23.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/402

tat-22 ta’ Frar 2023

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Ġunju 2017, Dow Europe GmbH (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem “CMIT/MIT SOLVENT BASED” tat-tip ta’ prodott 6, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, għall-preservazzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni, iż-żejt mhux maħdum u l-fjuwil tad-distillat intermedju, filwaqt li tat konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti ta’ Franza kienet qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-NN032576-24 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. Fis-16 ta’ April 2020, l-applikant irtira l-applikazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fil-fjuwils tal-avjazzjoni. Fil-31 ta’ Ottubru 2020, l-applikazzjoni ġiet trasferita mill-applikant lil Nutrition & Biosciences Netherlands B.V.

(2)

Il-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” tinkludi prodotti għall-preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum mingħajr ilma u tal-prodotti raffinati (fjuwils distillati medji u ħfief) li fihom il-5-kloro-2-metilisotijażol-3(2H)-on u t-2-metilisotijażol-3(2H)-on (“C(M)IT/MIT”) bħala s-sustanza attiva, li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Fit-28 ta’ Awwissu 2019, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija.

(4)

Fis-7 ta’ April 2020, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni opinjoni (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tas-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” u r-rapport finali tal-valutazzjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

L-opinjoni kkonkludiet li s-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (s), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li hija eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġetta għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) ta’ dak ir-Regolament. L-opinjoni inkludiet pożizzjoni ta’ minoranza espressa mill-membru maħtur mill-Ġermanja, li kkonkludiet li l-użu tas-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” bħala preżervattiv fil-fjuwils hu kunfliġġenti mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru (l-10 Ordinanza Federali dwar il-Kontroll tal-Emissjonijiet §2(1) u (2)), li tipprojbixxi li l-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq ikun fihom addittivi b’komposti tal-kloru jew tal-bromu u li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ addittivi li jkun fihom il-kloru jew il-bromu għax dawn il-komposti jikkawżaw il-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil.

(6)

Fil-15 ta’ Jannar 2021, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC lill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Biex tindirizza t-tħassib dwar il-formazzjoni tad-diossini espress fil-pożizzjoni ta’ minoranza għall-opinjoni, fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni talbet opinjoni mingħand l-Aġenzija skont l-Artikolu 75(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, biex ikun stmat l-ammont ta’ formazzjoni tad-diossini u l-kontribut ġenerali għall-emissjonijiet tad-diossini minħabba l-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fil-fjuwils użati għat-trasport bit-triq u fuq l-ilma. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Aġenzija tiċċara l-livell tar-riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-esponiment għad-diossini mill-ambjent bl-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED”.

(8)

Fil-5 ta’ Lulju 2021, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjoni mitluba lill-Kummissjoni (3) u kkonkludiet li għalkemm il-konsegwenzi potenzjali tal-użu ta’ C(M)IT/MIT bħala preżervattiv fiż-żejt u l-fjuwil ma jistgħux jingħataw il-ġenb, mhuwiex possibbli li wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar l-iskala tal-kontribut potenzjali tal-użu ta’ C(M)IT/MIT fil-fjuwils fejn jidħol l-esponiment għad-diossini, jew dwar il-konsegwenzi potenzjali ta’ addittivi tal-kloru bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(9)

Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“Konvenzjoni ta’ Stokkolma”) (4) u r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom l-objettivi li jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-pollutanti organiċi persistenti (POPs), li jinkludu d-diossini. Il-Kummissjoni jidhrilha li r-rifjut tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” ma jwassalx għal tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet tad-diossina meta mqabbel mal-għoti tagħha għax bħalissa skont il-miżuri tranżizzjonali tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Istati Membri jistgħu jqiegħdu fis-suq l-istess addittivi li jkun fihom il-kloru jew addittivi simili li jkun fihom il-kloru, jew inkella dawn jistgħu jiġu awtorizzati skont l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (6), u tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima” (8)) li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, l-ammont ġenerali ta’ fjuwil li jista’ potenzjalment jiġi ttrattat bil-familja ta’ prodotti bijoċidali u maħruq f’muturi jew f’sistemi tat-tisħin mistenni jonqos ġmielu fid-deċennji li ġejjin. Għaldaqstant, il-formazzjoni possibbli tad-diossini assoċjati mal-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” se tonqos skont dan, u b’hekk tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma u tar-Regolament (UE) 2019/1021.

