— |
Kuldīgas novada Rudbāržu, Nīkrāces, Raņķu, Skrundas pagasts, Laidu pagasta daļa uz dienvidiem no autoceļa V1296, Skrundas pilsēta. |
4. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Jurbarko miesto seniūnija, Girdžių, Jurbarkų Raudonės, Skirsnemunės, Veliuonos ir Šimkaičių seniūnijos, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė: Dubingių ir Giedraičių seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybė: Sasnavos ir Šunskų seniūnijos, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė: Barzdų, Gelgaudiškio, Griškabūdžio, Kidulių, Kudirkos Naumiesčio, Sintautų, Slavikų, Sudargo, Šakių, Plokščių ir Žvirgždaičių seniūnijos. |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė: Antanavos, Jankų ir Kazlų Rūdos seniūnijos: vakarinė dalis iki kelio 2602 ir 183, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės apylinkių, Kukečių, Šaukėnų ir Užvenčio seniūnijos, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė: Gižų, Kybartų, Klausučių, Pilviškių, Šeimenos ir Vilkaviškio miesto seniūnijos. |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė: Alionių ir Zibalų seniūnijos, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė: Bubių, Kuršėnų kaimiškoji ir Kuršėnų miesto seniūnijos, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė: Želvos seniūnija, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė: Paberžės seniūnija. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
6. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
7. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
Fid-distrett ta’ Michalovce: Iňačovce, Čečehov, Hažín, Hnojné, Lastomír, Lúčky, Michalovce, Palín, Pavlovce nad Uhom, Senné, Sliepkovce, Stretava, Stretavka, Vysoká nad Uhom, Zálužice, Závadka, Zemplínska Široká, Budkovce, Žbince, Jastrabie pri Michalovciach, Hatalov, |
|
— |
Fid-distrett ta’ Sobrance: Blatné Remety, Blatné Revištia, Blatná Polianka, Bunkovce, Fekišovce, Ostrov, Porostov, Svätuš, Veľké Revištia, Bežovce, Tašuľa, Kristy, Nižná Rybnica. |
8. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|