4.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 95/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/731
tat-3 ta’ April 2023
dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2024, l-2025 u l-2026 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u fuqu, u biex jiġi vvalutat l-esponiment għalihom tal-konsumaturi, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/741
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għas-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm baqa’ għaddej skont regolamenti konsekuttivi, li l-aħħar wieħed minnhom huwa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/741 (3). |
(2) |
Hemm bejn 30 u 40 prodott li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta tan-nies fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta’ tliet snin, jeħtieġ li l-pestiċidi f’dawk il-prodotti jiġu mmonitorjati tul sensiela ta’ ċikli ta’ tliet snin biex l-esponiment tal-konsumaturi u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), ippreżentat rapport xjentifiku dwar il-valutazzjoni tat-tfassil tal-programm ta’ monitoraġġ tal-pestiċidi (4). Ikkonkludiet li rata ta’ eċċess tal-livell massimu tar-residwi li tkun ogħla minn 1 % tista’ tiġi stmata b’marġni ta’ żball ta’ 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta’ kampjun għal minimu ta’ 32 prodott differenti. Jenħtieġ li l-ġbir ta’ dawk il-kampjuni jitqassam fost l-Istati Membri skont id-daqs tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun ta’ kull prodott fis-sena. |
(4) |
Tqiesu r-riżultati analitiċi mill-programmi ta’ kontroll uffiċjali preċedenti tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-firxa ta’ pestiċidi koperti mill-programm ta’ kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
(5) |
Fis-sit web tal-Kummissjoni tinsab ippubblikata gwida bl-isem “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” (5). |
(6) |
Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw minn dekompożizzjoni jew minn reazzjoni, jenħtieġ li dawk il-komposti jiġu rrappurtati separatament sa fejn jitkejlu b’mod individwali (6). |
(7) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità laħqu qbil dwar il-mezzi ta’ implimentazzjoni, bħall-verżjoni 2 tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni, u l-Linja Gwida dwar ir-Rappurtar ta’ Monitoraġġ Kimiku, għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, relatati mal-preżentazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
(8) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni jenħtieġ li tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk humiex qed jiġu rispettati l-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (8), fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10), billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu wieħed, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta’ analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena. |
(12) |
Sabiex ma jkun hemm ebda konfużjoni minħabba xi trikkib bejn il-programmi pluriennali konsekuttivi, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/741. Madankollu, jenħtieġ li dan ikompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2023. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Matul is-snin 2024, 2025 u 2026, l-Istati Membri (11) għandhom jieħdu u janalizzaw il-kampjuni għall-kombinamenti ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu minn kull prodott u jiġu analizzati għandu jkun skont kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b’mod aleatorju.
Il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u tal-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament f’konformità mad-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
3. Għall-oġġetti tal-ikel maħsuba għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni għandhom jiġu evalwati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-livelli massimi tar-residwi stipulati fid-Direttiva 2006/125/KE u fir-Regolamenti Delegati (UE) 2016/127 u (UE) 2016/128. F’każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta’ tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f’forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott kif jinbiegħ.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2024, fl-2025 u fl-2026 sal-31 ta’ Awwissu tal-2025, tal-2026 u tal-2027 rispettivament fil-format tar-rappurtar elettroniku kif stipulat mill-Awtorità.
Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva u/jew metabolit jew prodott li jirriżulta minn dekompożizzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi f’konformità mad-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sa fejn dawn jitkejlu b’mod individwali.
Artikolu 4
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/741 jitħassar.
Madankollu, għandu jibqa’ japplika sal-1 ta’ Settembru 2024 fir-rigward tal-kampjuni ttestjati fl-2023.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/741 tat-13 ta’ Mejju 2022 dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2023, l-2024 u l-2025 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u fuqu, u biex jiġi vvalutat l-esponiment għalihom tal-konsumaturi, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/601 (ĠU L 137, 16.5.2022, p. 12).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; pesticide monitoring program: il-valutazzjoni tad-disinn. EFSA Journal 2015;13(2):4005.
(5) Id-dokument SANTE/11312/2021.
(6) SANCO/12574/2014, Dokument ta’ Ħidma dwar is-sommarju tal-LOQ f’każ ta’ definizzjonijiet kumplessi tar-residwi.
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta’ prosegwiment u fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30).