(10)

Fis-16 ta’ Novembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, id-Danimarka talbet lill-Kummissjoni biex l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” ma tkunx tapplika fit-territorju tagħha, għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament, għax jidhrilha li l-preżenza ta’ komposti organiċi aloġenati bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils tista’ tikkawża l-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil, li jeżistu alternattivi għall-preservazzjoni tal-fjuwils mingħajr komposti aloġenati, u li r-raffineriji u l-istazzjonijiet tas-servizz Daniżi ma jużawx preżervattivi tal-fjuwils.

(11)

Fit-12 ta’ Diċembru 2021, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni taġġusta l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fit-territorju tagħha f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament ħalli ma tippermettix l-użu tagħha għall-preservazzjoni tal-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq mhux fuq il-binarji, għajr għall-fini ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif stabbilit fl-10 Ordinanza Federali dwar il-Kontroll tal-Emissjonijiet (9) flimkien mal-Att Ġermaniż dwar it-Traffiku fit-Toroq (10).

(12)

Fil-15 ta’ Lulju 2022, f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Belġju talab lill-Kummissjoni biex l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” ma tkunx tapplika fit-territorju tiegħu, għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament, għax jidhirlu li l-preżenza ta’ komposti organiċi aloġenati bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils tista’ tikkawża l-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil, li l-formazzjoni tad-diossini jenħtieġ li titnaqqas kemm jista’ jkun u, meta fattabbli, mxejna għalkollox fil-Belġju, u li jeżistu alternattivi għall-preservazzjoni tal-fjuwils mingħajr komposti aloġenati.

(13)

Il-Kummissjoni jidhrilha li t-talbiet tal-Ġermanja biex taġġusta l-kundizzjonijiet u t-talbiet tad-Danimarka u tal-Belġju biex ma japplikawx l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fit-territorji rispettivi ta’ dawk l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jistgħu jitqiesu ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent u protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin skont l-Artikolu 37(1), il-punti (a) u (c), ta’ dak ir-Regolament, għax il-preżenza ta’ komposti organiċi aloġenati bħal C(M)IT/MIT fil-fjuwils tista’ tikkawża l-formazzjoni tad-diossini waqt il-kombustjoni tal-fjuwil.

(14)

Għaldaqstant, il-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” jenħtieġ li ma tiġix awtorizzata għall-użu fid-Danimarka u fil-Belġju, u jenħtieġ li ma tintużax fil-Ġermanja għall-preservazzjoni tal-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq mhux fuq il-binarji, għajr għall-fini ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi.

(15)

Għalhekk, il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u jidhrilha li jixraq tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għas-“CMIT/MIT SOLVENT BASED” bl-aġġustamenti għall-Ġermanja, għad-Danimarka u għall-Belġju mitluba f’konformità mal-Artikolu 44(5), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0023657-0000 lil Nutrition & Biosciences Netherlands B.V. biex tqiegħed fis-suq u tuża l-familja ta’ prodotti bijoċidali “CMIT/MIT SOLVENT BASED” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.

Madankollu, l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni la għandha tapplika fit-territorju tar-Renju tad-Danimarka u fit-territorju tar-Renju tal-Belġju, u lanqas ma għandha tapplika fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-preservazzjoni tal-fjuwils għall-vetturi bil-mutur tat-triq mhux fuq il-binarji, għajr għall-fini ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-15 ta’ Marzu 2023 sat-28 ta’ Frar 2033.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  L-opinjoni tal-ECHA tal-5 ta’ Marzu 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodott bijoċidali “CMIT-MIT Solvent Based” (ECHA/BPC/246/2020), https://echa.europa.eu/bpc-opinions-on-union-authorisation

(3)  Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar talba skont l-Artikolu 75(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar l-evalwazzjoni tal-emissjonijiet tad-diossini bl-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali (BPF) “CMIT/MIT SOLVENT BASED” fil-fjuwils użati fit-trasport bit-triq u bil-baħar (ECHA/BPC/283/2021).

(4)  Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(6)  Patt Ekoloġiku Ewropew | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(8)  Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (europa.eu).

(9)  Zehnte Verordnung zur Durchführung des Bundes-Immissionsschutzgesetzes.

