2.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/447

tal-1 ta’ Marzu 2023

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li titressaq applikazzjoni.

(4)

F’Jannar 2019, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati bħala addittiv tal-ikel ġdid għall-użu bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa. L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Il-glikosidi tal-istevjol glukosilati huma prodotti permezz ta’ bijokonverżjoni enzimatika bl-użu ta’ ċiklomaltodestrina glukanotrasferażi li tikkatalizza t-trasferiment tal-glukożju mil-lamtu għal taħlitiet arrikkiti fi glikosid tal-istevjol individwali wieħed jew aktar mill-estratti tal-weraq tal-iStevia Rebaudiana purifikati. Dawn jikkonsistu f’taħlita ta’ glikosidi tal-istevjol glukosilati, li fiha minn 1 sa 20 unitajiet addizzjonali ta’ glukożju marbuta mal-glikosidi tal-istevjol oriġinarju. Għandhom profil ta’ ħlewwa mtejjeb meta mqabbla mas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa awtorizzati l-oħra inkluż il-glikosidi tal-istevjol mill-iStevia (E 960a).

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-15 ta’ Diċembru 2021 (4). L-Awtorità qieset li l-metaboliżmu tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati huwa simili biżżejjed għall-glikosidi tal-istevjol diġà awtorizzati, u għalhekk id-data tossikoloġika vvalutata qabel mill-Awtorità għall-glikosidi tal-istevjol (E 960a) tqieset li tappoġġa s-sikurezza tagħhom bħala addittiv tal-ikel. L-enzima ċiklomaltodestrina glukanotrasferażi (EC 2.4.1.19) derivata minn razza mhux ġenetikament modifikata tal-Anoxybacillus caldiproteolyticus u maħsuba biex tintuża fil-manifattura tal-glikosidi tal-istevjol modifikati ma tagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba abbażi tad-data pprovduta lill-Awtorità (5). L-Awtorità kkonkludiet li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-użu tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati bħala addittiv tal-ikel għall-istess użi u livelli ta’ użu proposti bħal dawk tal-glikosidi tal-istevjol (E 960a–960c) li jintużaw bħala sustanzi li jagħtu l-ħlewwa.

(7)

Għalhekk, jixraq li jiġi awtorizzat l-addittiv tal-ikel “glikosidi tal-istevjol glukosilati” (E 960d) bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa fil-kategoriji tal-ikel fejn il-glikosidi tal-istevjol (E 960a–960c) huma attwalment awtorizzati u fl-istess livelli massimi.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet tal-addittiv tal-ikel glikosidi tal-istevjol glukosilati jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 peress li huwa inkluż għall-ewwel darba fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2022;20(2):7066.

(5)  EFSA Journal 2022;20(1):7004.


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti B, 2. Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal E 960c:

“E 960d

Glikosidi tal-istevjol glukosilati”;

(b)

Fil-Parti C, (5) Addittivi oħra li jistgħu jiġu rregolati kkombinati, il-punt (v) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(v)

E 960a – 960d: Glikosidi tal-istevjol

Numru E

Isem

E 960a

Glikosidi tal-istevjol mill-iStevia

E 960c

Glikosidi tal-istevjol prodotti b’mod enzimatiku

E 960d

Glikosidi tal-istevjol glukosilati”;

(c)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-Kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentati mogħtija t-togħma inklużi prodotti trattati bis-sħana), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

prodotti b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(2)

Fil-Kategorija 03 (Silġ li jittiekel), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

prodotti b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(3)

Fil-Kategorija 04.2.2 (Frott u ħxejjex fil-ħall, fiż-żejt jew fl-ilma mielaħ), l-entratata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

priservi b’togħma ħelwa-qarsa tal-frott u tal-ħxejjex biss”;

(4)

Fil-Kategorija 04.2.4.1 (Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluża zalza tal-frott), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa biss”;

(5)

Fil-Kategorija 04.2.5.1 (Ġamm ekstra u ġelatini ekstra kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

ġammijiet, ġelatini u marmellati li huma b’enerġija mnaqqsa biss”;

(6)

Fil-Kategorija 04.2.5.2 (Ġamm, ġelatini u marmellati u purè tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

ġammijiet, ġelatini u marmellati li huma b’enerġija mnaqqsa biss”;

(7)

Fil-Kategorija 04.2.5.3 (Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

pejsts tal-frott u tal-ħaxix u pejsts għall-ħobż abbażi ta’ frott imnixxef, li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(8)

Fil-Kategorija 05.1 (Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata koperti bid-Direttiva 2000/36/KE), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(9)

Fil-Kategorija 05.2 (Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs), l-entrati għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

pejsts tal-ħobż abbażi ta’ kawkaw, ħalib, frott imnixxef jew xaħam, li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

350

(1) (60)

ħelu mingħajr zokkor miżjud biss

ħelu iebes b’enerġija mnaqqsa biss (ħelu u lollies)

ħelu artab (ħelu li tomogħdu, gums tal-frott, u prodotti taz-zokkor tar-ragħwa/marshmallows) li huma b’enerġija mnaqqsa biss

għud is-sus b’enerġija mnaqqsa biss

qubbajt b’enerġija mnaqqsa biss

marżipan b’enerġija mnaqqsa biss

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

2 000

(1) (60)

ħelu żgħir li jiffriskaw in-nifs li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

670

(1) (60)

mustardini b’togħma qawwija li jiffriskaw il-griżmejn li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(10)

Fil-Kategorija 05.3 (Chewing gum), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

3300

(1) (60)

mingħajr zokkor miżjud biss”;

(11)

Fil-Kategorija 05.4 (Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4) l-entrati għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

ħelu mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)

abbażi tal-kawkaw jew frott imnixxef, li huma b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(12)

Fil-Kategorija 06.3 (Ċereali tal-kolazzjon), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

ċereali tal-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 % u li fihom tal-anqas 20 % nuħħala, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(13)

Fil-Kategorija 07.2 (Oġġetti fini tal-forn), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)

essoblaten — karta tal-wejfer biss”;

(14)

Fil-Kategorija 09.2 (Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

priservi b’togħma ħelwa-qarsa u semipriservi ta’ ħut u ta’ marinati tal-ħut, tal-krustaċji u tal-molluski”;

(15)

Fil-Kategorija 11.4.1 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’forma likwida), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

quantum satis

(1) (60)”;

 

(16)

Fil-Kategorija 11.4.2 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’forma ta’ trab), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

quantum satis

(1) (60)”;

 

(17)

Fil-Kategorija 11.4.3 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda f’pilloli), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

quantum satis

(1) (60)”;

 

(18)

Fil-Kategorija 12.4 (Mustarda), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

120

(1) (60)”;

 

(19)

Fil-Kategorija 12.5 (Soppa u brodu) l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

40

(1) (60)

sopop b’enerġija mnaqqsa biss”;

(20)

Fil-Kategorija 12.6 (Zlazi), l-entrati għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

120

(1) (60)

għajr iz-zalza tas-sojja (iffermentata u mhux iffermentata)

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

175

(1) (60)

Zalza tas-sojja (iffermentata u mhux iffermentata) biss”;

(21)

Fil-Kategorija 13.2 (Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definiti mid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

330

(1) (60)”;

 

(22)

Fil-Kategorija 13.3 (Ikel djetetiku għal dieti ta’ kontroll tal-piż maħsuba biex jissostitwixxu l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta’ kuljum totali kollha jew parti minnha) l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

270

(1) (60)”;

 

(23)

Fil-Kategorija 14.1.3 (Nettari tal-frott kif iddefiniti mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u nettari tal-ħaxix u prodotti simili), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”

(24)

Fil-Kategorija 14.1.4 (Xarbiet mogħtija t-togħma), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

80

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(25)

Fil-Kategorija 14.1.5.2 (Oħrajn), l-entrati għal E 960a – 960c (glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

30

(1) (60) (93)

kafè, te u xarbiet magħmula minn infużjonijiet erbali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

30

(1) (60) (93)

kafè istantanju bit-togħma u prodotti ta’ kappuċċino instantanju, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

20

(1) (60) (93)

xarbiet ibbażati fuq ix-xgħir u bit-togħma taċ-ċikkulata/kappuċċino, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(26)

Fil-Kategorija 14.2.1 (Birra u xarbiet tax-xgħir), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

70

(1) (60)

birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jeċċedix 1,2 % vol. biss; ‘Bière de table/Tafelbier/Table beer’ (kontenut oriġinali ta’ estratt tax-xgħir anqas minn 6 %) ħlief ‘Obergäriges Einfachbier’; birer b’aċidità minima ta’ 30 milliekwivalenti espressi bħala NaOH; Birer kannella tat-tip “oud bruin” biss”;

(27)

Fil-Kategorija 14.2.8 (Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

150

(1)(60)”;

 

(28)

Fil-Kategorija 15.1 (Ikliet ħfief abbażi ta’ patata, ċereali, dqiq jew lamtu), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

20

(1) (60)”;

 

(29)

Fil-Kategorija 15.2 (Ġewż ipproċessat), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

20

(1) (60)”;

 

(30)

Fil-Kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4), l-entrata għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

100

(1) (60)

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss”;

(31)

Fil-Kategorija 17.1 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’għamla solida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar), l-entrati għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

670

(1) (60)

 

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

1800

(1) (60)

supplimenti tal-ikel f’għamla li tintmagħad biss”;

(32)

Fil-Kategorija 17.2 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’għamla likwida, minbarra s-supplimenti tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar), l-entrati għal E 960a – 960c (Glikosidi tal-istevjol) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

200

(1) (60)

 

 

E 960a – 960d

Glikosidi tal-istevjol

1800

(1) (60)

supplimenti tal-ikel f’għamla ta’ ġulepp biss”;


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 960c(iv):

“E 960d   GLIKOSIDI TAL-ISTEVJOL GLUKOSILATI

Sinonimi

 

Definizzjoni

Taħlita ta’ glikosidi akbar tal-istevjol derivati permezz tal-glukosilazzjoni tal-glikosidi tal-istevjol estratti mill-weraq tal-pjanta Stevia rebaudiana Bertoni. It-taħlita hija magħmula mill-glikosidi tal-istevjol glukosilati u glikosidi tal-istevjol oriġinarji residwi mill-werqa tal-iStevia. Il-glikosidi tal-istevjol glukosilati huma prodotti bit-trattament tal-glikosidi tal-istevjol, estratti mill-werqa tal-iStevia, u l-lamtu tajjeb għall-konsum mill-bniedem biċ-ċiklomaltodestrina glukanotrasferażi (EC 2.4.1.19) derivata minn razza mhux OĠM tal-Anoxybacillus caldiproteolyticus St-88. L-enzima tittrasferixxi unitajiet tal-glukożju mil-lamtu għall-glikosidi tal-istevjol. Il-materjal li jirriżulta jissaħħan u jiġi ttrattat bil-karbonju attivat biex titneħħa l-enzima, imbagħad jiġi mgħoddi mir-reżina tal-adsorbiment/desorbiment biex jitneħħa l-lamtu idrolizzat residwu (destrina), segwit mill-purifikazzjoni u l-preparazzjoni tal-prodotti finali bl-użu ta’ proċessi li jistgħu jinkludu t-tneħħija tal-kulur, il-konċentrazzjoni u t-tnixxif bl-atomizzazzjoni.

Isem kimiku

Stevjolbijosidu: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku

Rubusosidu: aċidu 13-β-d-glukopiranosilossikawr-16-en-18-oiku, ester β-D-glukopiranosiliku

Dulkosidu A: aċidu 13-[(2-O-α–L-ramnopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku

Stevjosidu: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku

Rebawdjosidu A: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku

Rebawdjosidu B: aċidu 13-[(2-O-β–D-glukopiranosil-3-O-β–D-glukopiranosi-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku

Rebawdjosidu C: aċidu 13-[(2-O-α–L-ramnopiranosil-3-O-β–D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku

Rebawdjosidu D: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester 2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosiliku

Rebawdjosidu E: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester 2-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosiliku

Rebawdjosidu F: aċidu 13-[(2-O-β-D-ksilofuranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester β-D-glukopiranosiliku

Rebawdjosidu M: aċidu 13-[(2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil)ossi]kawr-16-en-18-ojku, ester 2-O-β-D-glukopiranosil-3-O-β-D-glukopiranosil-β-D-glukopiranosil

U d-derivattivi glukosilati tagħhom (1-20 unitajiet ta’ glukożju miżjuda)

Formula molekulari

Isem trivjali

Formola

Fattur ta’ konverżjoni

 

Stevjolbijosidu n-Glukosilat

C(32+n*6)H(50+n*10)O(13+n*5)

 

Rubusosidu n-Glukosilat

C(32+n*6)H(50+n*10)O(13+n*5)

 

Dulkosidu A n-Glukosilat

C(38+n*6)H(60+n*10)O(17+n*5)

 

Stevjosidu n-Glukosilat

C(38+n*6)H(60+n*10)O(18+n*5)

 

Rebawdjosidu A n-Glukosilat

C(44+n*6)H(70+n*10)O(23+n*5)

 

Rebawdjosidu B n-Glukosilat

C(38+n*6)H(60+n*10)O(18+n*5)

 

Rebawdjosidu C n-Glukosilat

C(44+n*6)H(70+n*10)O(22+n*5)

 