(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
(11) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mat-Taqsima 24 tal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
ANNESS I
PARTI A
Prodotti (1) li joriġinaw mill-pjanti (2) li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom fl-2024, fl-2025 u fl-2026
2024 |
2025 |
2026 |
(b) |
(c) |
(a) |
(0151010) Għeneb tal-mejda (3) |
(0130010) Tuffieħ (3) |
(0110020) Larinġ (3) |
(0163020) Banana (3) |
(0152000) Frawli (3) |
(0130020) Lanġas (3) |
(0110010) Grejpfrut (3) |
(0140030) Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili (3) |
(0162010) Frott tal-kiwi (3) |
(0231030) Brunġiel (3) |
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul minn (0151020) għeneb tal-inbid (meta ma jkun hemm l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid disponibbli, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati). |
(0241020) Pastard (3) |
(0241010) Brokkli (3) |
(0251020) Ħass (3) |
(0220020) Basal (3) |
(0233010) Bettieħ (3) |
(0242020) Kaboċċi kkapoċċati (3) |
(0213020) Karrotti (3) |
(0280010) Faqqiegħ ikkultivat (3) |
(0231010) Tadam (3) |
(0211000) Patata (3) |
(0231020) Bżar ħelu (3) |
(0252010) Spinaċi (3) |
(0300010) Fażola (mnixxfa) (3) |
(0500090) Ħabb tal-qamħ (4) |
(0500070) Ħabb tas-segala (4) |
|
Żejt taż-żebbuġa verġni minn (0402010) Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt (jekk ma jkun disponibbli ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati). |
(0500060) Ir-ross ismar (ir-ross meħluf), li huwa ddefinit bħala ross wara li titneħħa l-qoxra mir-ross bil-ħliefa (7) |
PARTI B
Prodotti (1) ta’ oriġini mill-annimali (2) li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom fl-2024, fl-2025 u fl-2026
2024 |
2025 |
2026 |
(d) |
(e) |
(f) |
(1020010) Ħalib tal-baqar (9) |
||
(1012030) Fwied tal-bovini (3) |
PARTI C
Kombinamenti ta’ residwi/prodotti tal-pestiċidi li jridu jiġu analizzati fi/fuq il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti
|
2024 |
2025 |
2026 |
Kummenti |
2,4-D |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-grejpfrut, fl-għeneb tal-mejda, fil-brunġiel, fil-brokkli u fuqhom fl-2024; fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2025; fil-larinġ, fil-pastard, fir-ross ismar, fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026. |
2-Fenilfenol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Abamektina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aċefat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aċetamiprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aklonifen |
|
|
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-karrotti u fuqhom fl-2026. |
Akrinatrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aldikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aldrin u dieldrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ametoktradin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ażinfos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ażossistrobina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bifentrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bifenil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bitertanol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Boskalid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Jon tal-bromur |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu u fuqu fl-2024; fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2025; fir-ross ismar u fuqu fl-2026. |
Bromopropilat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Bupirimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Buprofeżin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Kaptan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Karbaril |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Karbendażim u benomil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Karbofuran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorantraniliprol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorfenapir |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klormekwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-tadam, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2025; fil-karrotti, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2026. |
Klorotalonil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorprofam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorpirifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klorpirifos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klofenteżina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klopiralid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Klotijanidina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Komposti tar-ram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċjantraniliprol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċjażofammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiflufenammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiflutrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċimoksanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċipermetrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiprokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiprodinil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ċiromażina |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ, fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2024; fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2025; fil-patata, fil-basal, fil-karrotti u fuqhom fl-2026. |
Deltametrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Diażinon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Diklorvos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dikloran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dikofol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dietofenkarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Difenokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Diflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dimetoat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dimetomorf |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Dinikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Difenilammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ditijanon |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2024; fit-tuffieħ, fil-ħawħ u fuqhom fl-2025; fil-lanġas, fir-ross ismar u fuqhom fl-2026. |
Ditijokarbamati |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkli, il-pastard, il-kaboċċi kkapoċċati, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal. |
Dodina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Benżoat tal-emamektin B1a, espress bħala emamektin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Endosulfan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Epoksikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etefon |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu, fil-qamħ, fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2024; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2025; fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2026. |
Etijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etirimol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etofenproks |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Etossażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ossidu tal-etilen |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-qamħ u fuqu fl-2024; fix-xgħir u l-ħafur u fuqhom fl-2025; fil-fażola (mnixxfa), fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2026. |
Famoksadon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenamidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenamifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenarimol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenażakwin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenbukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Ossidu tal-fenbutatin |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-grejpfrut, fil-bżar ħelu, fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2024; fit-tuffieħ, fil-frawli, fil-ħawħ, fit-tadam, fl-inbid u fuqhom fl-2025; fil-larinġ, fil-lanġas u fuqhom fl-2026. |
Feneżammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenitrotijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenossikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpropatrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpropidina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpropimorf |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpirażammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenpirossimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fentijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fenvalerat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fipronil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flonikammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluważifop-P |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-frawli, fil-kaboċċa kkapoċċata, fil-ħass, fl-ispinaċi, fit-tadam u fuqhom fl-2025; fil-pastard, fil-fażola mnixxfa, fil-patata, fil-karrotti u fuqhom fl-2026. |
Flubendiammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fludioksonil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flufenoksuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluwopikolid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluwopiram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flupiradifuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flukwinkonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flusilażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Flutrijafol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fluksapiroksad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Folpet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Formetanat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fosetil-Al |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fostijażat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Glufosinat-ammonju |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Glifosat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Aloksifop inkluż l-aloksifop-P |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-brokkli, fil-grejpfruts, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras u fuqhom fl-2025; fil-fażola mnixxfa u fuqha fl-2026. |
Eżakonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Eksitijażoks |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Imażalil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Imidakloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Indoksakarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Iprodijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Iprovalikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Iżokarbofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Iżoprotijolan |
|
|
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2026. Ma għandha tiġi analizzata fl-ebda prodott jew fuq l-ebda prodott fl-2024 u fl-2025. |
Kreżoksim-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Lambda-ċjalotrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Linuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Lufenuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Malatijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Idrażid malejku |
|
|
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-basal u l-patata u fuqhom fl-2026. |
Mandipropammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Mepanipirim |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Mepikwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2024; fix-xgħir u l-ħafur u fuqhom fl-2025; fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2026. |
Metaflumiżon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metalaksil u metalaksil-M |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metamidofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metidatijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metijokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metomil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metossifenożid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Metrafenon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Monokrotofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Miklobutanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Nikotina |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2024; fit-tuffieħ, fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2025; fil-basal, fil-patata u fuqhom fl-2026. |
Ometoat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Oksadiksil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Oksamil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Oksidemeton-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Paklobutrażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Paratijon-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Penkonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Penċikuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pendimetalina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Permetrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Fosmet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pirimikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pirimifos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Prokloraż |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Proċimidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Profenofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Propamokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda, fil-bettieħ, fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-frawli, fil-kaboċċi bir-ras, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam, fix-xgħir u fuqhom fl-2025; fil-karrotti, fil-pastard, fil-basal, fil-patata u fuqhom fl-2026. |
Propargit |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Propikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Propiżammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Prokwinażid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Prosulfokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Protijokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2024; fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2025; fil-karrotti, fil-basal, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2026. |
Pimetrożina |
(b) |
(c) |
|
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2024; fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2025. Ma għandha tiġi analizzata fl-ebda prodott jew fuq l-ebda prodott fl-2026. |
Piraklostrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Piridaben |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Piridalil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Pirimetanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Piriprossifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Kinossifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spinetoram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spinosad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spirodiklofen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spiromesifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spirossammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Spirotetramat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Sulfoksaflor |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tau-Fluvalinat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tebukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tebufenożid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tebufenpirad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Teflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Teflutrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Terbutilażin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tetrakonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tetradifon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijabendażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijakloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijametossam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijodikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tijofanat-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Tolklofos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Trijadimefon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Trijadimenol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Triażofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Triċiklażol |
|
|
(a) |
Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2026. |
Trifloksistrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Triflumiżol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Triflumuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Vinklożolin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
Żossammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
PARTI D
Kombinamenti ta’ residwi ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu analizzati fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u fuqhom
|
2024 |
2025 |
2026 |
Kummenti |
Aldrin u dieldrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Bifentrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Klordan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Klormekwat |
|
(e) |
(f) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib tal-baqar u fuqu fl-2025; fil-fwied tal-bovini u fuqu fl-2026. |
Klorpirifos |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Klorpirifos-metil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Komposti tar-ram |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Ċipermetrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
DDT |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Deltametrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Diażinon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Endosulfan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Famoksadon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Fenvalerat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Fipronil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Glufosinat-ammonju |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Glifosat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Ettakloru |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Eżaklorobenżen |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru) |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru) |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Indoksakarb |
|
(e) |
|
Għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib tal-baqar u fuqu fl-2025. |
Lindan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Mepikwat |
|
(e) |
(f) |
Għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib tal-baqar u fuqu fl-2025; fil-fwied tal-bovini u fuqu fl-2026. |
Metossiklor |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Paratijon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Pendimetalina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Permetrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
Pirimifos-metil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
(1) Il-kodiċijiet tal-prodotti skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/2005 (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(2) Il-partijiet tal-prodotti mhux ipproċessati li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/2005 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(3) Għandhom jiġu analizzati l-prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk japplika.
(4) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir, jista’ jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(5) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tal-ħafur, l-għadd ta’ kampjuni mill-għadd meħtieġ tal-ħabb tal-ħafur li ma jkunx seta’ jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħabb tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħabb tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħabb tax-xgħir jiżdied b’mod proporzjonali.
(6) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tax-xgħir, l-għadd ta’ kampjuni mill-għadd meħtieġ tal-ħabb tax-xgħir li ma jkunx seta’ jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħabb tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħabb tax-xgħir ikun inqas, u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħabb tal-ħafur jiżdied b’mod proporzjonali.
(7) Meta jkun jixraq, jista’ jiġi analizzat ukoll il-ħabb tar-ross li jkunu tneħħewlu l-qoxra u l-ħliefa. Għandu jiġi rrappurtat liema tip ta’ ross ikun ġie analizzat, jekk kienx ross imqaxxar u meħluf, jew ross meħluf biss. Jekk ikun ġie analizzat ir-ross imqaxxar u meħluf, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(8) Jistgħu jittieħdu kampjuni mil-laħam f’konformità mat-Tabella 3 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(9) Il-ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, kif ukoll il-ħalib iffriżat, pasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.
(10) Għandu jiġi analizzat il-bajd sħiħ mingħajr il-qoxra.
ANNESS II
L-għadd ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
(1)
L-għadd minimu ta’ kampjuni minn kull prodott li jridu jittieħdu u jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, huwa stabbilit fil-punt (5).
(2)
Minbarra l-kampjuni meħtieġa f’konformità mal-punt (5):
— |
fl-2024 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi b’bażi ta’ ċereali pproċessat; |
— |
fl-2025 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta’ prosegwiment u ikel tat-trabi b’bażi ta’ ċereali pproċessat. |
— |
fl-2026 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza ħames kampjuni ta’ formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta’ formuli ta’ prosegwiment; |
(3)
Meta jkunu disponibbli, f’kull Stat Membru għandha tittieħed kwantità ta’ kampjuni minn komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, li tkun proprozjonata mas-sehem fis-suq ta’ dawk il-komoditajiet, b’minimu ta’ 1.
(4)
L-Istati Membri li jużaw metodi multiresidwi jistgħu jużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv fuq massimu ta’ 15 % tal-kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati f’konformità mal-punt (5). Meta jintużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv, l-għadd ta’ kampjuni li jifdal għandu jiġi analizzat permezz ta’ metodi multiresidwi kwantitattivi.Meta r-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodu mmirat li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.
(5)
L-għadd minimu ta’ kampjuni għal kull sena għal kull komodità:
BE |
15 |
|
LT |
12 |
|
|
|||
BG |
15 |
LU |
12 |
|
|
|
|||
CZ |
15 |
HU |
15 |
|
|
|
|||
DK |
12 |
MT |
12 |
|
|
|
|||
DE |
106 |
NL |
20 |
|
|
|
|||
EE |
12 |
AT |
15 |
|
|
||||
IE |
12 |
PL |
51 |
|
|
|
|||
EL |
15 |
PT |
15 |
|
|
|
|||
ES |
55 |
RO |
22 |
|
|
|
|||
FR |
78 |
SI |
12 |
|
|
|
|||
HR |
12 |
SK |
12 |
|
|
|
|||
IT |
75 |
FI |
12 |
|
|
|
|||
CY |
12 |
SE |
15 |
|
LV |
12 |
UK(NI) (1) |
12 |
|
GĦADD TOTALI TA’ KAMPJUNI: 683 |
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.