(10)  Straßenverkehrsgesetz.

ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta’ prodotti bijoċidali

CMIT/MIT SOLVENT BASED

Prodott tip 6 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin (Preservattivi)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0023657-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0023657-0000

PARTI I

L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Kunjom

Isem

CMIT/MIT SOLVENT BASED

1.2.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin

1.3.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

MC (Netherlands) 1 B.V.

Indirizz

Willem Einthovenstraat 4, 2342BH Oegstgeest Olanda

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0023657-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0023657-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

Il-15 ta’ Marzu 2023

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

It-28 ta’ Frar 2033

1.4.   Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali

L-isem tal-manifattur

Specialty Electronic Materials Switzerland GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Im Ochsensand, 9470 Buchs Isvizzera

Post ta’ siti ta’ manifattura

Im Ochsensand, 9470 Buchs Isvizzera

L-isem tal-manifattur

AD Productions BV

L-indirizz tal-manifattur

Markweg Zuid 27, 4794 SN Heijningen Olanda

Post ta’ siti ta’ manifattura

Markweg Zuid 27, 4794 SN Heijningen Olanda

1.5.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT)

L-isem tal-manifattur

Jiangsu FOPIA Chemicals Co., Ltd (Specialty Electronic Materials Switzerland GmbH)

L-indirizz tal-manifattur

Touzeng Village, Binhuai Town, 224555 Binhai County, Yancheng City, Jiangsu Ċina

Post ta’ siti ta’ manifattura

Touzeng Village, Binhuai Town, 224555 Binhai County, Yancheng City, Jiangsu Ċina

2.   IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U L-FORMULAZZJONI

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT)

Sustanza attiva

55965-84-9

10,8

12,1

Butyl carbitol

2-(2-butoksietoksi)etanol

Sustanza mhux attiva

112-34-5

203-961-6

0,0

89,2

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

PARTI II

IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI — META SPC(S)

META SPC 1

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1

1.1.   Identifikatur tal-Meta SPC 1

Identifikatur

Meta SPC KATHON FP

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-1

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT)

Sustanza attiva

55965-84-9

10,8

12,1

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda.

Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema.

Korrużiv għas-sistema respiratorja.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Tiblax man-nifs fwar.

Ilbies tax-xogħol kontaminat m’għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol.

Evita r-rilaxx fl-ambjent.

Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn.

Trattament speċifiku (ara struzzjonijiet supplimentali relatati mal-ewwel għajnuna fuq din it-tikketta).

JEKK JINBELA’:Laħlaħ ħalqek.TIPPROVOKAX ir-remettar.

JEKK FUQ IL-ĠILDA:Baħbaħ b’ħafna ilma.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA (jew ix-xagħar):Neħħi minnufih il-ħwejjeg kontaminati kollha.Laħlaħ il-ġilda bl-ilma.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ minnufih Ċentru tal-Velenu jew tabib.

Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati.U aħslu qabel terġa’ tużah.

Iġbor it-tixrid.

Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda:Ikkonsulta tabib.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi l-kontenut fi faċilità approvata skont ir-regolamenti lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali.

4.   UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1

4.1.   deskrizzjoni użu

Tabella 1. Uża # 1 – Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %

Tip ta’ Prodott

TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Fungi/mofof

isem komuni: mofof

istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi u spori

isem xjentifiku: Fungi/Ħmira

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi

isem xjentifiku: Batterji

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi

Qasam tal-użu

Indoor

Il-familja tal-prodotti bijoċidali hija rrakkomandata biex jiġu kkontrollati l-mikroorganiżmi fiż-żejt mhux maħdum u fil-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %.

Il-familja tal-prodotti bijoċidali ma għandhiex tintuża għall-preservazzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni, tan-naftas, tal-alkeni/olefini u tal-aromatiċi (strutturi sempliċi u aktar kumplessi).

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: It-tagħbija tal-prodott bijoċidali fit-tank tat-taħlita li jkun fih żjut mhux maħduma jew prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif)

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali jiżdied b’doża waħda meta ssir il-manifattura, ħażna jew vjeġġ.

