17.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/59


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/366

tas-16 ta’ Frar 2023

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta’ tjur għajr għal skopijiet ta’ bajd, u l-awtorizzazzjoni tagħha għall-għasafar ornamentali, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 107/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2011 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti, il-modifika u t-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

Preparazzjoni tal-Bacillus velezensis ATCC PTA-6737, li qabel kien identifikat mil-lat tassonomiku bħala Bacillus subtilis ATCC PTA-6737, ġie awtorizzat għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 (2), għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri għat-tismin, għas-summien, għall-faġani, għall-perniċi, għall-fargħuni, għall-ħamiem, għall-wiżż għat-tismin u għan-nagħm bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 (3), għall-ħnienes miftuma u għas-Suidae miftuma ħlief Sus Scrofa domesticus bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013 (4) u għad-dundjani għat-tismin u għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 (5), għat-tiġieġ tal-bajd u l-ispeċitajiet minuri tat-tiġieġ tal-bajd bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1020 (6) u għall-ħnieżer nisa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2276 (7).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta’ tjur għajr għal skopijiet ta’ bajd, inkluż għal modifika tal-konċentrazzjoni minima tal-aġent attiv fil-preparazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni oħra għal użu ġdid ta’ dik il-preparazzjoni għall-għasafar ornamentali, għasafar tal-isports u tal-kaċċa. Dawk l-applikazzjonijiet talbu li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” u kellhom magħhom id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa rispettivament skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276, b’rabta mal-bidla tal-isem tal-addittiv minn Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 għal Bacillus velezensis ATCC PTA-6737, fir-rigward tat-tassonomija tar-razza. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-data rilevanti li ssostni t-talba għall-bidla, kif jeħtieġ l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Settembru 2020 (8), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda evidenza li l-preparazzjoni tal-Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 tibqa’ sikura għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri tat-tjur (għajr għal skopijiet ta’ bajd) (9), għall-konsumaturi u għall-ambjent, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-modifika tal-konċentrazzjoni minima tal-aġent attiv fil-preparazzjoni. Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni mhijiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u mhijiex sensitizzatur dermali. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni għandha l-potenzjal li tkun effikaċi bħala addittiv żootekniku għall-għasafar ornamentali, sportivi u tal-kaċċa. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

(6)

Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2022 (10), l-Awtorità kkonkludiet li jenħtieġ li l-addittiv jiġi ddeżinjat tassonomikament bħala Bacillus velezensis ATCC PTA-6737. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv mhux irritant għall-ġilda jew għall-għajnejn jew sensitizzatur tal-ġilda iżda jenħtieġ li titqies bħala sensitizzatur respiratorju.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (11), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti huma applikabbli għall-applikazzjonijiet attwali.

(8)

Il-valutazzjoni tal-preparat tal-Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Fir-rigward tal-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm, l-annimali tal-kaċċa u l-għasafar tal-isport dawn jenħtieġ li jitqiesu bħala speċijiet minuri ta’ tjur u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded għat-tiġieġ tat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri tat-tjur għajr għal skopijiet ta’ bajd u jenħtieġ li l-użu ta’ dak l-addittiv jiġi awtorizzat għall-għasafar ornamentali.

(9)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Dawk il-miżuri protettivi jenħtieġ li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ħaddiema.

(10)

L-isem tal-addittiv jenħtieġ li jiġi ddeżinjat b’mod tassonomiku bħala Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276 jenħtieġ li għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 107/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2011 jitħassru.

(12)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni u mill-bidla tal-isem tal-addittiv.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali” qed tiġġedded għat-tiġieġ tat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u speċijiet minuri ta’ tjur għajr għal skopijiet ta’ bajd, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, hija awtorizzata għal għasafar ornamentali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-titolu, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”.

(2)

Fit-tielet kolonna tal-Anness, “Addittiv”, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”;

(3)

Fir-raba’ kolonna tal-Anness, “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-premessi, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”;

(2)

Fit-tielet kolonna tal-Anness, “Addittiv”, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”;

(3)

Fir-raba’ kolonna tal-Anness, “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1020

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-premessi, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”;

(2)

Fit-tielet kolonna tal-Anness, “Addittiv”, il-kelmiet “Bacillus subtilis ATCC PTA-6737” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”;

(3)

Fir-raba’ kolonna tal-Anness, “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”.

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2276

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276 huwa emendat kif ġej:

(1)   Fil-premessi, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”;

(2)   Fit-tielet kolonna tal-Anness, “Addittiv”, il-kelmiet “Bacillus subtilis ATCC PTA-6737” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”;

(3)   Fir-raba’ kolonna tal-Anness, “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”, il-kelmiet “Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)” huma sostitwiti bil-kelmiet “Bacillus velezensis ATCC PTA-6737”.

Artikolu 7

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 107/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 885/2011 jitħassru.

Artikolu 8

Miżuri tranżitorji

1.   Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, kif ukoll fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 306/2013, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 787/2013, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1020 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2276, u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fih dak l-addittiv, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta’ Settembru 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta’ Marzu 2023 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta’ Marzu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta’ Marzu 2023 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 tat-8 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013 tat-2 ta’ April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) għall-ħnienes miftuma u Suidae miftuma minbarra Sus scrofa domesticus (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 tas-16 ta’ Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 15).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1020 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għal speċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 22).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2276 tat-8 ta’ Diċembru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 326, 9.12.2017, p. 50).

(8)  EFSA Journal 2020;18(11):6280.

(9)  Tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd u speċijiet minuri ta’ tjur għajr għal skopijiet ta’ bajd

(10)  EFSA Journal 2022;20(4):7244.

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali.

4b1823i

Kemin Europa N.V.

Bacillus velezensis ATCC PTA-6737

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 li jkun fiha minimu ta’ 8 × 1010 CFU/g

Tiġieġ għas-simna

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

Speċijiet minuri ta’ tjur għajr tjur minuri għall-bajd

Għasafar ornamentali

1 × 107

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv huwa kompatibbli mal-koċċidjostati li ġejjin, sakemm dawn ikunu awtorizzati għall-ispeċijiet rilevanti: diklażuril, dekokinat, sodju tas-salinomiċina, narasin/nikarbażin, lasaloċid A sodju, ammonju tal-maduramiċina, sodju tal-monensina, narasin jew idroklorur tar-robenidina.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’apparat ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

id-9 ta’ Marzu 2033

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta’ Bacillus velezensis ATCC PTA-6737

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix metodu li juża s-sojja tat-tripton agar (EN 15784)

Identifikazzjoni: il-metodu tal-elettroforeżi fuq metodu ta’ elettroforeżi (PFGE). jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA


(1)  I-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt