2.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/448

tal-1 ta’ Marzu 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(11) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk. Is-sistema ta’ traċċabbiltà għandha l-għan li tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’għodda effettiva li tippermetti l-insegwiment u t-traċċar tal-prodotti tat-tabakk madwar l-Unjoni u l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet frodulenti li jirriżultaw biex prodotti illeċiti jkunu disponibbli għall-konsumaturi.

(2)

F’dan ir-rigward, ir-regoli operazzjonali tas-sistema ta’ traċċabbiltà għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirċievu d-data li jeħtieġu sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ traċċabbiltà tat-tabakk u l-kontroll tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-traċċabbiltà tat-tabakk, kif ukoll l-infurzar ta’ din il-leġiżlazzjoni rispettivament.

(3)

Fl-20 ta’ Mejju 2019, is-sistema ta’ traċċabbiltà stabbilita f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 bdiet tiġbor id-data dwar il-movimenti tal-prodotti tat-tabakk u d-data tranżazzjonali. L-esperjenza fl-implimentazzjoni tagħha wriet ukoll l-importanza ta’ kwalità, akkuratezza, kompletezza u komparabbiltà għolja tad-data li jeħtieġ li tiġi rreġistrata u trażmessa lis-sistema fil-ħin.

(4)

Fir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-20 ta’ Mejju 2021 (3), il-Kummissjoni enfasizzat li l-Istati Membri u l-Kummissjoni kellhom problemi konsiderevoli bil-kwalità tad-data dwar it-traċċabbiltà, pereżempju fir-rigward tan-numri tat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-informazzjoni dwar il-magni tal-produzzjoni jew l-informazzjoni dwar l-aħħar movimenti tal-prodotti lejn l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut. B’mod partikolari, jenħtieġ li tiġi emendata d-definizzjoni attwali tal-magni biex tirrifletti l-konfigurazzjonijiet varji tal-magni adottati fis-settur u biex tindirizza l-kwalità ħażina osservata tal-informazzjoni dwar il-magni. Ir-rapport ikkonkluda wkoll li l-kwalità tad-data tibqa’ kritika għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar it-traċċabbiltà tat-tabakk u għall-ilħuq sħiħ tal-objettivi tas-sistema ta’ traċċabbiltà.

(5)

Id-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jseħħu fuq bażi regolari fil-qafas tas-Sottogrupp ta’ Esperti dwar it-Traċċabbiltà u l-Karatteristiċi ta’ Sigurtà komplew juru li data robusta, kompluta u ta’ kwalità tajba biss tista’ tiżgura sistema ta’ traċċabbiltà kompletament funzjonali u ta’ suċċess. Għall-monitoraġġ u l-użu ta’ din id-data, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jridu jkunu mgħammra b’għodod analitiċi u b’soluzzjonijiet tekniċi effettivi, b’mod partikolari l-interfaċċi meħtieġa li jippermettulhom jaċċessaw u jfittxu d-data maħżuna fis-sistema tar-repożitorji.

(6)

Abbażi tal-esperjenza u l-għarfien miġbura, hemm il-ħtieġa li jiġu emendati ċerti regoli tekniċi stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar mill-atturi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, tissaħħaħ il-prattika tajba f’termini ta’ ġestjoni u analiżi tad-data, u konsegwentement, jittejjeb il-funzjonament tas-sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk. Dawn ir-regoli tekniċi jikkonċernaw it-tħaddim tad-diversi komponenti tas-sistema ta’ repożitorji, il-kompiti tal-emittenti tal-identifikazzjoni u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minnhom, kif ukoll l-attivitajiet ta’ rapportar tal-operaturi ekonomiċi u l-għodod tekniċi disponibbli għall-Istati Membri fil-kuntest tad-dmirijiet ta’ infurzar tagħhom, b’mod partikolari l-interfaċċi kollha ta’ aċċess, inkluż għall-ispezzjonijiet mobbli.

(7)

L-emendi jindirizzaw għadd ta’ eċċezzjonijiet u każijiet speċjali li nqalgħu wara t-tnedija tas-sistema ta’ traċċabbiltà, inkluża l-preżenza ta’ operaturi ekonomiċi involuti biss f’operazzjonijiet kummerċjali mhux loġistiċi, l-involviment ta’ entitajiet mhux tal-UE fil-katina tal-provvista tal-UE, l-eżistenza ta’ stabbilimenti li jikkombinaw funzjonijiet mhux ta’ bejgħ bl-imnut u ta’ bejgħ bl-imnut, każijiet ta’ identifikaturi mitlufa, każijiet ta’ rkupru ta’ oġġetti misruqa, inċidenti tal-IT li jeħtieġu pproċessar mill-ġdid tad-data, u l-preżenza ta’ destinazzjonijiet mhux kummerċjali atipiċi bħal laboratorji jew ċentri għar-rimi tal-iskart. L-operazzjonijiet proprji tas-sistema ta’ traċċabbiltà għenu wkoll biex tinkiseb stampa aħjar tad-daqs tas-settijiet tad-data maħżuna u pproċessati fis-sistema tar-repożitorji, li min-naħa tagħhom jeħtieġu ċerti bidliet fir-regoli dwar il-possibbiltajiet u l-karatteristiċi tas-sistema tar-repożitorji u l-kompiti tal-fornitur tar-repożitorju sekondarju.

(8)

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 jistabbilixxi l-proċeduri għall-għażla tal-operaturi tar-repożitorji primarji u sekondarji. Biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-mod li bih in-notifiki tal-identità tal-fornitur propost jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni minn grupp ta’ impriżi, u minn importaturi u manifatturi mhux tal-Unjoni, u l-kuntratti rilevanti għall-ħżin tad-data jiġu ffirmati, huwa xieraq li jiġu ċċarati ulterjorment ċerti regoli dwar is-sottomissjoni tan-notifiki u l-firma tal-kuntratti għall-ħżin tad-data. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-estensjoni tas-sistema tat-traċċabbiltà tat-tabakk għall-prodotti kollha tat-tabakk li hija prevista mill-Artikolu 15(13) tad-Direttiva 2014/40/UE, tista’ żżid l-għadd ta’ dawn in-notifiki u l-kuntratti tal-ħżin tad-data, huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti aktar dettalji tal-proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-elementi ewlenin tal-kuntratti għall-ħżin tad-data, inkluża l-possibbiltà espliċita li l-Kummissjoni tapprova dawn l-emendi b’mod taċitu.

(9)

Huwa wkoll xieraq li jiġi emendat il-perjodu li fih il-kuntratti bejn kull fornitur tar-repożitorju primarju u l-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandhom jiġu ffirmati u ppreżentati lill-Kummissjoni, biex jiġi żgurat li dawn l-entitajiet ikollhom żmien biżżejjed biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom. Fir-rigward tar-rekwiżiti li japplikaw għall-proċedura dwar it-terminazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u l-fornitur tar-repożitorju sekondarju, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti aktar dettalji dwar il-perjodu ta’ avviż li jeħtieġ li jiġi rrispettat mill-operatur tar-repożitorju sekondarju, sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ il-kontinwità tal-operat u fluss mhux interrott ta’ data fis-sistema.

(10)

Il-Protokoll għall-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4), li jipprevedi pakkett ta’ miżuri li għandhom jittieħdu mill-Partijiet tiegħu għall-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-tabakk, daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2018. Huwa xieraq li s-sistema ta’ traċċabbiltà stabbilita fl-UE tkun aġġornata bl-iżviluppi tekniċi li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ reġim globali ta’ insegwiment u traċċar.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 jiġi emendat skont dan.

(12)

Xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jibdew japplikaw f’data aktar tard mid-dħul fis-seħħ tiegħu, sabiex jippermettu lill-emittenti tal-identifikazzjoni, kif ukoll lill-fornituri tas-servizzi ta’ repożitorju u ta’ apparati kontra t-tbagħbis u lil operaturi ekonomiċi oħrajn iħejju għar-rekwiżiti introdotti minn dawn id-dispożizzjonijiet.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/40/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“identifikatur uniku” tfisser il-kodiċi alfanumeriku li bih il-pakketti individwali jew l-imballaġġ aggregat tal-prodotti tat-tabakk ikunu jistgħu jiġu identifikati;

(2)

“operatur ekonomiku” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika involuta fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, inkluż għall-esportazzjoni, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku qabel l-ewwel faċilità tal-bejgħ bl-imnut;

(3)

“l-ewwel faċilità tal-bejgħ bl-imnut” tfisser faċilità fejn il-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba, inkluż id-distributuri awtomatiċi li jintużaw għall-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk;

(4)

“esportazzjoni” tfisser il-konsenja mill-Unjoni lejn pajjiż terz;

(5)

“imballaġġ aggregat” tfisser kwalunkwe imballaġġ li jkun fih iktar minn pakkett individwali wieħed tal-prodotti tat-tabakk;

(5a)

“diżaggregazzjoni tal-imballaġġ aggregat” tfisser kwalunkwe żarmar tal-imballaġġ aggregat tal-prodotti tat-tabakk;

(6)

“faċilità” tfisser kull post, bini, uffiċċju jew distributur awtomatiku fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu mmanifatturati, jinħażnu, jiġu ġestiti loġistikament jew finanzjarjament jew jitqiegħdu fis-suq;

(7)

“apparat kontra t-tbagħbis” tfisser apparat li jippermetti li jiġi rreġistrat, permezz ta’ vidjo jew ta’ reġistrazzjoni, il-proċess ta’ verifika wara li jiġi applikat kull identifikatur uniku tal-livell tal-pakkett individwali, li wara li jiġi rreġistrat ma jistax jerġa’ jinbidel minn operatur ekonomiku;

(8)

“fajls li ma jkollhomx ġerarkija interna li jintużaw offline (“offline flat files”)” tfisser il-fajls elettroniċi li kull emittent tal-identifikazzjoni jistabbilixxi u jżomm, u li jkun fihom data f’format ta’ test sempliċi li tippermetti li tiġi estratta l-informazzjoni (minbarra l-kronogramma) kkodifikata fl-identifikaturi uniċi użati fil-livell tal-pakketti individwali, kif ukoll fil-livell tal-imballaġġ aggregat, mingħajr ma jkun hemm aċċess għas-sistema ta’ repożitorji;

(9)

“reġistru” tfisser ir-reġistru li kull emittent tal-identifikazzjoni jistabbilixxi u jżomm b’rabta mal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ġġenerati għall-operaturi ekonomiċi, għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, għall-istabbilimenti u għall-magni, flimkien mal-informazzjoni li tikkorrispondi għalihom;

(10)

“portatur tad-data” tfisser portatur li jirrappreżenta d-data f’format li jista’ jinqara bl-għajnuna ta’ apparat;

(11)

“magna” tfisser assemblaġġi ta’ makkinarju li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk u li huma integrali għall-proċess tal-manifattura;

(11a)

