3.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/60


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/426 tal-25 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 59I tal-25 ta’ Frar 2023 )

(1)

Fil-paġna 2, il-punt (2), fil-kliem introduttorju tal-Artikolu 6b, il-paragrafu 5a,

minflok:

“ ‘5a.   B’deroga mill-Artikolu 2, il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati miżmuma mill-entità elenkata taħt l-entrata numru 101 taħt l-intestatura “Entitajiet” fl-Anness I, jew it-tqegħid għaddispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li:”,

aqra:

“ ‘5a.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 101 taħt l-intestatura “Entitajiet” fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li:”.

(2)

Fil-paġna 3, il-punt (2), l-Artikolu 6b, il-paragrafu 5b,

minflok:

“5b.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2, il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati miżmuma mill-entità elenkata taħt l-entrata numru 190 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi għal dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni sas-26 ta’ Awwissu 2023 ta’ operazzjonijiet, kuntratti jew ftehimiet oħra konklużi ma’dik l-entità jew inkella li jinvolvuha qabel il-25 ta’ Frar 2023.’;”,

aqra:

“5b.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 190 taħt l-intestatura “Entitajiet” fl-Anness I, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi għal dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni sas-26 ta’ Awwissu 2023 ta’ operazzjonijiet, kuntratti jew ftehimiet oħra konklużi ma’ dik l-entità jew inkella li jinvolvuha qabel il-25 ta’ Frar 2023.’;”.