|
22.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/38 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/659
tat-2 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 452/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 61(1)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (2) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-awtorizzazzjonijiet li l-operaturi tal-ajru minn pajjiżi terzi involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru jridu jiksbu jekk jixtiequ joperaw fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fi ħdanu jew ’il barra minnu. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 61(2)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-proċess li permezz tiegħu l-awtorizzazzjonijiet għall-operat ta’ inġenji tal-ajru fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati minn operatur tal-inġenji tal-ajru ta’ pajjiż terz, fi ħdanu jew ’il barra minnu, irid ikun sempliċi, proporzjonat, effettiv u kosteffiċjenti u jrid jippermetti dimostrazzjonijiet ta’ konformità li jkunu proporzjonati għall-kumplessità tal-operat u għar-riskju involut f’dak l-operat. |
|
(3) |
Valutazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 452/2014 imwettqa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) identifikat bosta titjib potenzjali, li jkopri erba’ oqsma ewlenin: l-effiċjenza, l-infurzar, il-flessibbiltà u l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 452/2014 biex jinkorporaw it-titjib identifikat. |
|
(4) |
B’mod partikolari, jeħtieġ li titneħħa l-possibbiltà għall-operaturi ta’ pajjiżi terzi li jużaw miżuri ta’ mitigazzjoni biex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ konformità mal-istandards rilevanti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). Il-konformità ma’ dawk l-istandards jeħtieġ li tinkiseb qabel ma tinħareġ awtorizzazzjoni ta’ TCO u kwalunkwe ħtieġa għal flessibbiltà għandha tiġi indirizzata permezz ta’ proċedura stabbilita fl-Artikolu 76(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(5) |
Jeħtieġ ukoll li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet li jippermettu, f’ċerti kundizzjonijiet, lill-operaturi ta’ pajjiżi terzi jwettqu ċerti titjiriet fit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati, fi ħdanu jew ’il barra minnu, mingħajr ma l-ewwel jiksbu awtorizzazzjoni, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali u tittejjeb l-effiċjenza. |
|
(6) |
Bl-istess mod, huwa meħtieġ li tittejjeb l-effiċjenza tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sorveljanza ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi u li tiżdied iċ-ċertezza legali, b’mod partikolari billi jiġu eliminati ċerti xkiel għad-diġitalizzazzjoni tal-proċess, billi jiġu ċċarati iktar ċerti aspetti relatati mal-validità tal-awtorizzazzjonijiet ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll ċerti passi proċedurali tal-proċess meħuda mill-Aġenzija. |
|
(7) |
Sabiex jitrawwem approċċ ibbażat fuq ir-riskju fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi, jeħtieġ li jitqiesu d-daqs, l-ambitu u l-kumplessità tal-operati rilevanti biex tittejjeb il-konsistenza. Fl-istess ħin, jeħtieġ ukoll li jiżdiedu l-mezzi ta’ sorveljanza u ta’ infurzar għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija, speċifikament billi tiġi permessa is-sorveljanza intensifikata ta’ ċerti operaturi ta’ pajjiżi terzi u billi jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet relatati mal-ħruġ tas-sejbiet, kif ukoll is-sospensjoni u r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi. |
|
(8) |
Bl-istess mod jeħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 452/2014 biex tittejjeb il-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 b’mod partikolari billi jiġu ċċarati iktar il-kundizzjonijiet u l-passi proċedurali li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija meta tirċievi applikazzjoni mingħand operatur ta’ pajjiż terz soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat jew restrizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(9) |
Finalment, jeħtieġ li jsiru diversi emendi editorjali għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 452/2014, fosthom, biex jiġu aġġornati r-referenzi legali għar-Regolament (UE) 2018/1139. Barra minn hekk, qed jiġu proposti xi bidliet fid-definizzjonijiet għal raġunijiet ta’ konsistenza mar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 452/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 02/2022 (4), maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 75(2)(b) u (c), u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 452/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikoli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) li jkunu involuti f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru lejn it-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati, kif ukoll fi ħdanu jew ’il barra minnu, inkluż il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għal-limitazzjoni, għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tagħhom, tal-privileġġi u tar-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet li skonthom l-operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 3 Awtorizzazzjonijiet L-operaturi ta’ pajjiżi terzi għandhom iwettqu biss operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru lejn territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, kif ukoll fi ħdanu jew ’il barra minnu, jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness 1 u jekk ikollhom awtorizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.” (*1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1)." ; |
|
(2) |
L-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (UE) Nru 452/2014 huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).
(4) L-Opinjoni Nru 02/2022 tal-EASA, Aġġornament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (ir-Regolament dwar l-Operaturi ta’ Pajjiżi Terzi (TCO) tal-25 ta’ April 2022 (https://www.easa.europa.eu/en/document-library/opinions/opinion-no-022022).
ANNESS
|
(1) |
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness 2 huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1)”;
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).”;”