“parti tal-magna” tfisser kwalunkwe parti fissa jew mobbli identifikabbli ta’ magna dment li din il-parti tkun tikkostitwixxi modulu komplut. Parti mobbli tista’ tintuża għal magna waħda jew aktar simultanjament jew b’mod interkambjabbli;

(12)

“kronogramma” tfisser id-data u l-ħin meta jseħħ avveniment partikolari, irreġistrati bħala UTC (ħin universali kkoordinat), f’format stabbilit;

(13)

“repożitorju primarju” tfisser repożitorju li fih tinħażen data relatata mat-traċċabbiltà li jkollha x’taqsam biss mal-prodotti ta’ manifattur jew ta’ importatur partikolari;

(14)

“repożitorju sekondarju” tfisser repożitorju li jkun fih kopja tad-data kollha relatata mat-traċċabbiltà maħżuna fir-repożitorji primarji;

(15)

“router” tfisser apparat li jkun jinsab fir-repożitorju sekondarju u li jittrasferixxi d-data bejn il-komponenti differenti tas-sistema ta’ repożitorji;

(16)

“sistema ta’ repożitorji” tfisser is-sistema li tkun magħmula mir-repożitorji primarji, mir-repożitorju sekondarju u mir-router;

(17)

“dizzjunarju tad-data komuni” tfisser sett ta’ informazzjoni li tiddeskrivi l-kontenut, il-format u l-istruttura ta’ bażi tad-data u r-relazzjoni bejn l-elementi tagħha, li tintuża biex jiġi kkontrollat l-aċċess għall-bażijiet tad-data u l-manipulazzjoni tagħhom, li jkunu komuni għar-repożitorji primarji u sekondarji kollha;

(18)

“jum tax-xogħol” tfisser kull jum tax-xogħol fl-Istat Membru li b’rabta miegħu emittent tal-identifikazzjoni huwa kompetenti;

(19)

“trażbord” tfisser kwalunkwe trasferiment tal-prodotti tat-tabakk minn vettura għall-oħra li matulu l-prodotti tat-tabakk la jidħlu f’faċilità u lanqas ma joħorġu minnha;

(20)

“vann għall-bejgħ tal-prodotti” tfisser vettura li tintuża biex il-prodotti tat-tabakk jitwasslu lil diversi stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet li ma jkunux ġew stabbiliti qabel il-konsenja;

(21)

“fornitur ta’ servizzi tal-IT” tfisser fornitur ta’ servizzi li jingħata l-kompitu minn operatur ekonomiku li jittrażmetti informazzjoni dwar il-movimenti tal-prodotti u informazzjoni marbuta mat-tranżazzjonijiet lis-sistema ta’ repożitorji.”.

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   L-emittent tal-identifikazzjoni jista’ jistabbilixxi u jimponi tariffi fuq l-operaturi ekonomiċi talli jkun qed jiġġenera u joħroġ l-identifikaturi uniċi. It-tariffi ma għandhomx ikunu diskriminatorji, għandhom ikunu bbażati fuq il-kost u għandhom ikunu proporzjonati għall-għadd ta’ identifikaturi uniċi li jiġu ġġenerati u jinħarġu għall-operaturi ekonomiċi, filwaqt li jitqies il-mod kif dawn jitwasslulhom. It-tariffi jistgħu jirriflettu l-kostijiet fissi u varjabbli kollha mġarrba mill-emittent tal-identifikazzjoni biex jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu skont dan ir-Regolament.”.

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-proċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħares permezz ta’ apparat kontra t-tbagħbis li tfornih u tinstallah parti terza indipendenti, li għandha tagħti dikjarazzjoni lill-Istati Membri rilevanti u lill-Kummissjoni li l-apparat installat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistru ġġenerat mill-apparat għandu jipprovdi prova tal-applikazzjoni korretta u tal-leġġibbiltà ta’ kull identifikatur uniku tal-livell tal-pakkett individwali. L-apparat għandu jiżgura li kwalunkwe ommissjoni fil-proċess tal-immarkar imsemmi fl-Artikolu 6 tiġi rreġistrata.”.

(4)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-emittenti tal-identifikazzjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jiġġeneraw kodiċi li jkun magħmul mill-elementi elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c).

L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom iħejju u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku struzzjonijiet għall-kodifikazzjoni u għad-dekodifikazzjoni tal-UIs tal-livell tal-pakkett individwali f’konformità mal-Anness III.”.

(5)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jibagħtu talba lill-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għall-UIs tal-livell tal-pakkett individwali msemmija fl-Artikolu 8 u l-kodiċijiet korrispondenti li jinqraw mill-bniedem imsemmija fl-Artikolu 23. It-talbiet għandhom isiru b’mod elettroniku, f’konformità mal-Artikolu 36.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fi żmien jumejn xogħol minn meta jirċievi t-talba, l-emittent tal-identifikazzjoni għandu jagħmel l-affarijiet li ġejjin u fl-ordni mogħtija:

(a)

jiġġenera l-kodiċijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2) u l-kodiċijiet korrispondenti li jinqraw mill-bniedem imsemmija fl-Artikolu 23;

(b)

jibgħat, permezz tar-router, iż-żewġ settijiet ta’ kodiċijiet, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, lir-repożitorju primarju tal-manifattur jew tal-importatur li jkun għamel it-talba, kif stabbilit skont l-Artikolu 26; u

(c)

jibgħat, b’mod elettroniku, iż-żewġ settijiet ta’ kodiċijiet lill-manifattur jew lill-importatur li jkun għamel it-talba.”

;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Madankollu, Stat Membru jista’ jitlob lill-emittenti tal-identifikazzjoni joffru l-konsenja fiżika tal-UIs tal-livell tal-pakketti individwali bħala alternattiva għall-konsenja tagħhom b’mod elettroniku. Meta tiġi offruta l-konsenja fiżika tal-UIs tal-livell tal-pakketti individwali, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jispeċifikaw jekk hijiex mitluba konsenja fiżika. F’dak il-każ, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba, l-emittent tal-identifikazzjoni għandu jagħmel l-affarijiet li ġejjin, u fl-ordni li ġejja:

(a)

jiġġenera l-kodiċijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2) u l-kodiċijiet korrispondenti li jinqraw mill-bniedem imsemmija fl-Artikolu 23;

(b)

jibgħat, permezz tar-router, iż-żewġ settijiet ta’ kodiċijiet, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, lir-repożitorju primarju tal-manifattur jew tal-importatur li jkun għamel it-talba, kif stabbilit skont l-Artikolu 26;

(c)

jibgħat, b’mod elettroniku, iż-żewġ settijiet ta’ kodiċijiet lill-manifattur jew lill-importatur li jkun għamel it-talba;

(d)

iwassal iż-żewġ settijiet ta’ kodiċijiet lill-manifattur jew lill-importatur li jkun għamel it-talba fil-forma ta’ barcodes ottiċi, konformi mal-Artikolu 21, li jkunu mpoġġijin fuq portaturi fiżiċi, bħal tikketti adeżivi.”.

(6)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-emittenti tal-identifikazzjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jiġġeneraw kodiċi li jkun magħmul mill-elementi elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c).

L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom iħejju u jagħmlu disponibbli pubblikament struzzjonijiet għall-kodifikazzjoni u d-dekodifikazzjoni tal-UIs tal-livell aggregat.”.

(7)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-operaturi ekonomiċi u l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut għandhom japplikaw għal kodiċi wieħed (“kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku”) mill-emittent tal-identifikazzjoni li jkun kompetenti għal kull Stat Membru li fih iħaddmu tal-inqas faċilità waħda. L-importaturi għandhom japplikaw ukoll għal kodiċi ta’ identifikazzjoni mill-emittent tal-identifikazzjoni li jkun kompetenti għal kull Stat Membru li fis-suq tiegħu jqiegħdu l-prodotti tagħhom.

L-operaturi ekonomiċi li jimmaniġġaw imħażen indipendenti li ma humiex ibbażati fl-Unjoni u li jittrattaw prodotti manifatturati fl-Unjoni u destinati għas-swieq tal-Unjoni fi tranżitu minn pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għal kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ operatur ekonomiku mill-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għall-Istat Membru li jitqiegħdu fis-suq tiegħu il-biċċa l-kbira tal-prodotti ttrattati minn dawn l-operaturi ekonomiċi.”.

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-operatur rilevanti għandu javża lill-emittent tal-identifikazzjoni minnufih b’kull bidla fl-informazzjoni li huwa jkun bagħat fil-formola tal-applikazzjoni oriġinali u b’kull waqfien fil-ħidma tiegħu, fil-formati mogħtija fil-punti 1.2 u 1.3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II kif xieraq. F’każ li l-operatur ma jibqax jeżisti, l-emittent tal-identifikazzjoni għandu jneħħi mir-reġistru l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku.

Id-dereġistrazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku għandha twassal għad-dereġistrazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment u tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni marbutin miegħu mill-emittent tal-identifikazzjoni.”.

(8)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fi żmien jumejn tax-xogħol, l-emittent tal-identifikazzjoni għandu jibgħat il-kodiċi lill-operatur li jkun għamel it-talba.

Jekk l-operatur li jagħmel it-talba jkun manifattur jew importatur, huwa għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jirċievi l-kodiċi, ikompli jittrażmetti l-kodiċi flimkien mal-informazzjoni dwar ir-repożitorju primarju tiegħu stabbilita f’konformità mal-Artikolu 26 lill-operatur tar-repożitorju sekondarju.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-informazzjoni kollha li tkun intbagħtet lill-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2), u l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondu magħha, għandhom jiffurmaw parti minn reġistru li l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jistabbilixxi, jamministra u jżomm aġġornat. L-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jżomm reġistru tal-informazzjoni maħżuna fir-reġistru sakemm is-sistema ta’ traċċabbiltà tkun operattiva.”.

(9)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-istabbilimenti kollha, minn dawk tal-manifattura sal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, għandhom jiġu identifikati b’kodiċi uniku (“il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment”) li jiġġenerah l-emittent tal-identifikazzjoni li jkun kompetenti għat-territorju fejn ikun jinsab l-istabbiliment.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-ewwel faċilità tal-bejgħ bl-imnut li tkun integrata f’tip ta’ faċilità mhux tal-bejgħ bl-imnut għandha tiġi identifikat b’kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità separat li jikkorrispondi għall-funzjoni tagħha.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-operaturi ekonomiċi u l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut għandhom japplikaw għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment billi jibagħtu lill-emittent tal-identifikazzjoni l-informazzjoni elenkata fil-punt 1.4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format mogħti f’dak il-punt.

L-operaturi ekonomiċi li jimmaniġġaw imħażen indipendenti li ma humiex ibbażati fl-Unjoni u li jittrattaw prodotti manifatturati fl-Unjoni u destinati għas-swieq tal-Unjoni fi tranżitu minn pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment għal maħżen indipendenti li jinsab f’pajjiż terz minn fejn ikun ġej l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħdu l-biċċa l-kbira tal-prodotti ġestiti minn dawn l-operaturi ekonomiċi. Għal dan il-għan, huma għandhom jipprovdu lill-emittent tal-identifikazzjoni l-informazzjoni elenkata fil-punt 1.4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format indikat fih.”

;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-operatur ekonomiku għandu javża lill-emittent tal-identifikazzjoni minnufih b’kull bidla fl-informazzjoni li huwa jkun bagħat fil-formola tal-applikazzjoni oriġinali u b’kull għeluq tal-istabbiliment, fil-formati mogħtija fil-punti 1.5 u 1.6 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II.

Id-dereġistrazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment għandha twassal għad-dereġistrazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni mill-emittent tal-identifikazzjoni.”

(10)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-informazzjoni kollha li tkun intbagħtet lill-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16(2), u l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondu magħha għandhom jiffurmaw parti minn reġistru li l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jistabbilixxi, jamministra u jżomm aġġornat. L-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jżomm reġistru tal-informazzjoni maħżuna fir-reġistru sakemm is-sistema ta’ traċċabbiltà tkun operattiva.”.

(11)

l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull magna u kull parti tal-magna għandha tiġi identifikata b’kodiċi uniku (“il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna”) li jiġġenerah l-emittent tal-identifikazzjoni li jkun kompetenti għat-territorju fejn tkun tinsab il-magna.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fil-każ tal-magni u tal-partijiet tal-magni li jkunu jinsabu fi stabbilimenti tal-manifattura li jkunu barra l-Unjoni, huwa obbligu tal-importatur stabbilit fl-Unjoni li japplika għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna b’rabta magħhom. L-importatur għandu japplika għand wieħed mill-emittenti tal-identifikazzjoni li jkunu nħatru għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu huwa jqiegħed il-prodotti tiegħu. Ir-reġistrazzjoni mill-importatur għandha ssir bil-kunsens tal-entità li tkun responsabbli għall-istabbiliment tal-manifattura li jkun jinsab fil-pajjiż terz. L-importatur għandu javża lill-operatur ekonomiku li jkun responsabbli għall-istabbiliment tal-manifattura li jkun jinsab fil-pajjiż terz bid-dettalji kollha tar-reġistrazzjoni, inkluż bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna allokat.”

;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-manifattur jew l-importatur għandu javża lill-emittent tal-identifikazzjoni minnufih b’kull bidla fl-informazzjoni li huwa jkun bagħat fil-formola tal-applikazzjoni oriġinali u b’kull dekummissjonar tal-magni u tal-partijiet tal-magni rreġistrati, fil-formati mogħtija fil-punti 1.8 u 1.9 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II.

Il-manifatturi u l-importaturi għandhom iwettqu l-modifiki kollha meħtieġa tal-informazzjoni sottomessa fil-formoli ta’ applikazzjoni inizjali sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-partijiet tal-magni li jeħtieġu kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna sal-20 ta’ Mejju 2024. Il-modifiki għandhom isiru fil-format indikat fil-punt 1.8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-informazzjoni dwar il-magni li ma jkun fihom l-ebda parti tal-magna identifikabbli separatament.”.

(12)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-informazzjoni kollha li tkun intbagħtet lill-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(2), u l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni li jikkorrispondu magħha għandhom jiffurmaw parti minn reġistru li l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jistabbilixxi, jamministra u jżomm aġġornat. L-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għandu jżomm reġistru tal-informazzjoni maħżuna fir-reġistru sakemm is-sistema ta’ traċċabbiltà tkun operattiva.”.

(13)

Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom jipprovdu servizz online sigur għall-operaturi ekonomiċi u għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li jippermettilhom jikkonsultaw ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn huma kkonċernati l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku, tal-istabbiliment u tal-magni tagħhom stess. Dan is-servizz għandu jinkludi proċedura sigura għall-operaturi ekonomiċi u għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut biex jiksbu lura l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku tagħhom stess.”.

(14)

l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fil-każ ta’ UIs tal-livell tal-pakketti individwali kkonsenjati b’mod elettroniku, il-manifatturi u l-importaturi għandhom ir-responsabbiltà li jikkodifikaw il-UIs tal-livell tal-pakketti individwali f’konformità mal-paragrafu 1 u mal-Anness III.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ UIs tal-livell tal-pakketti individwali kkonsenjati b’mod fiżiku, l-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom ir-responsabbiltà jikkodifikaw il-kodiċijiet iġġenerati skont l-Artikolu 8(2) f’konformità mal-paragrafu 1 u mal-Anness III.”

;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sabiex jiddistingwu l-portaturi tad-data li jissemmew fil-paragrafu 1 minn kull portatur ieħor tad-data li jista’ jkun tpoġġa fuq il-pakketti individwali, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jżidu l-marka “TTT” jew “EU TTT” ħdejn dawn il-portaturi tad-data.

Sabiex jiddistingwu l-portaturi tad-data li jissemmew fil-paragrafu 5 minn kull portatur ieħor tad-data li jista’ jkun tpoġġa fuq l-imballaġġ aggregat, l-operaturi ekonomiċi għandhom iżidu l-marka “EU TTT” ħdejn dawn il-portaturi tad-data.”.

(15)

L-Artikolu 25(1), il-punt (g), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

għandha tippermetti li jiġu vvalidati b’mod awtomatiku l-messaġġi li jaslu mingħand l-operaturi ekonomiċi f’kull punt tad-dħul fis-sistema, fosthom ir-rifjut tal-messaġġi li ma jkunux korretti jew li ma jkunux kompluti, b’mod partikolari l-attivitajiet tar-rapportar relatati ma’ identifikaturi uniċi mhux irreġistrati jew idduplikati, u s-sistema ta’ repożitorji għandha taħżen l-informazzjoni dwar kull messaġġ li jkun ġie rrifjutat. Il-messaġġi trażmessi mill-emittenti tal-identifikazzjoni u mir-repożitorji primarji lir-router u r-repożitorju sekondarju għandhom jerġgħu jiġu vvalidati mir-riċevitur;”.

(16)

l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-repożitorju sekondarju għandu jipprovdi għal interfaċċi grafiċi u mhux grafiċi, inkluż interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, interfaċċi tal-utenti stazzjonarji u mobbli li jkun fihom applikazzjoni ta’ spezzjoni għas-sistemi operattivi mobbli ewlenin, li jippermettu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaċċessaw u jfittxu d-data maħżuna fis-sistema ta’ repożitorji, bl-użu tal-funzjonijiet kollha ta’ tiftix tad-data disponibbli b’mod komuni, inkluż il-Lingwaġġ ta’ Mistoqsijiet Strutturati (SQL) jew sintassi ekwivalenti għall-bini ta’ mistoqsijiet regolari, b’mod partikolari billi jwettqu mill-bogħod l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-irkupru tal-informazzjoni kollha dwar identifikatur uniku wieħed jew dwar diversi identifikaturi uniċi, fosthom it-tqabbil u l-kontroverifika ta’ diversi identifikaturi uniċi u tal-informazzjoni marbuta magħhom, b’mod partikolari fejn jinsabu fil-katina tal-provvista;

(b)

il-ħolqien ta’ listi u ta’ statistika, bħall-istokkijiet tal-prodotti u l-għadd ta’ prodotti li jidħlu ġo faċilità u li joħorġu minnha, b’rabta ma’ element wieħed jew ma’ diversi elementi tal-informazzjoni tar-rapportar li huma mniżżlin bħala Attributi tad-data fl-Anness II;

(c)

l-identifikazzjoni tal-prodotti kollha tat-tabakk li operatur ekonomiku rrapporta lis-sistema, fosthom tal-prodotti rrappurtati bħala prodotti li ssejħu lura, li ġew irtirati, li nsterqu, li huma neqsin jew li hemm il-ħsieb li jinqerdu.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-interfaċċi tal-utent li jissemmew fil-paragrafu 2 għandhom jippermettu lil kull Stat Membru u lill-Kummissjoni jikkonfiguraw ir-regoli tagħhom għal:

(a)

l-għoti ta’ twissijiet awtomatiċi abbażi ta’ eċċezzjonijiet u ta’ avvenimenti speċifiċi tar-rapportar, bħall-varjazzjonijiet jew l-irregolaritajiet f’daqqa waħda fil-kummerċ, it-tentattivi biex jiddaħħlu identifikaturi uniċi dduplikati fis-sistema, id-diżattivazzjoni tal-identifikaturi msemmija fl-Artikoli 15(4), 17(4) u 19(4), u l-indikazzjoni min-naħa tal-operaturi ekomomiċi li prodott insteraq jew li dan huwa nieqes;

(b)

il-wasla ta’ rapporti perjodiċi bbażati fuq kull kombinazzjoni tal-elementi tal-informazzjoni tar-rapportar li huma mniżżlin bħala Attributi tad-data fl-Anness II;

(c)

pannelli tal-istrumenti mfassla apposta, għal interfaċċi stazzjonarji.”

;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-interfaċċi tal-utent li jissemmew fil-paragrafu 2 għandhom jippermettu lil kull Stat Membru u lill-Kummissjoni:

(a)

jikkollegaw mill-bogħod mad-data maħżuna fis-sistema ta’ repożitorji bis-software analitiku tal-għażla tagħhom;

(b)

jimmarkaw punti tad-data individwali għal skopijiet analitiċi, bil-marki u l-valuri tagħhom maħżuna fir-repożitorju sekondarju u magħmula viżibbli għall-utenti kollha jew għal dawk magħżula biss;

(c)

itellgħu elementi tad-data esterni, bħal xejriet ta’ normalizzazzjoni tal-marka, li jistgħu jkunu meħtieġa għal titjib fil-funzjonalitajiet analitiċi tad-data.”

;

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-interfaċċi tal-utent li jissemmew fil-paragrafu 2 għandhom jiġu pprovduti bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.”.

(e)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Mingħajr preġudizzju għall-veloċità tal-konnessjoni tal-Internet tal-utent aħħari, il-ħin ġenerali tar-rispons tar-repożitorju għal kull tip ta’ mistoqsija speċifika jew għal kull skattatur ta’ mistoqsijiet jew twissija speċifiku diġà stabbiliti, ma għandux ikun ta’ iktar minn 10 sekondi fil-każ ta’ data li tkun ilha maħżuna inqas minn sentejn, u ta’ iktar minn 15-il sekonda fil-każ ta’ data li tkun ilha maħżuna sentejn jew iktar, f’tal-inqas 99 % tal-mistoqsijiet u tat-twissijiet awtomatiċi kollha diġà stabbiliti previsti skont il-paragrafi 2 u 3. Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jħejji s-settijiet tad-data meħtieġa biex iwieġeb, f’konformità mal-iskedi ta’ żmien preskritti, għal kwalunkwe mistoqsija jew twissija ġdida fi żmien 4 ġimgħat minn meta jirċievi talba mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni. Wara dan il-perjodu, it-tipi ta’ mistoqsijiet jew skattaturi ta’ mistoqsija jew ta’ twissija li jkunu għadhom kif ġew mitluba għandhom jitqiesu li huma diġà stabbiliti għall-finijiet tal-ħinijiet ta’ rispons stipulati f’dan il-paragrafu.”

;

(f)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Fir-rigward tal-punti tad-data individwali u l-messaġġi, il-ħin li jgħaddi minn meta tasal id-data tal-attività tar-rapportar u meta din tkun aċċessibbli fir-repożitorji primarji u sekondarji permezz tal-interfaċċji grafiċi u mhux grafiċi, ma għandux ikun ta’ iktar minn 60 sekonda f’tal-inqas 99 % tal-attivitajiet kollha tat-trasferiment tad-data. Fir-rigward ta’ settijiet tad-data analitiċi prestrutturati, il-ħin ġenerali bejn il-wasla tad-data dwar l-attività ta’ rapportar u l-aċċessibbiltà tagħha, permezz tal-interfaċċi grafiċi, fir-repożitorju sekondarju ma għandux ikun ta’ aktar minn 24 siegħa f’mill-inqas 99 % tal-attivitajiet kollha ta’ trasferiment tad-data.”

;

(g)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jistabbilixxi u jżomm reġistru tal-informazzjoni li tkun ġiet ittrasferita lilu f’konformità mal-Artkolu 20(3). Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jżomm reġistru tal-informazzjoni maħżuna fir-reġistru sakemm is-sistema ta’ traċċabbiltà tkun operattiva.

L-emittenti tal-identifikazzjoni u l-fornituri tar-repożitorji primarji jista’ jkollhom aċċess għar-reġistru msemmi fl-ewwel subparagrafu sabiex jivvalidaw il-messaġġi mibgħuta lilhom mill-manifatturi u mill-importaturi.”

;

(h)

jiżdied il-paragrafu 13 li ġej:

“13.   Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jorganizza mill-inqas sessjoni waħda ta’ taħriġ tekniku ta’ ġurnata sħiħa fis-sena għall-utenti minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni, dwar l-użu tal-interfaċċi tal-utent imsemmija fil-paragrafu 2. Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jiżviluppa u jżomm ukoll aġġornat sett sħiħ ta’ dokumentazzjoni teknika u tal-utent għall-awtoritajiet kompetenti disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.”

;

(i)

jiżdied il-paragrafu 14 li ġej:

“14.   Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jipprovdi applikazzjoni għal spezzjoni għas-sistemi operattivi mobbli ewlenin li tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkollegaw mar-repożitorju sekondarju permezz tal-interfaċċi tal-utenti mobbli msemmija fil-paragrafu 2.”.

(17)

l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fornitur li jkun qed iħaddem ir-repożitorju sekondarju għandu jibgħat lill-fornituri li jkunu qed iħaddmu r-repożitorji primarji, lill-emittenti tal-identifikazzjoni u lill-operaturi ekonomiċi l-lista tal-ispeċifikazzjonijiet, inkluż ir-regoli ta’ validazzjoni komuni, meħtieġa għall-iskambju tad-data mar-repożitorju sekondarju u mar-router. L-ispeċifikazzjonijiet kollha għandhom ikunu bbażati fuq standards miftuħin mhux proprjetarji.

Kwalunkwe fornitur ta’ sostituzzjoni magħżul ġdid li jopera r-repożitorju sekondarju għandu jiddependi fuq l-aktar verżjoni reċenti tal-lista ta’ speċifikazzjonijiet ikkomunikata mill-predeċessur tiegħu. Kwalunkwe aġġornament fil-lista ta’ speċifikazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-bidla tal-identità tal-fornitur għandu jsir f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.

Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta jintgħażel il-fornitur li jkun qed iħaddem ir-repożitorju sekondarju.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-fornitur li jkun qed iħaddem ir-repożitorju sekondarju għandu jistabbilixxi dizzjunarju tad-data komuni abbażi tal-informazzjoni mniżżla fl-Anness II. Id-dizzjunarju tad-data komuni għandu jirreferi għat-tikketti tal-attributi tad-data fil-format li jinqara mill-bniedem.

Kwalunkwe fornitur ta’ sostituzzjoni magħżul ġdid li jopera r-repożitorju sekondarju għandu jibbaża fuq l-aħħar verżjoni tad-dizzjunarju tad-data kkomunikata mill-predeċessur tiegħu. Kwalunkwe aġġornament fid-dizzjunarju tad-data li jmur lil hinn mill-bidla tal-identità tal-fornitur għandu jsir f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.

Id-dizzjunarju tad-data komuni għandu jintbagħat lill-fornituri li jkunu qed iħaddmu r-repożitorji primarji sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta jintgħażel il-fornitur li jkun qed iħaddem ir-repożitorju sekondarju.”

;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kull meta jkun hemm bżonn biex ikun żgurat li s-sistema ta’ repożitorji taħdem b’mod effettiv skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-fornitur li jkun qed iħaddem ir-repożitorju sekondarju għandu jaġġorna l-lista msemmija fil-paragrafu 1 u d-dizzjunarju tad-data komuni msemmi fil-paragrafu 2. Kwalunkwe aġġornament bħal dan għandu jiġi kkonsultat ma’ fornituri li joperaw repożitorji primarji u emittenti tal-identifikazzjoni, u sussegwentement jiġi kkomunikat lill-fornituri li joperaw repożitorji primarji, lill-emittenti tal-identifikazzjoni u lill-operaturi ekonomiċi mill-inqas xahrejn qabel id-data tal-implimentazzjoni tal-aġġornament fis-sistema.”

;

(d)

jiżdiedu l-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin:

“4.   Fuq talba mill-fornitur ta’ repożitorju primarju, il-fornitur tar-repożitorju sekondarju jista’ jwettaq operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-ġdid tad-data sa fejn dawn ikunu meħtieġa biex jiġu eliminati l-konsegwenzi ta’ inċidenti u fallimenti tal-IT fil-passat. Dawn l-operazzjonijiet għandhom ikunu possibbli biss biex titlesta jew tiġi kkoreġuta l-informazzjoni maħżuna fir-repożitorju sekondarju u jkunu limitati għat-tħaddim mill-ġdid ta’ operazzjonijiet regolari tar-repożitorju sekondarju. Għandhom jeskludu sal-massimu possibbli l-konsegwenzi negattivi għal kwalunkwe operatur ekonomiku mhux relatat mar-repożitorju primarju li jagħmel it-talba.

5.   Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jistabbilixxi servizz ta’ helpdesk għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għall-Kummissjoni, għall-emittenti tal-identifikazzjoni, għall-fornituri tas-servizzi tar-repożitorju, għall-operaturi ekonomiċi u għall-fornituri tas-servizzi tal-IT. Is-servizz tal-helpdesk għandu jikkonċerna biss l-attivitajiet u l-funzjonijiet tar-router u tar-repożitorju sekondarju u jkun disponibbli fl-Istati Membri kollha għal mill-inqas 8 sigħat fil-jiem tax-xogħol, bl-eċċezzjoni tal-1 ta’ Jannar, tal-25 ta’ Diċembru u tas-26 ta’ Diċembru, u jkun tal-anqas bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Il-ħinijiet tar-rispons ma għandhomx ikunu aktar minn jumejn tax-xogħol f’mill-inqas 75 % tat-talbiet kollha. Il-ħin medju ta’ kull xahar ta’ rispons għal kull talba ma għandux ikun ta’ aktar minn 4 ijiem tax-xogħol. Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju jista’ jirregola l-aċċess għas-servizz tal-helpdesk għall-operaturi ekonomiċi bħala parti mill-politika tiegħu dwar l-użu ġust stabbilita skont it-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6) u l-kuntratti msemmija fil-paragrafu 4 tal-Parti B tal-Anness I.

6.   Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jistabbilixxi ambjent ta’ ttestjar li jippermetti lill-emittenti tal-identifikazzjoni, fornituri li joperaw repożitorji primarji u lill-operaturi ekonomiċi li jwettqu assigurazzjoni tal-kwalità tas-soluzzjonijiet tekniċi u r-rutini tagħhom qabel ma jikkonnettjaw mas-sistema tar-repożitorji. L-ambjent tat-test għandu jissimula mill-qrib is-sistema ta’ repożitorji.

Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jistabbilixxi ambjent għall-ittestjar tal-aċċettazzjoni mill-utent li jippermetti lill-emittenti tal-identifikazzjoni, fornituri li joperaw repożitorji primarji u lill-operaturi ekonomiċi jwettqu assigurazzjoni tal-kwalità tas-soluzzjonijiet tekniċi u tar-rutini tagħhom b’antiċipazzjoni għall-verżjoni li jmiss tas-sistema tar-repożitorji. L-ambjent tal-ittestjar tal-aċċettazzjoni mill-utent għandu jirrifletti kwalunkwe bidla ppjanata fis-sistema tar-repożitorji mal-komunikazzjoni tagħhom f’konformità mal-paragrafu 3.”

(18)

Fl-Artikolu 29, jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

“5.   Il-manifatturi u l-importaturi li għandhom dubju dwar il-funzjonament korrett tar-repożitorji primarji tagħhom għandu jkollhom il-possibbiltà li jivverifikaw permezz tar-router, billi jikkonsultaw lill-operatur tar-router, jekk il-messaġġi li jikkonċernaw id-dispaċċ finali ta’ prodotti mill-pussess fiżiku tagħhom li jintbagħtu lir-repożitorji primarji, ikunux ġew trażmessi b’mod korrett. L-operatur tar-router jista’ jistabbilixxi limitu ta’ kuljum fuq l-użu ta’ din il-funzjonalità.

6.   Il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jistabbilixxi u jikkomunika lill-operaturi ekonomiċi u lill-fornituri tas-servizzi tal-IT it-termini u l-kundizzjonijiet, inkluża l-politika dwar l-użu ġust, applikabbli għall-użu tar-repożitorju sekondarju u tar-router. It-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-operaturi ekonomiċi li jużaw ir-repożitorju sekondarju u r-router f’konformità mal-ħtiġijiet tan-negozju tagħhom u għandhom jipprevjenu każijiet ripetuti ta’ użu negliġenti.”

(19)

l-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Kostijiet tas-sistema ta’ repożitorji

1.   Il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom iġarrbu l-kostijiet ordinarji kollha relatati mas-sistema ta’ repożitorji msemmija fl-Artikolu 24(1), fosthom dawk li jirriżultaw mit-twaqqif, mit-tħaddim u mill-manutenzjoni tagħha. Dawk il-kostijiet għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u proporzjonati:

(a)

għas-servizzi mogħtija; u

(b)

għall-ammont ta’ UIs tal-livell tal-pakketti individwali mitlub fuq perjodu partikolari taż-żmien.

2.   Il-kostijiet ordinarji tal-istabbiliment, tat-tħaddim u taż-żamma tar-repożitorju sekondarju u tar-router, skont il-każ, għandhom jintbagħtu lill-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk permezz tal-kostijiet li l-fornituri tar-repożitorji primarji jimponu fuqhom.

3.   Il-kostijiet straordinarji kollha relatati mal-operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 28(4) imposti mill-fornitur tar-repożitorju sekondarju lill-fornitur tar-repożitorju primarju li jkun għamel it-talba għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u proporzjonati għas-servizzi mogħtija. Madankollu, il-fornitur tar-repożitorju sekondarju għandu jġarrab kwalunkwe kost straordinarju tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 28(4) sal-punt li jkun responsabbli għall-kawżi li jwasslu għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar mill-ġdid.”.

(20)

l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jittrażmettu l-informazzjoni mniżżla fil-punti 3.1 sa 3.5 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format mogħti f’dawk il-punti, lir-repożitorju primarju li huma jkunu qabbdu. L-operaturi ekonomiċi l-oħrajn kollha għandhom jibagħtu l-informazzjoni mniżżla fil-punti 3.1 sa 3.5 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format mogħti f’dawk il-punti, permezz tar-router.

Għad-dispaċċ ta’ prodotti tat-tabakk lil-laboratorji, liċ-ċentri tar-rimi tal-iskart, lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali, lill-ambaxxati u lill-bażijiet militari, lill-manifatturi u lill-importaturi għandhom jittrażmettu l-informazzjoni elenkata fil-punt 3.8 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format indikat fih, lir-repożitorju primarju kkuntrattat minnhom. L-operaturi ekonomiċi l-oħrajn kollha għandhom jibagħtu l-informazzjoni mniżżla fil-punt 3.8 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format mogħti f’dak il-punt, permezz tar-router.”

;

(b)

il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   Jekk il-prodotti tat-tabakk jinqerdu jew jinsterqu, wara li fuqhom ikun ġie applikat l-identifikatur uniku, l-operaturi ekonomiċi għandhom jibagħtu mill-ewwel talba għad-diżattivazzjoni f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-format speċifikati fil-punt 2.3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness II.

Jekk il-prodotti tat-tabakk irrapportati bħala misruqa jiġu rkuprati, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jittrażmettu talba ta’ riattivazzjoni f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-format speċifikati fil-punt 2.4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness II.

7.   L-informazzjoni dwar l-avveniment għandha titqies li tkun intbagħtet sewwa meta jkun hemm messaġġ ta’ rikonoxximent pożittiv tagħha min-naħa tar-repożitorji primarji jew tar-router. Ir-rikonoxximent pożittiv għandu jinkludi l-informazzjoni ta’ feedback li tippermetti lir-riċevitur jistabbilixxi l-korrettezza tal-attività ta’ rapportar tiegħu, b’mod partikolari n-numru ta’ identifikaturi uniċi fil-livell ta’ unità kkonċernati mill-avveniment u fil-każ ta’ diżaggregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-identifikaturi uniċi subordinati. Il-messaġġ ta’ rikonoxximent għandu jinkludi kodiċi tas-sejħa lura tal-messaġġ li l-operatur ekonomiku għandu juża jekk il-messaġġ oriġinali jkollu jitħassar.”

(c)

jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“8.   Ir-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun tal-operatur ekonomiku li jkun fil-pussess tal-prodotti tat-tabakk. Għal dak il-għan, l-attivitajiet kollha ta’ rapportar għandhom jużaw il-kodiċi ta’ identifikatur ta’ dan l-operatur ekonomiku. Il-fornituri ta’ servizzi tal-IT jistgħu wkoll jittrażmettu din l-informazzjoni f’isem l-operatur ekonomiku li jkun fil-pussess tal-prodotti tat-tabakk.”

(21)

Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Ir-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun tal-operatur ekonomiku li jkun il-bejjiegħ. Għal dan il-għan, l-attivitajiet kollha ta’ rapportar għandhom jużaw il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ dan l-operatur ekonomiku. Il-fornituri ta’ servizzi tal-IT jistgħu wkoll jittrażmettu din l-informazzjoni f’isem l-operatur ekonomiku li jkun il-bejjiegħ tal-prodotti tat-tabakk.”

(22)

l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-operaturi ekonomiċi għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1)(a), (b) u (d), fl-Artikolu 32(3) u (4) u fl-Artikolu 33(1) fi żmien 3 sigħat minn meta jseħħ l-avveniment.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 għandha tintbagħat fl-ordni ta’kif iseħħu l-avvenimenti.”

;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mill-20 ta’ Mejju 2028. Sa dik id-data, l-operaturi ekonomiċi kollha jistgħu jibagħtu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 24 siegħa minn meta jseħħ l-avveniment.”.

(23)

L-Artikolu 36(1), il-punt (a), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

mill-emittent tal-identifikazzjoni fil-każ tal-komunikazzjonijiet bejnu u bejn l-emittent tal-identifikazzjoni, l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed jirreġistraw miegħu jew li jkunu qed jitolbuh joħorġilhom identifikaturi uniċi;”.

(24)

Jiddaħħal l-Artikolu 36a li ġej:

“Artikolu 36a

Il-kwalità tad-data

1.   L-Istati Membri jistgħu joħorġu rapporti dwar il-kwalità mhux adegwata tad-data rrapportata mill-operaturi ekonomiċi lis-sistema ta’ repożitorji. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu indirizzati lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati u għandhom jinkludu eżempji ta’ rapportar ħażin.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-emittenti tal-identifikazzjoni jwettqu kontrolli tal-indirizzi u ta’ data oħra verifikabbli b’mod elettroniku li tiġi pprovduta lis-sistema mill-operaturi ekonomiċi u mill-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut permezz tal-emittenti tal-identifikazzjoni.”.

(25)

L-Annessi I u II huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(26)

L-Anness III jiżdied f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-21 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk (ĠU L 96, 16.4.2018, p. 7).

(3)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (COM(2021) 249 final).

(4)  Il-Protokoll għall-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ĠU L 268, 1.10.2016, p. 1).


ANNESS

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

1.1.

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.

Fejn diversi persuni ġuridiċi jikkostitwixxu l-istess manifattur jew importatur, in-notifika għandha tiġi ppreżentata b’mod konġunt mill-persuni ġuridiċi kollha.”

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

“1b.

F’każijiet fejn l-importatur ikkonċernat jikkoopera ma’ manifattur wieħed mhux tal-UE biss jew jappartjeni għall-istess grupp ta’ kumpaniji bħal dan tal-aħħar, il-kuntratt għall-ħżin tad-data jista’ jiġi ffirmat b’mod konġunt kemm mill-importatur kif ukoll mill-manifattur mhux tal-UE. F’każijiet fejn l-importatur ikkonċernat jikkoopera ma’ diversi manifatturi mhux tal-UE jew ikun ukoll manifattur tal-Unjoni huwa nnifsu, il-kuntratt għall-ħżin tad-data għandu jiġi ffirmat biss mill-importatur.”

(c)

il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.

Kwalunkwe emenda fl-elementi ewlenin tal-kuntratt, kif definit fir-Regolament Delegat (UE) 2018/573, għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data tan-notifika tal-emenda, l-emenda għandha titqies bħala approvata. Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni darba b’massimu ta’ 3 xhur oħra, permezz ta’ ittra lill-operatur notifikanti. Kwalunkwe emenda oħra għall-kuntratt minbarra l-elementi ewlenin tiegħu għandha teħtieġ biss komunikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni.”

1.2.

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jitħassru l-kliem “fi żmien 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2018/573”.

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Il-ħatra tal-operatur tar-repożitorju sekondarju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta’ kriterji oġġettivi u għandha sseħħ permezz ta’ kuntratt ta’ konċessjoni konkluż bil-miktub bejn il-Kummissjoni u kull operatur sussegwenti tar-repożitorju sekondarju.”

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Il-kuntratti bejn kull fornitur tar-repożitorju primarju u l-operatur tar-repożitorju sekondarju għandhom jiġu ffirmati u ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data tal-ħatra ta’ kull operatur suċċessiv tar-repożitorju sekondarju.”

1.3.

Il-Parti C hija sostitwita b’li ġej:

“PARTI C

Minbarra l-proċeduri tal-għażla deskritti fil-Partijiet A u B, għandhom japplikaw ukoll ir-rekwiżiti li ġejjin:

1.

Meta r-relazzjoni kuntrattwali bejn il-manifattur jew l-importatur u l-fornitur tar-repożitorju primarju tiġi tterminata, jew tkun mistennija li tiġi tterminata, minn kwalunkwe parti għall-kuntratt, għal kwalunkwe raġuni, inkluż in-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji tal-indipendenza stabbiliti fl-Artikolu 35, il-manifattur jew l-importatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih b’din it-terminazzjoni, jew bit-terminazzjoni mistennija, u bid-data tan-notifika ta’ din it-terminazzjoni u lill-fornitur, kif ukoll bid-data meta dik it-terminazzjoni għandha tidħol jew hija mistennija li tidħol fis-seħħ. Il-manifattur jew l-importatur għandu jipproponi u javża lill-Kummissjoni b’fornitur ta’ sostituzzjoni sa mhux aktar tard minn 3 xhur qabel id-data ta’ terminazzjoni tal-kuntratt eżistenti. Il-ħatra tal-fornitur ta’ sostituzzjoni għandha sseħħ f’konformità mal-Parti A.

2.

F’każ li l-operatur tar-repożitorju sekondarju javża li huwa jkun beħsiebu jieqaf iħaddem dak repożitorju f’konformità mal-kuntratt ta’ konċessjoni msemmi fil-paragrafu 2 tal-Parti B, huwa għandu javża lill-Kummissjoni minnufih b’dan u bid-data meta għandha tidħol fis-seħħ dik it-terminazzjoni. Il-perjodu ta’ avviż ma għandux ikun iqsar minn 9 xhur. Il-kuntratt għandu jipprevedi li l-Kummissjoni tkun tista’ Textendih b’mod unilaterali sa 6 xhur jekk ikun meħtieġ biex jiġi stabbilit u operazzjonalizzat operatur sostitut ta’ repożitorju sekondarju. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-perjodu ta’ avviż u bl-estensjoni potenzjali tiegħu.

3.

Fejn japplika l-paragrafu 1, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 4 tal-Parti B għandu, min-naħa tiegħu, jintemm mill-partijiet immedjatament wara l-għeluq tar-repożitorju primarju affettwat.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

2.1.

It-taqsima introduttorja “Il-messaġġi ewlenin li l-operaturi ekonomiċi għandhom jibagħtu” hija sostitwita b’dan li ġej:

Messaġġi ewlenin li għandhom jintbagħtu mill-operaturi ekonomiċi

Il-messaġġi meħtieġa għall-għanijiet regolatorji għandu jkun fihom tal-inqas il-kampijiet tad-data mniżżlin f’dan l-Anness.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jeħtieġu estensjoni tad-data tal-indirizz biex jinkludu koordinati ġeografiċi eżatti (latitudni u lonġitudni). Kemm l-emittenti tal-identifikazzjoni kif ukoll il-fornituri tar-repożitorji tad-data (inkluż tar-router) jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-kontenut tal-messaġġ għal raġunijiet strettament tekniċi sabiex jiżguraw li s-sistema ta’ traċċabbiltà taħdem bla intoppi. L-emittenti tal-identifikazzjoni jistgħu jiddeċiedu wkoll li jestendu l-kontenut tal-messaġġ għal raġunijiet mhux tekniċi biex jiżguraw il-funzjonament bla xkiel tas-sistema ta’ traċċabbiltà tal-prodotti tat-tabakk ma’ sistemi oħrajn użati għal skopijiet regolatorji. Qabel ma jsiru effettivi, dawn l-estensjonijiet għandhom jiġu riflessi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi aġġornati f’konformità mal-Artikolu 28.

Il-messaġġi mniżżlin f’dan l-Anness ma jinkludux il-messaġġi li l-emittenti tal-identifikazzjoni u l-fornituri tar-repożitorji tad-data (inkluż tar-router) iridu jibagħtu lura lill-operaturi ekonomiċi, bħall-konfermi tar-riċevuta.

Il-messaġġi kollha ġġenerati fi ħdan is-sistema ta’ traċċabbiltà għandu jkun fihom l-identifikazzjoni tal-oriġinatur tal-messaġġ u kronogramma sal-livell ta’ millisekonda (ara t-Tip ta’ Data: Time(L)). Din il-kronogramma ma tissostitwix il-ħin tal-okkorrenza ta’ avveniment irrapportat, li għandu jiġi rrapportat separatament f’konformità mal-kampijiet tad-data stabbiliti f’dan l-Anness. L-identifikazzjoni tal-oriġinatur tal-messaġġ, li tista’ tikkonċerna fornitur ta’ servizzi tal-IT ta’ parti terza, ma tissostitwix l-identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku responsabbli għall-attività ta’ rapportar (permezz ta’ EOID li għandha tiġi indikata fil-kamp EO_ID). Il-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-oriġinatur tal-messaġġ għandhom jiġu speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti u aġġornati f’konformità mal-Artikolu 28.

L-emittenti tal-identifikazzjoni u l-fornituri tar-repożitorji tad-data (inkluż tar-router) għandhom jimmarkaw il-ħin fuq kull messaġġ li jirċievu sal-livell ta’ millisekonda.

Fil-każ ta’ emendi għal dan l-Anness, kwalunkwe bidla fil-messaġġi ewlenin elenkati hawnhekk issir applikabbli għall-operaturi ekonomiċi mill-mument li dawn il-bidliet jiġu riflessi kif xieraq fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u fid-dizzjunarju komuni tad-data stabbilit u aġġornat f’konformità mal-Artikolu 28.”

2.2.

It-Taqsima 1 fil-Kapitolu I hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringiela tat-tabella għat-Tip ta’ Data“Pajjiż” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Pajjiż

Isem il-pajjiż mogħti bil-kodiċi ISO-3166-1:2013 alpha-2 (jew l-ekwivalenti l-aktar riċenti tiegħu). Għar-reġjuni extra-Ewropej u awtonomi, huwa applikabbli l-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru rilevanti.

Fil-każ tal-Irlanda ta’ Fuq, huwa applikabbli l-kodiċi “XI”.

Fil-każ tal-ilmijiet internazzjonali, huwa applikabbli l-kodiċi “XZ”.

‘DE’”

(b)

ir-ringiela tat-tabella għat-Tip ta’ Data“Text” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Text

Sett ta’ karattri bil-kodiċi ISO8859-15:1999

‘Abcde:12345’”

(c)

ir-ringiela tat-tabella għat-Tip ta’ Data“Time(L)” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Time(L)

UTC (Il-Ħin Universali Kkoordinat), mogħti fil-format li ġej:

SSSS-XX-JJTSS:mm:ss.SSSZ

‘2019-07-16T19:20:30.205Z’”

(d)

ir-ringiela tat-tabella għat-Tip ta’ Data“upUI(L)” hija sostitwita b’dan li ġej:

“upUI(L)

Identifikatur uniku tal-livell tal-pakketti individwali kkodifikat bis-sett li ma jinbidilx tal-istandard tal-ISO 646:1991 u magħmul minn tliet partijiet: (i) il-prefiss tal-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-istandard tal-ISO 15459-2:2015; (ii) il-parti tan-nofs fil-format stabbilit mill-emittent tal-identifikazzjoni; u (iii) il-kronogramma fil-format tat-Tip ta’ Data: Time(s)”

 

(e)

ir-ringiela tat-tabella li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela tat-tabella għat-Tip ta’ Data“upUI(L)”:

“upUI(i)

Identifikatur uniku tal-livell tal-pakketti individwali kkodifikat bis-sett li ma jinbidilx tal-istandard tal-ISO 646:1991 u magħmul minn żewġ partijiet: (i) il-prefiss tal-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-ISO15459-2:2015 u (ii) il-blokka tan-nofs fil-format stabbilit mill-emittent tal-identifikazzjoni (jiġifieri upUI(i) huwa upUI(L) mingħajr il-kronogramma, kodiċi li għandu jiġi ġġenerat mill-emittenti tal-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament)”

 

(f)

ir-ringiela tat-tabella għat-Tip ta’ Data“upUI(s)” hija sostitwita b’dan li ġej:

“upUI(s)

Identifikatur uniku tal-livell tal-pakketti individwali kkodifikat bis-sett li ma jinbidilx tal-istandard tal-ISO 646:1991 u magħmul minn żewġ partijiet: (i) il-prefiss tal-emittent tal-identifikazzjoni f’konformità mal-istandard tal-ISO 15459-2:2015; u (ii) l-element li jagħti n-numru tas-serje fil-format stabbilit mill-emittent tal-identifikazzjoni (jiġifieri identifikatur uniku (UI) li jkun jidher fuq il-pakketti individwali f’format li jinqara mill-bniedem f’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament)

Kull meta jkun possibbli, l-emittenti tal-identifikazzjoni jintalbu biex ma jużawx l-ittra ‘O’ (Oscar) u l-ittra ‘l’ żgħira (lima) kif ukoll l-ittra ‘I’ kbira (Indja) biex jevitaw konfużjoni man-numri “0” (żero) u ‘1’ (wieħed), rispettivament.”

 

2.3.

It-Taqsima 1 fil-Kapitolu II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1., ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “EO_Address” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“EO_street

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tal-operatur ekonomiku (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M

 

 

EO_municipality

Muniċipalità ta’ operatur ekonomiku (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M

 

 

EO_postcode

Il-kodiċi postali tal-operatur ekonomiku

Text

S

M

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

 

EO_A_info

Informazzjoni addizzjonali dwar l-indirizz tal-operatur ekonomiku (eż. il-post fiċ-ċentru kummerċjali jew f’żona industrijali)

Text

S

O

 

(b)

fil-punt 1.2, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “EO_Address” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“EO_street

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tal-operatur ekonomiku (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M

 

 

EO_municipality

Muniċipalità ta’ operatur ekonomiku (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M

 

 

EO_postcode

Il-kodiċi postali tal-operatur ekonomiku

Text

S

M

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

 

EO_A_info

Informazzjoni addizzjonali dwar l-indirizz tal-operatur ekonomiku (eż. il-post fiċ-ċentru tax-xiri jew f’żona industrijali)

Text

S

O

 

(c)

fil-punt 1.4, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “F_Address” huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“F_street

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tal-faċilità (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M

 

 

F_municipality

Il-muniċipalità tal-faċilità (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M

 

 

F_postcode

Il-kodiċi postali tal-faċilità

Text

S

M

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

 

F_A_info

Informazzjoni addizzjonali dwar l-indirizz tal-faċilità (eż. il-post fiċ-ċentru tax-xiri jew fiż-żona industrijali)

Text

S

O

 

(d)

fil-punt 1.4., ir-ringieli tat-tabella li ġejjin jiddaħħlu wara r-ringiela tat-tabella għall-Kamp “OtherFID_N”:

 

“PrevFID_B

Indikazzjoni ta’ jekk l-faċilità ġiex akkwistat minn operatur ieħor u kellux diġà kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità

Boolean

S

M

0 – Le (reġistrazzjoni għall-ewwel darba)

1 – Iva”

 

PrevFID_ID

Identifikatur tal-faċilità preċedenti użat mill-operatur tal-faċilità preċedenti

FID

S

M, jekk PrevFID_B = 1

 

(e)

fil-punt 1.5, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “F_Address” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“F_street

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tal-faċilità (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M

 

 

F_municipality

Il-muniċipalità tal-faċilità (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M

 

 

F_postcode

Il-kodiċi postali tal-faċilità

Text

S

M

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

 

F_A_info

Informazzjoni addizzjonali dwar l-indirizz tal-faċilità (eż. il-post fiċ-ċentru tax-xiri jew fiż-żona industrijali)

Text

S

O

 

(f)

fil-punt 1.5., ir-ringieli tat-tabella li ġejjin jiddaħħlu wara r-ringiela tat-tabella għall-Kamp “OtherFID_N”:

 

“PrevFID_B

Indikazzjoni ta’ jekk l-faċilità ġiex akkwistat minn operatur ieħor u kellux diġà kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità

Boolean

S

M

0 – Le (reġistrazzjoni għall-ewwel darba)

1 – Iva”

 

PrevFID_ID

Identifikatur tal-faċilità preċedenti użat mill-operatur tal-faċilità preċedenti

FID

S

M, jekk PrevFID_B = 1

 

(g)

il-punt 1.7. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.7.   Talba għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna

Entrata

#

Kamp

Kummenti

Tip ta’ Data

Kardinalità

Prijorità

Valuri

 

Tip_messaġġ

Identifikazzjoni tat-tip ta’ messaġġ

Text

S

M

1-7

 

EO_ID

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku

EOID

S

M

 

 

EO_CODE

Kodiċi ta’ konferma tal-operatur ekonomiku li jintbagħat bi tweġiba għar-reġistrazzjoni tiegħu

Text

S

M

 

 

F_ID

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità

FID

S

M

 

 

PrevMID_B

Indikazzjoni ta’ jekk l-oġġett ta’ din it-talba kienx diġà rreġistrat, eż. fir-rigward ta’ kodiċi ieħor ta’ identifikazzjoni tal-faċilità

Boolean

S

M

0 – Le (reġistrazzjoni għall-ewwel darba)

1 – Iva

 

PrevMID_ID

Identifikatur tal-magna preċedenti użat għall-għanijiet ta’ din it-talba

MID

S

M, jekk PrevMID_B = 1

 

