|
14.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 44/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/330
tat-22 ta’ Novembru 2022
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2022/126 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (KAAT)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45, il-punti (a) sa (e), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (2) jipprevedi rekwiżiti addizzjonali għat-tfassil tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri. Xi wħud minn dawk ir-rekwiżiti jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkoreġuti sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u t-tipi ta’ interventi tagħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kostijiet addizzjonali mġarrba u l-introjtu mitluf li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ interventi relatati mal-objettivi agroambjentali klimatiċi, meta jiddeterminaw in-nefqa li għandha tiġi koperta. Meta jitqies li l-kost totali tan-nefqa huwa kopert fil-każ ta’ investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli u għalhekk, li ma jeżisti l-ebda kost differenzjali, dawn l-investimenti ma għandhomx jitqiesu meta tiġi ddeterminata n-nefqa li għandha tiġi koperta li tirriżulta minn interventi relatati mal-objettivi agroambjentali klimatiċi. |
|
(3) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jelenka l-objettivi tal-interventi ta’ promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni, li fosthom tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar marki jew trademarks ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali, assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. Dawk l-interventi jenħtieġ li jiġu estiżi għas-sussidjarji ta’ dawk l-organizzazzjonijiet kif previst fir-reġim preċedenti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (3). |
|
(4) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżdied objettiv ġdid fil-lista ta’ objettivi stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 sabiex jiġu inklużi l-objettivi speċifiċi u settorjali stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punt (i), u l-Artikolu 46, il-punt (i), rispettivament tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(5) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat fil-paragrafu separat tal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 li l-obbligu li jintwerew l-emblema tal-Unjoni u d-dikjarazzjoni dwar il-finanzjament japplika għall-promozzjoni ġenerika u għall-promozzjoni ta’ skemi tal-kwalità. Għalhekk huwa meħtieġ li l-Artikolu 14 kollu jiġi sostitwit b’test ġdid. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-intervent ta’ “ħsad bikri” kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa previst fil-paragrafu 8, il-punt (b), ta’ dak l-Artikolu, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-prodotti maħsuda jiġu denaturati sabiex jiġi evitat li jerġgħu jidħlu fil-katina tas-suq. Għalhekk dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. |
|
(7) |
Sabiex tiġi ggarantita ġestjoni sikura u tajba tal-fondi tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi previst li l-ħlas tal-appoġġ jenħtieġ li jkun ibbażat fuq kostijiet reali raġonevoli mġarrba mill-benefiċjarju. L-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(8) |
Il-kunsiderazzjoni ta’ xi interventi tista’ tikkontribwixxi għall-objettivi agroambjentali klimatiċi jew għall-objettivi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-metodi ta’ produzzjoni sostenibbli iżda wkoll għal objettivi oħrajn, irid jiġi ċċarat kif l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawn l-interventi bħala esklużivament marbuta ma’ dawk l-objettivi u għandhom jgħoddu dawn l-interventi bħala li jikkontribwixxu għall-15 % u għat-2 % tan-nefqa marbuta mal-objettivi agroambjentali klimatiċi jew mal-objettivi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-metodi ta’ produzzjoni sostenibbli. Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, in-nefqa marbuta ma’ interventi li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti u dirett għall-objettivi agroambjentali klimatiċi jenħtieġ li titqies bħala li tikkontribwixxi esklużivament għal dawk l-objettivi. L-Artikolu 22(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Sabiex jiġi ċċarat kif l-Istati Membri għandhom jgħoddu l-kontribuzzjoni tal-interventi għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 46, il-punti (a) sa (k), tar-Regolament (UE) 2021/2115 u fl-Artikolu 57, il-punti (a) sa (k), ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien li għandu jiġi kkunsidrat. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdied paragrafu ġdid fl-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126. |
|
(10) |
Fir-rigward tan-nefqa mħallsa għall-kostijiet amministrattivi u tal-persunal, l-Artikolu 23(1), il-ħames subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jipprevedi b’mod żbaljat limitu ta’ 50 % tal-kost ġenerali għal “azzjonijiet u attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni”. Għalhekk, dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. |
|
(11) |
