10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/543

tad-9 ta’ Marzu 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 fir-rigward tal-allokazzjoni lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura tat-tiġdid, tal-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Jannar 2029 u l-1 ta’ Ottubru 2035

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jalloka l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi lil Stat Membru relatur u lil Stat Membru korelatur, għall-finijiet tal-proċedura tat-tiġdid. Billi l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn l-31 ta’ Jannar 2029 u l-1 ta’ Ottubru 2035 għadha ma ġietx allokata lil Stat Membru relatur jew lil Stat Membru korelatur, jixraq li din l-allokazzjoni ssir.

(2)

Jenħtieġ li dik l-allokazzjoni ssir b’tali mod li jiżgura bilanċ bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tax-xogħol.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012, li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012, tiżdied din il-Parti E:

“PARTI E

L-allokazzjoni tal-evalwazzjoni ta’ sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi bejn il-31 ta’ Jannar 2029 u l-1 ta’ Ottubru 2035

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

1-metilċiklopropen

DE

EL

2,4-D

DE

EL

2,4-DB

EL

IE

ABE-IT 56

FR

PT

Aċetamiprid

DE

ES

Aċibenżolar-S-metil

ES

BE

Ampelomyces quisqualis razza AQ10

SE

NL

Bacillus amyloliquefaciens razza FZB24

DE

AT

Bacillus subtilis razza IAB/BS03

ES

AT

Beauveria bassiana razza 203

DK

NL

Beauveria bassiana razza IMI389521

SE

NL

Beauveria bassiana razza PPRI 5339

SE

NL

Aċidu benżojku

HU

CZ

Karfentrażon-etil

FR

DE

Karvon

IT

NL

Cerevisane

ES

DE

Clonostachys rosea razza J1446

HU

AT

Coniothyrium minitans razza CON/M/91-08

AT

EE

COS-OGA

FR

HR

Ċjalofop-butil

CZ

BE

Ċipermetrina

CZ

DE

Dimetenammid-P

BE

DE

Etofumesat

AT

FI

Feneżammid

BE

CZ

Fosfat ferriku

PL

DK

Pirofosfat ferriku

CZ

FR

Flażasulfuron

ES

PL

Florasulam

CZ

FR

Florpirawksifen-benżil

FR

IT

Flutjanil

DE

EL

Foramsulfuron

FR

SK

Forklorfenuron

ES

BE

Jodosulfuron

BE

FR

Iprovalikarb

SE

LV

Isaria fumosorosea razza Apopka 97

NL

AT

Isossaflutol

SE

BE

Laminarina

EL

FR

Lavandulil seneċjoat

SE

NL

Idrażid malejku

SI

IT

Mefentriflukonażol

ES

FR

Meżosulfuron

PL

SE

Meżotrion

NL

SK

Metalassil-M

DE

EL

L-iżolat Ħafif VC 1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino

FR

DE

L-iżolat Ħafif VX 1 tal-Virus tal-Mużajk tal-Pepino

FR

DE

Pasteuria nishizawae Pn1

NL

DK

Virus Pepino mosaic razza CH2 iżolat 1906

FI

BE

Petossammid

AT

FR

Phlebiopsis gigantea razza FOC PG 410.3

EE

FI

Phlebiopsis gigantea razza VRA 1835

EE

FI

Phlebiopsis gigantea razza VRA 1984

EE

FI

Pikolinafen

LT

IT

Propossikarbażon

SE

BE

Piraflufen-etil

DE

FR

Piridat

AT

DE

Piriprossifen

ES

BE

Saccharomyces cerevisiae razza LAS02

EL

AT

Siltijofam

NL

IE

Idroġenukarbonat tas-sodju

AT

FR

Sulfosulfuron

IE

SE

Tijabendażol

NO

ES

Tifensulfuron-metil

FR

DK

Tolklofos-metil

FI

SE

Tribenuron

FR

SE

Trichoderma atroviride razza SC1

SI

NL

Trifloksistrobin

HR

DE

Verticillium albo-atrum razza WCS850

NL

SE

Żossammid

BE

PL”