|
15.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/48 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/336
tat-8 ta’ Frar 2023
li japprova emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Montefalco” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Montefalco” li ntbagħtitilha mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-isem “Montefalco” (DOP) huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni