|
25.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 59/423 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/430
tal-25 ta’ Frar 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. It-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tagħha. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2197 (2), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2195 (3), li ddeżinjaw lill-Wagner Group u tlieta mill-membri tiegħu involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’partijiet differenti tad-dinja. |
|
(3) |
L-Unjoni tibqa’ mħassba ħafna dwar ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-tortura u trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, imwettqa f’diversi pajjiżi, inkluż fl-Ukrajna, fil-Libja, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), fil-Mali u fis-Sudan mill-Wagner Group. |
|
(4) |
B’kont meħud tad-dimensjoni internazzjonali u l-gravità tal-attivitajiet tal-Wagner Group, kif ukoll l-impatt destabbilizzanti tagħha f’dawk il-pajjiżi, l-Unjoni tqis li l-azzjonijiet tal-Wagner Group jimminaw l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 TUE, b’mod partikolari l-objettiv li jiġu kkonsolidati u appoġġati d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dak l-Artikolu. |
|
(5) |
F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tmien persuni u seba’ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 17).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2195 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 10).
ANNESS
|
1. |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (“Persuni fiżiċi”) fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1998:
|
|
2. |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-taqsima B (“Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”) fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998:
|