Rebawdjosidu D n-Glukosilat

C(50+n*6)H(80+n*10)O(28+n*5)

 

Rebawdjosidu E n-Glukosilat

C(44+n*6)H(70+n*10)O(23+n*5)

 

Rebawdjosidu F n-Glukosilat

C(43+n*6)H(68+n*10)O(22+n*5)

 

Rebawdjosidu M n-Glukosilat

C(56+n*6)H(90+n*10)O(33+n*5)

 

n: għadd ta’ unitajiet ta’ glukożju miżjuda b’mod enzimatiku mal-glikosidu tal-istevjol oriġinarju (n = 1-20)

Fattur ta’ konverżjoni tipiku għat-taħlitiet ta’ glikosidi tal-istevjol glukosilati = 0,20 (fuq il-bażi mnixxfa, ħielsa mid-destrina)

 

Stevjol

C20H30O3

1,00

 

Stevjolbijosidu

C32H50O13

0,50

Rubusosidu

C32H50O13

0,50

Dulkosidu A

C38H60O17

0,40

Stevjosidu

C38H60O18

0,40

Rebawdjosidu A

C44 H70 O23

0,33

Rebawdjosidu B

C38 H60 O18

0,40

Rebawdjosidu C

C44H70O22

0,34

Rebawdjosidu D

C50H80O28

0,29

Rebawdjosidu E

C44H70O23

0,33

Rebawdjosidu F

C43H68O22

0,34

Rebawdjosidu M

C56H90O33

0,25

Piż molekulari u Nru CAS

Isem trivjali

Numru CAS

Piż molekulari (g/mol)

Stevjolbijosidu n-Glukosilat

Mhux disponibbli

642,73+n*162,15

Rubusosidu n-Glukosilat

Mhux disponibbli

642,73+n*162,15

Dulkosidu A n-Glukosilat

Mhux disponibbli

788,87+n*162,15

Stevjosidu n-Glukosilat

Mhux disponibbli

804,88+n*162,15

Rebawdjosidu A n-Glukosilat

Mhux disponibbli

967,01+n*162,15

Rebawdjosidu B n-Glukosilat

Mhux disponibbli

804,88+n*162,15

Rebawdjosidu C n-Glukosilat

Mhux disponibbli

951,02+n*162,15

Rebawdjosidu D n-Glukosilat

Mhux disponibbli

1129,15+n*162,15

Rebawdjosidu E n-Glukosilat

Mhux disponibbli

967,01+n*162,15

Rebawdjosidu F n-Glukosilat

Mhux disponibbli

936,99+n*162,15

Rebawdjosidu M n-Glukosilat

Mhux disponibbli

1291,30+n*162,15

Stevjol

 

318,46

Stevjolbijosidu

41093-60-1

642,73

Rubusosidu

64849-39-4

642,73

Dulkosidu A

64432-06-0

788,87

Stevjosidu

57817-89-7

804,88

Rebawdjosidu A

58543-16-1

967,01

Rebawdjosidu B

58543-17-2

804,88

Rebawdjosidu C

63550-99-2

951,02

Rebawdjosidu D

63279-13-0

1 129,15

Rebawdjosidu E

63279-14-1

967,01

Rebawdjosidu F

438045-89-7

936,99

Rebawdjosidu M

1220616-44-3

1 291,30

Assaġġ

Mhux inqas minn 95 % tal-glikosidi tal-istevjol totali, magħmula mill-glikosidi tal-istevjol imsemmija hawn fuq flimkien mad-derivattivi glukosilati tagħhom (1-20 unitajiet ta’ glukożju miżjuda), fuq il-bażi mnixxfa, ħielsa mid-destrina.

Deskrizzjoni

Trab b’kulur minn abjad sa isfar ċar, madwar 100 sa 200 darba aktar ħelu mis-sukrożju (f’ekwivalenza ta’ 5 % ta’ sukrożju).

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Solubbli fl-ilma

pH

Bejn 4,5 u 7,0 (soluzzjoni 1:100)

Purità

Irmied totali

Mhux aktar minn 1 %

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 6 % (105 °C, 2h)

Solvent residwu

Mhux aktar minn 200 mg/kg metanol

Mhux aktar minn 3 000  mg/kg etanol

Arseniku

Mhux aktar minn 0,015 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Kadmju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 0,1 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi

L-għadd tal-kolonji (aerobiċi) totali

Mhux aktar minn 1 000 CFU/g

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 200 CFU/g

E. coli

Negattiv f’1 g

Salmonella

Negattiv f’25 g”.