Iddoża l-prodott bijoċidali sal-fluwidu tal-użu tat-tmiem f’punt li fih tista’ tiżgura taħlit adegwat permezz ta’ kejl awtomatizzat jew b’tifrigħ manwali bl-użu ta’ sistema ta’ dożaġġ tal-kejl sikura.

Il-prodott bijoċidali ma għandux jingħata kif fornut f’tank tal-fjuwil vojt. Tankijiet tal-karburanti ttrattati bi prodott bijoċidali għandhom ikunu tal-inqas 10 % mimlijin biex tiġi żgurata omoġenizzazzjoni tal-prodott bijoċidali. Dan jgħin fl-effikaċja tat-trattament.

It-tankijiet tal-fjuwil u s-samps għandhom jitbattlu mill-ilma regolarment. Wara t-trattament, battal mikroorganiżmi mejtin u fdalijiet oħra mill-fjuwil trattat li jkunu akkumulaw fil-qiegħ tat-tank. Il-filtri għandhom jiġu ċċekkjati wkoll ta’ spiss u għandhom jiġu eżaminati għall-akkumulazzjoni ta’ solidi sospiżi. Kull meta ssir manutenzjoni perjodika, it-tankijiet għandhom jiġu ċċekkjati għat-tkabbir mikrobiku.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Il-preservazzjoni għal ħażna għal żmien medju u twil u trattament kurattiv 50-100 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut. Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) u żjut mhux maħduma mingħajr ilma - Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil: 50 sa 150 ppm v/v tal-prodott bijoċidali kif fornut - Trattament kurattiv: 200 sa 400 ppm v/v tal-prodott bioċidali kif fornut

Dilwizzjoni (%):

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Żjut mhux maħduma mingħajr ilma

Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil:

50 sa 150 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (0,75–2,25 ppm v/v CMIT/MIT), iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa sa 4 ġimgħat, skont id-doża użata.

Trattament kurattiv:

Batterji: 200 sa 400 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (3–6 ppm v/v CMIT/MIT) Iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun ta’ bejn jum sa 3 ijiem, skont id-doża użata.

Fungi (Ħmira/Mofof): 400 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (6 ppm v/v CMIT/MIT) Iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun ta’ bejn jum sa 3 ijiem, skont id-doża użata.

Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif)

Irrepeti kemm hemm bżonn meta tinstab kontaminazzjoni.

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flasks: 5L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Bramel: 20L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Bramel: 25L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Bettiji: 215L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Bettiji: 220L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Kontenitur intermedju għal kwantitajiet kbar (IBC): 1000L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1) TAL-META SPC 1

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu u segwi l-istruzzjonijiet kollha pprovduti.

Irrispetta l-kundizzjonijiet tal-użu tal-prodott (il-konċentrazzjoni, il-ħin ta’ kuntatt, it-temperatura, il-pH, eċċ.)

Għal preservazzjoni matul ħażna għal perjodu ta’ żmien medju/twil, iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa u 4 ġimgħat skont id-doża użata. Għal trattament kurattiv, l-effett bijoċidali jinkiseb wara 1-3 ijiem.

Il-prodotti għandhom jintużaw biss għal ħżin għal perjodu medju jew twil jew għal trattament kurattiv. Tużax f’każ ta’ sistemi ta’ fatturat għoli.

Iċċekkja regolarment il-konċentrazzjoni residwa tas-sustanza attiva (kemm fil-fażi tal-karburant kif ukoll fil-fażi milwiema) bejn trasferimenti ta’ karburant sabiex tiżgura nuqqas ta’ kontaminazzjoni bejn it-trattamenti. L-għażla tal-intervalli bejn it-trattamenti hija bbażata fuq il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanza attiva residwa.

Għandhom isiru testijiet mikrobijoloġiċi biex juru l-adegwatezza tal-preservazzjoni (kemm fil-fażi tal-fjuwil kif ukoll dik milwiema) mill-utent tal-prodott sabiex jiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/lokalità/sistema speċifika. Jekk ikun hemm bżonn, ikkonsulta l-manifattur tal-prodott preservattiv

Mhux awtorizzati għall-użu fir-Renju tad-Danimarka u fir-Renju tal-Belġju.

Applikabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biss: Tużax il-prodotti għall-preservazzjoni tal-fjuwils għal vetturi bil-mutur tat-triq mhux marbutin mal-binarji, ħlief għal finijiet ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 6 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 15 000 m3.

Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 3 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 35 000 m3.

Meta tittratta l-prodott bijoċidali:

Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għal sustanzi kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) u lbies protettiv (tal-anqas ta’ EN13034 it-tip 6), matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott.

Ilbes gogils kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 166 matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott.

Għandhom jiġu implimentati l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali li ġejjin:

tindif regolari tat-tagħmir u taż-żona tax-xogħol;.

l-użu ta’ pompa ta’ dożaġġ għat-tagħbija manwali;

Minimizzazzjoni tal-fażijiet manwali;

ventilazzjoni adegwata waqt l-applikazzjoni tal-prodott.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ikkuntattja lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma (jew bid-doċċa). Neħħi/inża’ minnufih l-ilbies kontaminat u aħslu qabel terġa’ tużah.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs.

Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.

Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Armi biss f’impjant tat-trattament tad-drenaġġ STP

Armi l-prodott mhux użat, l-imballaġġ tiegħu u l-iskart kollu l-ieħor skont ir-regolamenti lokali.

Tirrilaxxax il-prodott mhux użat mal-art, f’mogħdijiet tal-ilma, f’pajpijiet (eż sink, tojlits) jew fid-drenaġġ.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien tal-ħżin: 24 xahar

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem kummerċjali

KATHON FP 1.5 Biocide

qasam tas-suq: EU

BLUECIDE 832

qasam tas-suq: EU

BIOCIDA CARBURANTE DIESEL-BIODIESEL

qasam tas-suq: EU

T2642

qasam tas-suq: EU

XC85957

qasam tas-suq: EU

BIOSTOP 15 GL

qasam tas-suq: EU

C 412 GP 10

qasam tas-suq: EU

SPEC-AID 8Q700

qasam tas-suq: EU

Predator 9015

qasam tas-suq: EU

FuelClear M15

qasam tas-suq: EU

MIRECIDE-KW/615

qasam tas-suq: EU

BIOC41770 A

qasam tas-suq: EU

Bactron B1770

qasam tas-suq: EU

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0023657-0001 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT)

Sustanza attiva

55965-84-9

11,3

META SPC 2

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 2

1.1.   Identifikatur tal-Meta SPC 2

Identifikatur

Meta SPC KATHON HP

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-2

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT)

Sustanza attiva

55965-84-9

10,8

12,1

Butyl carbitol

2-(2-butoksietoksi)etanol

Sustanza mhux attiva

112-34-5

203-961-6

87,9

89,2

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

AL - Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda.

Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema.

Korrużiv għas-sistema respiratorja.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Tiblax man-nifs fwar.

Ilbies tax-xogħol kontaminat m’għandux jitħalla joħroġ mill-post tax-xogħol.

Ilbes Ingwanti protettivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374/ilbies protettiv ta’ mill-inqas EN13034 tip 6/Ilbes gogils kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 166.

Trattament speċifiku (ara struzzjonijiet supplimentali relatati mal-ewwel għajnuna fuq din it-tikketta).

JEKK JINBELA’:Laħlaħ ħalqek.TIPPROVOKAX ir-remettar.

JEKK FUQ IL-ĠILDA:Baħbaħ b’ħafna ilma.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA (jew ix-xagħar):Neħħi minnufih il-ħwejjeg kontaminati kollha.Laħlaħ il-ġilda bl-ilma.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ minnufih Ċentru tal-Velenu jew tabib.

Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati.U aħslu qabel terġa’ tużah.

Aħsel il-ħwejjeġ kontaminati qabel terġa’ tużahom.

Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda:Ikkonsulta tabib.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi l-kontenut fi faċilità approvata skont ir-regolamenti lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali.

Evita r-rilaxx fl-ambjent.

Iġbor it-tixrid.

4.   UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 2

4.1.   deskrizzjoni użu

Tabella 2. Uża # 1 – Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %

Tip ta’ Prodott

TP 06 - Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Preservazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

isem xjentifiku: Batterji

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi

isem xjentifiku: Fungi/Ħmira

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi

isem xjentifiku: Fungi/mofof

isem komuni: mofof

istadju iżvilupp: ċelloli veġetattivi

Qasam tal-użu

Indoor

Il-familja tal-prodotti bijoċidali hija rrakkomandata biex jiġu kkontrollati l-mikroorganiżmi fiż-żejt mhux maħdum u fil-prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 2 %.

