|
13.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/565
tal-10 ta’ Marzu 2023
dwar l-awtorizzazzjoni tal-ettanoat tal-etil, it-2-metilbutirat tal-etil, l-aċetat tal-isopentil, it-3-metilbutirat tat-3-metilbutil, l-aċidu 2-metilpropjoniku, il-butirat tat-3-metilbutil, l-aċetat tat-2-metilbutil, l-eż-2-en-1-ol, l-eż-2(trans)-enal, l-eżanoat tal-allil, l-ettanoat tal-allil, il-linalool, it-2-metil-1-fenilpropan-2-ol, l-alfa-jonon, il-beta-damaskon, in-nootkaton, il-beta-jonon, l-alfa-iron, il-beta-damaskenon, l-(E)-beta-damaskon, il-pentadekano-1,15-lakton, it-2-feniletan-1-ol, l-isovalerat tal-fenetil, il-4-(p-idrossifenil)butan-2-on, it-2-metossinaftalen, it-2-isopropil-4-metiltijażol u l-valenċen bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u -Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanzi ettanoat tal-etil, 2-metilbutirat tal-etil, aċetat tal-isopentil, 3-metilbutirat tat-3-metilbutil, aċidu 2-metilpropjoniku, butirat tat-3-metilbutil, aċetat tat-2-metilbutil, eż-2-en-1-ol, eż-2(trans)-enal, eżanoat tal-allil, ettanoat tal-allil, linalool, 2-metil-1-fenilpropan-2-ol, alfa-jonon, beta-damaskon, nootkaton, beta-jonon, alfa-iron, beta-damaskenon, (E)-beta-damaskon, pentadekano-1,15-lakton, 2-feniletan-1-ol, isovalerat tal-fenetil, 4-(p-idrossifenil)butan-2-on, 2-metossinaftalen, 2-isopropil-4-metiltijażol u valenċen kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk is-sustanzi ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti jagħmlu parti mill-grupp funzjonali tal-komposti aromatizzanti f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu bosta applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sustanzi msemmija hawn fuq bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali. L-applikant talab biex l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ilma tax-xorb għas-sustanzi kollha kkonċernati. |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-7 ta’ Marzu 2012 (3), tal-25 ta’ April 2012 (4), tas-17 ta’ Ottubru 2012 (5) , (6), tat-13 ta’ Novembru 2012 (7), tat-12 ta’ Marzu 2013 (8), tal-10 ta’ Marzu 2015 (9), tat-8 ta’ Marzu 2016 (10), tal-20 ta’ April 2016 (11), tat-12 ta’ Lulju 2016 (12), tat-28 ta’ Frar 2019 (13), tat-18 ta’ Novembru 2020 (14) u tat-23 ta’ Marzu 2022 (15) , l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, is-sustanzi ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumaturi jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li għat-2-metil-1-fenilpropan-2-ol, għall-beta-damaskon, għall-alfa-jonon, għall-(E)-beta-damaskon, għall-isovalerat tal-fenetil, għall-4-(p-idrossifenil)butan-2-on u għat-2-isopropil-4-metiltijażol, il-livell tal-użu sikur għall-ambjent tal-baħar huwa stmat li huwa ta’ 0,05 mg/kg ta’ għalf. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li s-sustanzi kollha jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u bħala sensitizzaturi respiratorji u tal-ġilda potenzjali f’individwi suxxettibbli. Fin-nuqqas ta’ data għall-eż-2-en-1-ol, għall-eż-2(trans)-enal, għall-eżanoat tal-allil u għall-ettanoat tal-allil, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi li l-utenti jistgħu jimmaniġġjaw dawk is-sustanzi b’mod sikur. Madankollu, l-applikant, kif meħtieġ, ippreżenta skeda tad-data tas-sikurezza fejn ġew identifikati l-perikli għall-utenti għal dawk is-sustanzi. Il-perikli deskritti fl-iskeda tad-data tas-sikurezza kienu, b’mod partikolari, perikli għall-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn u għall-esponiment respiratorju għall-eż-2(trans)-enal, perikli għall-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn għall-eż-2-en-1-ol u għall-ettanoat tal-allil u jagħmel ħsara jekk jibela’ u tossiku meta jmiss mal-ġilda għall-eżanoat tal-allil. |
|
(7) |
L-Awtorità fl-aħħar kkonkludiet li s-sustanzi kollha huma rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel. Għalhekk, l-ebda dimostrazzjoni ulterjuri tal-effikaċja ma hija meqjusa meħtieġa. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tas-sustanzi kollha turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk is-sustanzi jiġi awtorizzat. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi indikat kontenut massimu rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. |
|
(10) |
Il-fatt li s-sustanzi mhumiex awtorizzati għall-użu bħala aromatizzanti fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tagħhom fl-għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(11) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta’ Ottubru 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ April 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta’ April 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ April 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta’ April 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ April 2023 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2012;10(3):2625.