 

M_entirety

Indikazzjoni ta’ jekk din it-talba tikkonċernax il-magna (vs parti minnha)

Boolean

S

M

0 – Le (parti mill-magna)

1 – Iva (magna)

 

P_Producer

Il-produttur ta’ part

Text

S

M, jekk M_entirety = 0

 

 

P_Model

Mudell tal-part

Text

S

M, jekk M_entirety = 0

 

 

P_Number

In-numru tas-serje tal-part

Text

S

M, jekk M_entirety = 0

 

 

P_Mobile

Indikazzjoni ta’ jekk din il-parti hijiex maħsuba biex tintuża fuq diversi magni (parti fissa vs mobbli)

Boolean

S

M, jekk M_entirety = 0

0 – Le (parti fissa)

1 – Iva (parti mobbli)

 

P_ATD1

Indikazzjoni ta’ jekk apparat kontra t-tbagħbis fis-sens tal-Artikolu 2(7) jirreġistra l-funzjonament ta’ din il-parti

Boolean

S

M, jekk M_entirety = 0

0 – Le

1 – Iva

 

P_ATD2

In-numru tas-serje tal-apparat kontra t-tbagħbis

Text

S

M, jekk M_entirety = 0 u P_ATD1 = 1

 

 

P_Description

Deskrizzjoni tal-parti li tispjega l-funzjoni teknika tagħha

Text

S

O

 

 

M_Producer

Manifattur tal-magna

Text

S

M, jekk M_entirety = 1

 

 

M_Model

Il-mudell tal-magna

Text

S

M, jekk M_entirety = 1

 

 

M_Number

In-numru tas-serje tal-magna

Text

S

M, jekk M_entirety = 1

 

 

M_parts

Indikazzjoni ta’ jekk il-magna tikkonsistix f’diversi partijiet identifikabbli separatament

Boolean

S

M, jekk M_entirety = 1

0 – Le

1 – Iva”

 

M_plist

Lista tal-partijiet identifikabbli

MID

M

M, jekk M_entirety = 1 u M_parts = 1

 

 

M_ATD

Numru tas-serje tal-apparat kontra t-tbagħbis fis-sens tal-Artikolu 2(7)

Text

S

M, jekk M_entirety = 1 u M_parts = 0

 

 

M_Capacity

Il-kapaċità massima fuq ċiklu tal-produzzjoni ta’ 24 siegħa, mogħtija f’pakketti individwali

Numru sħiħ

S

M, jekk M_entirety = 1

 

(h)

il-punt 1.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.8.   Korrezzjoni tal-informazzjoni relatata mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna

Entrata

#

Kamp

Kummenti

Tip ta’ Data

Kardinalità

Prijorità

Valuri

 

Message_Type

Identifikazzjoni tat-tip ta’ messaġġ

Text

S

M

1-8

 

EO_ID

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku

EOID

S

M

 

 

EO_CODE

Kodiċi ta’ konferma tal-operatur ekonomiku li jintbagħat bi tweġiba għar-reġistrazzjoni tiegħu

Text

S

M

 

 

F_ID

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità

FID

S

M

 

 

M_ID

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna (soġġett għall-korrezzjoni tal-informazzjoni)

MID

S

M

 

 

PrevMID_B

Indikazzjoni ta’ jekk l-oġġett ta’ din it-talba kienx diġà rreġistrat, eż. fir-rigward ta’ kodiċi ieħor ta’ identifikazzjoni tal-faċilità

Boolean

S

M

0 – Le (reġistrazzjoni għall-ewwel darba)

1 – Iva

 

PrevMID_ID

Kodiċi ta’ identifikatur tal-magna preċedenti użat għall-għanijiet ta’ din it-talba

MID

S

M, jekk PrevMID_B = 1

 

 

M_entirety

Indikazzjoni ta’ jekk din it-talba tikkonċernax il-magna (vs parti minnha)

Boolean

S

M

0 – Le (parti mill-magna)

1 – Iva (magna)

 

P_Producer

Il-produttur ta’ part

Text

S

M, jekk M_entirety = 0

 

 

P_Model

Mudell tal-part

Text

S

M, jekk M_entirety = 0

 

 

P_Number

In-numru tas-serje tal-part

Text

S

M, jekk M_entirety = 0

 

 

P_Mobile

Indikazzjoni ta’ jekk din il-parti hijiex maħsuba biex tintuża fuq diversi magni (parti fissa vs mobbli)

Boolean

S

M, jekk M_entirety = 0

0 – Le (parti fissa)

1 – Iva (parti mobbli)

 

P_ATD1

Indikazzjoni ta’ jekk apparat kontra t-tbagħbis fis-sens tal-Artikolu 2(7) jirreġistrax il-funzjonament ta’ din il-parti

Boolean

S

M, jekk M_entirety = 0

0 – Le

1 – Iva

 

P_ATD2

In-numru tas-serje tal-apparat kontra t-tbagħbis

Text

S

M, jekk M_entirety = 0 u P_ATD1 = 1

 

 

P_Description

Deskrizzjoni tal-parti li tispjega l-funzjoni teknika tagħha

Text

S

O

 

 

M_Producer

Manifattur tal-magna

Text

S

M, jekk M_entirety = 1

 

 

M_Model

Il-mudell tal-magna

Text

S

M, jekk M_entirety = 1

 

 

M_Number

In-numru tas-serje tal-magna

Text

S

M, jekk M_entirety = 1

 

 

M_parts

Indikazzjoni ta’ jekk il-magna tikkonsistix f’diversi partijiet identifikabbli separatament

Boolean

S

M, jekk M_entirety = 1

0 – Le

1 – Iva”

 

M_plist

Lista tal-partijiet identifikabbli

MID

M

M, jekk M_entirety = 1 u M_parts = 1

 

 

M_ATD

Numru tas-serje tal-apparat kontra t-tbagħbis fis-sens tal-Artikolu 2(7)

Text

S

M, jekk M_entirety = 1 u M_parts = 0

 

 

M_Capacity

Il-kapaċità massima fuq ċiklu tal-produzzjoni ta’ 24 siegħa, mogħtija f’pakketti individwali

Numru sħiħ

S

M, jekk M_entirety = 1

 

2.4.

It-Taqsima 2 fil-Kapitolu II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 2.1., ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “P_Type” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“P_Type

It-tip ta’ prodott tat-tabakk

Integer

S

M

1 - Sigarett

2 - Sigarru

3 - Sigarru żgħir

4 - Tabakk tal-brim

5 - Tabakk tal-pipa

6 - Tabakk tal-pipa tal-ilma

7 - Tabakk għall-użu orali

8 - Tabakk nażali

9 - Tabakk tal-magħda

11 - Prodott tat-tabakk ġdid

12 - Prodott tat-tabakk ieħor (prodott li tqiegħed fis-suq qabel id-19 ta’ Mejju 2014, u li ma huwiex kopert mill-kategoriji 1 sa 9)”

(b)

fil-punt 2.1., ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “P_Brand” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“P_Brand

Il-marka tal-prodott tat-tabakk li taħtu l-prodott se jkun ikkummerċjalizzat fis-suq intenzjonat tiegħu

Text

S

M

 

 

P_SubType_Exist

Tindika jekk jeżistix l-“isem tas-subtip” tal-prodott.

L-isem tas-subtip jipprovdi aktar identifikazzjoni tal-prodott lil hinn mill-isem tal-marka ta’ prodott.

Boolean

S

M

0 – Le

1 – Iva”

 

P_SubType_Name

Il-prodott “isem tas-subtip” (jekk ikun hemm) kif ikkummerċjalizzat fis-suq intenzjonat tiegħu

Text

S

M, jekk P_SubType_Exist = 1

 

 

P_units

L-għadd ta’ unitajiet individwali fil-pakkett individwali (l-għadd ta’ stikek fil-pakkett).

Integer

S

M, jekk P_Type = 1 jew 2 jew 3

 

(c)

fil-punt 2.1, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “TP_PN” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“TP_PN

In-numru tal-prodott tat-tabakk użat fis-sistema EU-CEG (EAN jew GTIN jew SKU jew UPC)

PN

S

M, jekk Intended_ Market huwa Stat Membru

O, jekk Intended_ Market huwa pajjiż terz”

 

(d)

fil-punt 2.3, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “DEACT_upUI” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Deact_upUI

Il-lista tal-UIs tal-livell tal-pakketti individwali li jridu jiġu diżattivati

upUI(L)

jew

upUI(i)

jew

upUI(s)

M

M, jekk Deact_Type = 1”

 

(e)

jiżdied il-punt 2.4 li ġej:

“2.4.   Talba għar-riattivazzjoni tal-UIs għall-prodotti rrapportati bħala misruqin iżda rkuprati (permessa biss jekk fil-messaġġ preċedenti tat-tip 2-3, fil-Kamp Deact_Reason1 = 2)

Entrata

#

Kamp

Kummenti

Tip ta’ Data

Kardinalità

Prijorità

Valuri

 

Message_Type

Identifikazzjoni tat-tip ta’ messaġġ

Text

S

M

2-4

 

EO_ID

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku tal-entità li qiegħda tissottometti

EOID

S

M

 

 

F_ID

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità (faċilità ta’ rkupru)

FID

S

M

 

 

React_Type

Ir-riattivazzjoni tal-UIs tal-pakketti individwali jew tal-livell aggregat

Numru sħiħ

S

M

1 – UIs tal-livell tal-imballaġġi individwali

2 – UIs tal-livell tal-imballaġġi aggregati”

 

React_Reason

Deskrizzjoni tal-kuntest tar-riattivazzjoni

Text

S

O

 

 

React_upUI

Il-lista tal-UIs tal-livell tal-imballaġġi individwali li jridu jiġu riattivati

upUI(L)

jew

upUI(i)

jew

upUI(s)

M

M, jekk React_Type = 1

 

 

React_aUI

Il-lista tal-UIs tal-livell aggregati li jridu jiġu riattivati

aUI

M

M, jekk React_Type = 2“

 

2.5.