Il-familja tal-prodotti bijoċidali ma għandhiex tintuża għall-preservazzjoni tal-fjuwils tal-avjazzjoni, tan-naftas, tal-alkeni/olefini u tal-aromatiċi (strutturi sempliċi u aktar kumplessi).

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: It-tagħbija tal-prodott bijoċidali fit-tank tat-taħlita li jkun fih żjut mhux maħduma jew prodotti raffinati mingħajr ilma (fjuwils tad-distillat medju u ħafif)

Deskrizzjoni dettaljata:

Il-prodott bijoċidali jiżdied b’doża waħda meta ssir il-manifattura, ħażna jew vjeġġ.

Iddoża l-prodott bijoċidali sal-fluwidu tal-użu tat-tmiem f’punt li fih tista’ tiżgura taħlit adegwat permezz ta’ kejl awtomatizzat jew b’tifrigħ manwali bl-użu ta’ sistema ta’ dożaġġ tal-kejl sikura.

Il-prodott bijoċidali ma għandux jingħata kif fornut f’tank tal-fjuwil vojt. Tankijiet tal-karburanti ttrattati bi prodott bijoċidali għandhom ikunu tal-inqas 10 % mimlijin biex tiġi żgurata omoġenizzazzjoni tal-prodott bijoċidali. Dan jgħin fl-effikaċja tat-trattament.

It-tankijiet tal-fjuwil u s-samps għandhom jitbattlu mill-ilma regolarment. Wara t-trattament, battal mikroorganiżmi mejtin u fdalijiet oħra mill-fjuwil trattat li jkunu akkumulaw fil-qiegħ tat-tank. Il-filtri għandhom jiġu ċċekkjati wkoll ta’ spiss u għandhom jiġu eżaminati għall-akkumulazzjoni ta’ solidi sospiżi. Kull meta ssir manutenzjoni perjodika, it-tankijiet għandhom jiġu ċċekkjati għat-tkabbir mikrobiku.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif) u żjut mhux maħduma mingħajr ilma - Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil: 50 sa 150 ppm v/v tal-prodott bijoċidali kif fornut - Trattament kurattiv: 200 sa 400 ppm v/v tal-prodott bioċidali kif fornut

Dilwizzjoni (%):

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

Żjut mhux maħduma mingħajr ilma

Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil:

Batterji: 33 sa 200 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (0,5–3 ppm v/v CMIT/MIT),

Fungi (Ħmira/Mofof): 50 sa 200 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (0,75–3 ppm v/v CMIT/MIT), iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa sa 4 ġimgħat, skont id-doża użata.

Trattament kurattiv

Batterji: 200 sa 400 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (3–6 ppm v/v CMIT/MIT) Iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun ta’ bejn jum sa 3 ijiem, skont id-doża użata.

Fungi (Ħmira/Mofof): 400 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (6 ppm v/v CMIT/MIT) Iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun ta’ bejn jum sa 3 ijiem, skont id-doża użata.

Prodotti raffinati (fjuwils tad-distillat medju u ħafif)

Preservazzjoni għal perjodu ta’ żmien medju/twil:

Batterji: 33 sa 200 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (0,5–3 ppm v/v CMIT/MIT), iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa sa 4 ġimgħat, skont id-doża użata.

Fungi (Ħmira/Mofof): 50 sa 200 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (0,75–3 ppm v/v CMIT/MIT), iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa sa 4 ġimgħat, skont id-doża użata.

Trattament kurattiv

Batterji: 200 sa 400 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (3 - 6 ppm v/v CMIT/MIT) Iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun ta’ bejn jum sa 3 ijiem, skont id-doża użata.

Fungi (Ħmira/Mofof): 400 ppm v/v ta’ prodott bijoċidali kif fornut (6 ppm v/v CMIT/MIT) Iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun ta’ bejn jum sa 3 ijiem, skont id-doża użata.

Irrepeti kemm hemm bżonn meta tinstab kontaminazzjoni.

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flasks: 5L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Bramel: 20L u 25L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Bettiji: 215L u 220L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

Kontenitur intermedju għal kwantitajiet kbar (IBC): 1000L nominali, il-materjal ta’ kostruzzjoni huwa polietilen ta’ densità għolja (HDPE)

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (2) TAL-META SPC 2

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu u segwi l-istruzzjonijiet kollha pprovduti.