(4) EFSA Journal 2012;10(5):2678.
(5) EFSA Journal 2012;10(10):2927.
(6) EFSA Journal 2012;10(10):2928
(7) EFSA Journal 2012;10(11):2966.
(8) EFSA Journal 2013;11(4):3169.
(9) EFSA Journal 2015;13(3):4053.
(10) EFSA Journal 2016;14(6):4441.
(11) EFSA Journal 2016;14(6):4475.
(12) EFSA Journal 2016;14(8):4557.
(13) EFSA Journal 2019;17(3):5654.
(14) EFSA Journal 2020;18(12):6338.
(15) EFSA Journal 2022;20(4):7248.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09093 |
Ettanoat tal-etil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ettanoat tal-etil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ettanoat tal-etil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 98 % Formula kimika: C9H18O2 Numru CAS: 106-30-9 FLAVIS: 09.093 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-ettanoat tal-etil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09409 |
2-Metilbutirat tal-etil |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Metilbutirat tal-etil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Metilbutirat tal-etil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 95 % Formula kimika: C7H14O2 Numru CAS: 7452-79-1 FLAVIS: 09.409 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tat-2-metilbutirat tal-etil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09024 |
Aċetat tal-isopentil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat tal-isopentil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċetat tal-isopentil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 95 % Formula kimika: C7H14O2 Numru CAS: 123-92-2 FLAVIS: 09.024 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-isopentil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09463 |
3-Metilbutirat tat-3-metilbutil |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3-Metilbutirat tat-3-metilbutil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-Metilbutirat tat-3-metilbutil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 98 % Formula kimika: C10H20O2 Numru CAS: 659-70-1 FLAVIS: 09.463 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (4) Għad-determinazzjoni tat-3-metilbutirat tat-3-metilbutil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b08006 |
Aċidu 2-metilpropjoniku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu 2-metilpropjoniku Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu 2-metilpropjoniku Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 99 % Formula kimika: C4H8O2 Numru CAS: 79-31-2 FLAVIS: 08.006 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (5) Għad-determinazzjoni tal-aċidu 2-metilpropjoniku fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09055 |
Butirat tat-3-metilbutil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Butirat tat-3-metilbutil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Butirat tat-3-metilbutil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 98 % Formula kimika: C9H18O2 Numru CAS: 106-27-4 FLAVIS: 09.055 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (6) Għad-determinazzjoni tal-butirat tat-3-metilbutil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09286 |
Aċetat tat-2-metilbutil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat tat-2-metilbutil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċetat tat-2-metilbutil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 99 % Formula kimika: C7H14O2 Numru CAS: 624-41-9 FLAVIS: 09.286 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (7) Għad-determinazzjoni tal-aċetat tat-2-metilbutil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b02020 |
Eż-2-en-1-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Eż-2-en-1-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Eż-2-en-1-ol Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 95 % Formula kimika: C6H12O Numru CAS: 2305-21-7 FLAVIS: 02.020 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (8) Għad-determinazzjoni tal-eż-2-en-1-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b05073 |
Eż-2(trans)-enal |
Kompożizzjoni tal-addittiv Eż-2(trans)-enal Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Eż-2(trans)-enal Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 92 % Formula kimika: C6H10O Numru CAS: 6728-26-3 FLAVIS: 05.073 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (9) Għad-determinazzjoni tal-eż-2(trans)-enal fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09244 |
Eżanoat tal-allil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Eżanoat tal-allil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Eżanoat tal-allil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 98 % Formula kimika: C9H16O2 Numru CAS: 123-68-2 FLAVIS: 09.244 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (10) Għad-determinazzjoni tal-eżanoat tal-allil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b09097 |
Ettanoat tal-allil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ettanoat tal-allil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ettanoat tal-allil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 97 % Formula kimika: C10H18O2 Numru CAS: 142-19-8 FLAVIS: 09.097 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (11) Għad-determinazzjoni tal-ettanoat tal-allil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b02013 |
Linalool |
Kompożizzjoni tal-addittiv Linalool Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Linalool Prodott b’sinteżi kimika jew b’distillazzjoni frazzjonali u b’rettifikazzjoni sussegwenti miż-żjut tal-injam dagħmi tal-Cajenne, tal-injam dagħmi tal-Brażil, tal-linaloe Messikan, tax-shiu u taż-żerriegħa tal-kosbor. Purità: minimu ta’ 95 % Formula kimika: C10H18O Numru CAS: 78-70-6 FLAVIS: 02.013 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (12) Għad-determinazzjoni tal-linaloe fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b02035 |
2-Metil-1-fenilpropan-2-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Metil-1-fenilpropan-2-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Metil-1-fenilpropan-2-ol Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 97 % Formula kimika: C10H14O Numru CAS: 100-86-7 FLAVIS: 02.035 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (13) Għad-determinazzjoni tal-2-metil-1-fenilpropan-2-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b07007 |
Alfa-jonon |
Kompożizzjoni tal-addittiv Alfa-jonon Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Alfa-jonon Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 85 % Formula kimika: C13H20O Numru CAS: 127-41-3 FLAVIS: 07.007 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (14) Għad-determinazzjoni tal-alfa-jonon fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07083 |
beta-Damaskon |