It-Taqsima 3 fil-Kapitolu II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3.3, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “Destination_ID5” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Destination_ID5

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tal-faċilità tad-destinazzjoni (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M, jekk Destination_ID1 = 1

 

 

Destination_ID6

Il-muniċipalità tal-faċilità tad-destinazzjoni (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M, jekk Destination_ID1 = 1

 

 

Destination_ID7

Il-kodiċi postali tal-faċilità tad-destinazzjoni

Text

S

M, jekk Destination_ID1 = 1

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

 

Destination_ID8

Pajjiż tal-faċilità tad-destinazzjoni

Pajjiż

S

M, jekk Destination_ID1 = 1

 

(b)

fil-punt 3.5, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “Destination_ID3” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Destination_ID3

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tal-faċilità tad-destinazzjoni (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M, jekk Destination_ID1 = 0

 

 

Destination_ID4

Il-muniċipalità tal-faċilità tad-destinazzjoni (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M, jekk Destination_ID1 = 0

 

 

Destination_ID5

Il-kodiċi postali tal-faċilità tad-destinazzjoni

Text

S

M, jekk Destination_ID1 = 0

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

 

Destination_ID6

Pajjiż tal-faċilità tad-destinazzjoni

Pajjiż

S

M, jekk Destination_ID1 = 0

 

(c)

jiżdied il-punt 3.8 li ġej:

“3.8.   Id-dispaċċ ta’ prodotti tat-tabakk minn faċilità lejn laboratorji, ċentri tar-rimi tal-iskart, awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali, ambaxxati u bażijiet militari

Entrata

#

Kamp

Kummenti

Tip ta’ Data

Kardi-nalità

Prijorità

Valuri

 

Message_Type

Identifikazzjoni tat-tip ta’ messaġġ

Text

S

M

3-8

 

EO_ID

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku tal-entità li qiegħda tissottometti

EOID

S

M

 

 

Event_Time

Data u ħin meta hemm il-ħsieb li jsir l-avveniment

Time(s)

S

M

 

 

F_ID

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità minn fejn qiegħed isir id-dispaċċ

FID

S

M

 

 

Destination_1

Indikazzjoni tat-tip ta’ destinazzjoni

Numru sħiħ

S

M

1 – Laboratorju

2 – Ċentru għar-rimi tal-iskart

3 – Awtorità nazzjonali

4 – Organizzazzjoni governattiva internazzjonali

5 – Ambaxxata

6 – Bażi Militari

 

Destination_2

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tad-destinazzjoni (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M

 

 

Destination_3

Il-muniċipalità tad-destinazzjoni (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M

 

 

Destination_4

Il-kodiċi postali tad-destinazzjoni

Text

S

M

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali

 

Destination_5

Pajjiż tad-destinazzjoni

Pajjiż

S

M

 

 

Transport_mode

Il-mod tat-trasport li bih il-prodott iħalli l-faċilità, ara l-Anness II, Lista tal-Kodiċijiet 7 tar-Regolament (KE) Nru 684/2009

Numru sħiħ

S

M

0 – Oħrajn

1 – Trasport bil-baħar

2 – Trasport bil-ferrovija

3 – Trasport bit-triq

4 – Trasport bl-ajru

5 – Kunsinna postali

6 – Installazzjonijiet fissi tat-trasport

7 – Trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

 

Transport_vehicle

L-identifikazzjoni tal-vettura (jiġifieri l-pjanċi tal-karozza, in-numru tal-ferrovija, in-numru tal-ajruplan jew tat-titjira, isem il-vapur jew identifikazzjoni oħra)

Text

S

M

‘n/a’ huwa valur permess jekk Transport_mode = 0 u jekk il-moviment tal-prodott iseħħ bejn stabbilimenti li jkunu jinsabu ħdejn xulxin u jittieħed bl-idejn

 

Transport_cont1

Indikazzjoni dwar jekk it-trasport isirx permezz ta’ kontejner u jkollux kodiċi tal-unità individwali tat-trasport jew le (pereżempju l-SSCC)

Boolean

S

M

0 – Le

1 – Iva

 

Transport_cont2

Il-kodiċi tal-unità individwali tat-trasport tal-kontejner

ITU

S

M, jekk Transport_cont1 = 1

 

 

UI_Type

L-identifikazzjoni tat-tipi ta’ UIs fid-dispaċċ (irreġistrati fl-ogħla livell ta’ aggregazzjoni disponibbli)

Numru sħiħ

S

M

1 – UIs tal-livell tal-imballaġġi individwali biss

2 – UIs tal-livell tal-imballaġġi aggregati biss

3 – kemm UIs tal-livell tal-imballaġġi individwali kif ukoll UIs tal-livell tal-imballaġġi aggregati”

 

upUIs

Il-lista tal-UIs tal-livell tal-imballaġġi individwali soġġetti għal dispaċċ

upUI(L)

M

M, jekk UI_Type = 1 jew 3

 

 

aUIs

Il-lista tal-UIs tal-livell tal-imballaġġi aggregati soġġetti għal dispaċċ

aUI

M

M, jekk UI_Type = 2 jew 3

 

 

S_Dispatch_comment

Kummenti mill-entità li qiegħda tibgħat ir-rapport

Text

S

O

 

2.6.

It-Taqsima 4 fil-Kapitolu II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 4.1., ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “Buyer_Address” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Buyer_Address_1

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tax-xerrej (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M, jekk Invoice_Buyer1 = 0

 

 

Buyer_Address_2

Il-muniċipalità tax-xerrej (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M, jekk Invoice_Buyer1 = 0

 

 

Buyer_Address_3

Il-kodiċi postali tax-xerrej

Text

S

M, jekk Invoice_Buyer1 = 0

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

(b)

fil-punt 4.3, ir-ringiela tat-tabella għall-Kamp “Payer_Address” hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Payer_Address_1

L-isem tat-triq u n-numru tad-dar tal-pagatur (jew in-numru tat-triq u l-kilometri)

Text

S

M, jekk Payment_Payer1 = 0

 

 

Payer _Address_2

Il-muniċipalità tal-pagatur (belt, raħal jew villaġġ)

Text

S

M, jekk Payment_Payer1 = 0

 

 

Payer _Address_3

Kodiċi postali tal-pagatur

Text

S

M, jekk Payment_Payer1 = 0

il-valur ‘n/a’ huwa permess jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda kodiċi postali”

2.7.

It-Taqsima 5 fil-Kapitolu II tinbidel kif ġej:

Sejħiet lura

5.   Sejħiet lura ta’ talbiet, messaġġi operazzjonali u tranżazzjonali (possibbli għat-tipi ta’ messaġġi 2-1, 2-2, 2-3 (fi żmien 24 siegħa biss mir-rapportar oriġinali tal-messaġġ 2-3, għal Deact_Reason1 minbarra “2 – Prodott misruq”), 3-1 sa 3-8, 4-1, 4-2 u 4-3)

Numru tal-oġġett

Kamp

Kummenti

Tip ta’ Data

Kardi-nalità

Prijorità

Valuri

 

Message_Type

Identifikazzjoni tat-tip ta’ messaġġ

Text

S

M

5

 

EO_ID

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku tal-entità li qiegħda tissottometti

EOID

S

M

 

 

Recall_CODE

Il-kodiċi tas-sejħa lura tal-messaġġ li jintbagħat lil min qed jibgħat il-messaġġ fil-messaġġ ta’ rikonoxximent tal-messaġġ oriġinali li jrid jissejjaħ lura

Text

S

M

Recall_CODE

 

Recall_

Reason1

Raġuni għaliex qiegħed jissejjaħ lura l-messaġġ oriġinali

Numru sħiħ

S

M

1 – l-avveniment irrapportat ma seħħx (għall-messaġġi tat-tip 3-3, 3-5 u 3-8 biss)

2 – il-messaġġ kien fih informazzjoni żbaljata

3 – oħrajn

 

Recall_

Reason2

Deskrizzjoni tar-raġuni għaliex qiegħed jissejjaħ lura l-messaġġ oriġinali

Text

S

M, jekk Recall_

Reason1 = 3

 

 

Recall_

Reason3

Kwalunkwe spjegazzjoni addizzjonali li jista’ jkun hemm dwar ir-raġuni għaliex qiegħed jissejjaħ lura l-messaġġ oriġinali

Text

S

O

 

Avviż:

Is-sejħa lura tal-messaġġi marbutin mal-avvenimenti loġistiċi u ma’ dawk operattivi twassal biex il-messaġġ li jissejjaħ lura jiġi mmarkat bħala messaġġ li tħassar, iżda ma twassalx biex jitħassru r-reġistri rilevanti li jkun hemm fil-bażi tad-data eżistenti.”

(3)

Jiżdied l-Anness III li ġej:

“ANNESS III

L-istruttura ta’ identifikatur uniku fil-livell ta’ unità

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

Element:

Identifikatur tas-simboloġija

Kwalifikatur tad-data obbligatorju

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-emittent tal-identifikazzjoni

Kwalifikatur tad-data fakultattiv

Numru tas-serje

Kwalifikatur tad-data fakultattiv

Kodiċi tal-prodott

Kwalifikatur tad-data fakultattiv

Kronogramma

Tip:

Kwalifikatur

Kwalifikatur

Sekwenza (element tad-data)

Kwalifikatur

Sekwenza (element tad-data)

Kwalifikatur

Sekwenza (element tad-data)

Kwalifikatur

Sekwenza (element tad-data)

Pożizzjoni fl-identifikatur uniku:

Fissa

Fissa

Fissa

Mhux fissa

Mhux fissa

Mhux fissa

Mhux fissa

Fissa

Fissa

Regolati minn:

L-Artikolu 21(1) u l-istruttura ta’ kodiċi tal-emittent tal-identifikazzjoni

L-Artikolu 3(4), l-Artikolu 8(1)(a), l-Artikolu 21(1) u l-istruttura ta’ kodiċi tal-emittent tal-identifikazzjoni

L-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 8(1)(a)

L-Artikolu 21(1) u l-istruttura ta’ kodiċi tal-emittent tal-identifikazzjoni

L-Artikolu 8(1)(b)

L-Artikolu 21(1) u l-istruttura ta’ kodiċi tal-emittent tal-identifikazzjoni

L-Artikolu 8(1)(c)

L-Artikolu 21(1), l-Artikolu 21(4) u l-istruttura ta’ kodiċi tal-emittent tal-identifikazzjoni

L-Artikolu 8(1)(d) u l-Artikolu 21(4)

Standards internazzjonali applikabbli:

ISO/IEC 16022:2006, jew ISO/IEC 18004:2015, jew ISS DotCode Symbology Spec.

ISO 15459-2:2015 u ISO 15459-3:2014

ISO 15459-2:2015 u ISO 15459-3:2014

 

 

 

 

 

 

Proċess:

Applikat mill-operaturi ekonomiċi

Applikat mill-operaturi ekonomiċi

Iġġenerat mill-emittenti tal-identifikazzjoni

Applikat mill-operaturi ekonomiċi

Iġġenerat mill-emittenti tal-identifikazzjoni

Applikat mill-operaturi ekonomiċi

Iġġenerat mill-emittenti tal-identifikazzjoni

Applikat mill-operaturi ekonomiċi

Applikat mill-operaturi ekonomiċi

Trażmissjoni lis-sistema ta’ repożitorji:

Le

Le

Iva

Le

Iva

Le

Iva

Le

Iva

Nota:

Għall-finijiet tal-iskema ta’ hawn fuq, is-separaturi tal-grupp (/FNC1) jitqiesu bl-istess mod bħal kwalifikaturi tad-data fakultattivi, jiġifieri l-użu tagħhom jiddependi mill-istruttura ta’ kodiċi tal-emittent tal-identifikazzjoni.