Irrispetta l-kundizzjonijiet tal-użu tal-prodott (il-konċentrazzjoni, il-ħin ta’ kuntatt, it-temperatura, il-pH, eċċ.)

Għal preservazzjoni matul ħażna għal perjodu ta’ żmien medju/twil, iż-żmien ta’ kuntatt jeħtieġ li jkun bejn ġimgħa u 4 ġimgħat skont id-doża użata. Għal trattament kurattiv, l-effett bijoċidali jinkiseb wara 1-3 ijiem.

Il-prodotti għandhom jintużaw biss għal ħżin għal perjodu medju jew twil jew għal trattament kurattiv. Tużax f’każ ta’ sistemi ta’ fatturat għoli.

Iċċekkja regolarment il-konċentrazzjoni residwa tas-sustanza attiva (kemm fil-fażi tal-karburant kif ukoll fil-fażi milwiema) bejn trasferimenti ta’ karburant sabiex tiżgura nuqqas ta’ kontaminazzjoni bejn it-trattamenti. L-għażla tal-intervalli bejn it-trattamenti hija bbażata fuq il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanza attiva residwa.

Għandhom isiru testijiet mikrobijoloġiċi biex juru l-adegwatezza tal-preservazzjoni (kemm fil-fażi tal-fjuwil kif ukoll dik milwiema) mill-utent tal-prodott sabiex jiddetermina d-doża effettiva tal-preservattiv għall-matriċi/lokalità/sistema speċifika. Jekk ikun hemm bżonn, ikkonsulta l-manifattur tal-prodott preservattiv

Mhux awtorizzati għall-użu fir-Renju tad-Danimarka u fir-Renju tal-Belġju.

Applikabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biss: Tużax il-prodotti għall-preservazzjoni tal-fjuwils għal vetturi bil-mutur tat-triq mhux marbutin mal-binarji, ħlief għal finijiet ta’ riċerka, żvilupp jew analiżi.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 6 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 15 000 m3.

Għall-preservazzjoni sad-doża ta’ 3 ppm, l-ammont massimu taż-żejt mhux raffinat mingħajr ilma ttrattat jew ta’ prodotti raffinati mbattla kuljum għal kull sit huwa 35 000 m3.

Meta tittratta l-prodott bijoċidali:

Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għal sustanzi kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 374 (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott) u lbies protettiv (tal-anqas ta’ EN13034 it-tip 6), matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott.

Ilbes gogils kimiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 166 matul il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott.

Għandhom jiġu implimentati l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali li ġejjin:

tindif regolari tat-tagħmir u taż-żona tax-xogħol;

l-użu ta’ pompa ta’ dożaġġ għat-tagħbija manwali;

Minimizzazzjoni tal-fażijiet manwali;

ventilazzjoni adegwata waqt l-applikazzjoni tal-prodott.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ikkuntattja lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Laħlaħ il-ġilda bl-ilma (jew bid-doċċa). Neħħi/inża’ minnufih l-ilbies kontaminat u aħslu qabel terġa’ tużah.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs.

Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib.

Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Armi biss f’impjant tat-trattament tad-drenaġġ STP

Armi l-prodott mhux użat, l-imballaġġ tiegħu u l-iskart kollu l-ieħor skont ir-regolamenti lokali.

Tirrilaxxax il-prodott mhux użat mal-art, f’mogħdijiet tal-ilma, f’pajpijiet (eż sink, tojlits) jew fid-drenaġġ.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien tal-ħżin: 3 xahar

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem kummerċjali

KATHON HP 120 Biocide

qasam tas-suq: EU

BLUECIDE 833

qasam tas-suq: EU

Predator 9000

qasam tas-suq: EU

FuelClear M68 Pro

qasam tas-suq: EU

MIRECIDE-KW/615.C

qasam tas-suq: EU

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0023657-0002 1-2

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Taħlita ta’ 5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (EINECS 220-239-6) (Taħlita ta’ CMIT/MIT)

Sustanza attiva

55965-84-9

11,3

Butyl carbitol

2-(2-butoksietoksi)etanol

Sustanza mhux attiva

112-34-5

203-961-6

88,7

(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 1.

(2)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 2.