Kompożizzjoni tal-addittiv beta-Damaskon Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva beta-Damaskon Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 90 % Formula kimika: C13H20O Numru CAS: 23726-92-3 FLAVIS: 07.083 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (15) Għad-determinazzjoni tal-beta-damaskon fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b07089 |
Nootkaton |
Kompożizzjoni tal-addittiv Nootkaton Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Nootkaton Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 93 % Formula kimika: C15H22O Numru CAS: 4674-50-4 FLAVIS: 07.089 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (16) Għad-determinazzjoni tan-nootkaton fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||
|
2b07008 |
beta-Jonon |
Kompożizzjoni tal-addittiv beta-Jonon Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva beta-Jonon Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 95 % Formula kimika: C13H20O Numru CAS: 14901-07-6 FLAVIS: 07.008 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||
|
Metodu analitiku (17) Għad-determinazzjoni tal-beta-jonon fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07011 |
alfa-Iron |
Kompożizzjoni tal-addittiv alfa-Iron Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva alfa-Iron Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 98 % Formula kimika: C14H22O Numru CAS: 79-69-6 FLAVIS: 07.011 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (18) Għad-determinazzjoni tal-alfa-iron fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||
|
2b07108 |
beta-Damaskenon |
Kompożizzjoni tal-addittiv beta-Damaskenon Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva beta-Damaskenon Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 98 % Formula kimika: C13H18O Numru CAS: 23696-85-7 FLAVIS: 07.108 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||
|
Metodu analitiku (19) Għad-determinazzjoni tal-beta-damaskenon fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07224 |
(E)-beta-Damaskon |
Kompożizzjoni tal-addittiv (E)-beta-Damaskon Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva (E)-beta-Damaskon Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 90 % Formula kimika: C13H20O Numru CAS: 23726-91-2 FLAVIS: 07.224 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (20) Għad-determinazzjoni tal-(E)-beta-damaskon fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b10004 |
Pentadekano-1,15-lakton |
Kompożizzjoni tal-addittiv Pentadekano-1,15-lakton Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Pentadekano-1,15-lakton Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 98 % Formula kimika: C15H28O2 Numru CAS: 106-02-5 FLAVIS: 10.004 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (21) Għad-determinazzjoni tal-pentadekano-1,15-lakton fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b02019 |
2-Feniletan-1-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Feniletan-1-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Feniletan-1-ol Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 98 % Formula kimika: C8H10O Numru CAS: 60-12-8 FLAVIS: 02.019 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (22) Għad-determinazzjoni tat-2-feniletan-1-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b09466 |
Isovalerat tal-fenetil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isovalerat tal-fenetil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isovalerat tal-fenetil Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 97 % Formula kimika: C13H18O2 Numru CAS: 140-26-1 FLAVIS: 09.466 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (23) Għad-determinazzjoni tal-isovalerat tal-fenetil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b07055 |
4-(p-Idrossifenil)butan-2-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 4-(p-Idrossifenil)butan-2-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 4-(p-Idrossifenil)butan-2-on Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ > 96 % Formula kimika: C10H12O2 Numru CAS: 5471-51-2 FLAVIS: 07.055 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (24) Għad-determinazzjoni tal-4-(p-idrossifenil)butan-2-on fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b04074 |
2-Metossinaftalen |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Metossinaftalen Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Metossinaftalen Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 99 % Formula kimika: C11H10O Numru CAS: 93-04-9 FLAVIS: 04.074 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (25) Għad-determinazzjoni tat-2-metossinaftalen fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b15026 |
2-Isopropil-4-metiltijażol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Isopropil-4-metiltijażol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Isopropil-4-metiltijażol Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 96 % Formula kimika: C7H11NS Numru CAS: 15679-13-7 FLAVIS: 15.026 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (26) Għad-determinazzjoni tat-2-isopropil-4-metiltijażol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b01017 |
Valenċen |
Kompożizzjoni tal-addittiv Valenċen Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Valenċen Prodott b’sinteżi kimika Purità: minimu ta’ 94 % Formula kimika: C15H24 Numru CAS: 4630-07-3 FLAVIS: 01.017 |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
it-2 ta’ April 2033 |
||||||||||
|
Metodu analitiku (27) Għad-determinazzjoni tal-valenċen fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta’ aromatizzanti tal-għalf:
|
||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(5) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(7) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(8) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(9) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(10) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(11) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(12) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(13) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(14) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(15) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(16) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(17) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(18) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(19) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(20) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(21) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(22) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(23) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(24) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(25) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(26) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(27) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en