L-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 27(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 fihom regoli dwar il-livell massimu ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-irtirar għad-distribuzzjoni b’xejn ta’ frott u ħxejjex ipproċessati elenkati fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat magħmula minn prodotti rtirati. Wara t-tħassib tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu ċċarati. Bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed possibbli, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jkun ibbażat, fost l-oħrajn, fuq il-prezz tas-suq medju tal-prodotti kkonċernati “meta joħorġu mill-organizzazzjoni tal-produtturi” fil-livell ta’ stadju ġdid u mhux fil-livell tal-ipproċessar. Barra minn hekk, il-ħlas in natura għad-distribuzzjoni b’xejn ta’ prodotti rtirati li jkunu qed jiġu pproċessati jenħtieġ li jikkumpensa biss għall-kostijiet tal-ipproċessar. Il-kostijiet tat-trasport jenħtieġ li jiġu esklużi f’dan l-istadju mill-kalkolu tal-livell ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq. |
|
(12) |
L-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jistabbilixxi regoli dwar il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata fir-rigward tas-setturi msemmija fl-Artikolu 42, il-punti (a), (e) u (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115. Madankollu, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 31(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 li jirrikjedi li l-Istati Membri jindikaw fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif jiġi kkalkolat il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għal kull settur jenħtieġ li ma japplikax għas-settur tal-frott u l-ħxejjex. Barra minn hekk, l-Artikolu 31(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li jiġi kkalkolat il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata fil-każ fejn sussidjarja tkun koproprjetà ta’ aktar minn organizzazzjoni waħda. |
|
(13) |
Bil-għan li tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern bejn il-membri ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali jew assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, jenħtieġ li japplikaw kundizzjonijiet u regoli identiċi għall-membri kollha ta’ dawk l-organizzazzjonijiet irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst li jenħtieġ li japplikaw il-kundizzjonijiet u r-regoli stabbiliti mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita dispożizzjoni ġdida fir-Regolament Delegat (UE) 2022/126. |
|
(14) |
L-ammonti stabbiliti għall-kostijiet tal-kundizzjonament għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b’xejn fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jenħtieġ li ma jitqisux bħala somom f’daqqa iżda pjuttost bħala ammonti massimi. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(15) |
Bil-għan li skejjel pubbliċi fil-vitivinikultura li huma wkoll vitikulturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn interventi fis-settur tal-inbid, jenħtieġ li l-Artikolu 40(3) jiġi emendat kif xieraq. |
|
(16) |
L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jelenka tipi ta’ nfiq mhux eliġibbli għall-interventi settorjali msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-kundizzjonijiet relatati man-nuqqas ta’ eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nfieq jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-Anness. Għalhekk, l-Anness II jenħtieġ li jiġi emendat. |
|
(17) |
Peress li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-interventi settorjali, jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2023, biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti u ċertezza legali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji ikkonċernati minn dawk l-interventi settorjali. |
|
(18) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2022/126 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2022/126
Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/126 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Meta jiddeterminaw in-nefqa li għandha tiġi koperta, ħlief għal investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kostijiet addizzjonali mġarrba u l-introjtu mitluf li jirriżultaw minn interventi marbuta mal-objettivi agroambjentali klimatiċi, u l-miri stabbiliti.” |
|
(2) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni 1. Meta, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jinkludu interventi ta’ promozzjoni, komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, fis-settur tal-inbid, fis-settur tal-ħops, fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda jew f’setturi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 42, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom jipprevedu li l-interventi koperti jsegwu wieħed mill-objettivi li ġejjin:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal promozzjonali għall-promozzjoni ġenerika u għall-promozzjoni tat-tikketti tal-kwalità jkollu l-emblema tal-Unjoni u jinkludi d-dikjarazzjoni dwar il-finanzjament li ġejja: “Iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea”. L-emblema tal-Unjoni u d-dikjarazzjoni dwar il-finanzjament għandhom jintwerew f’konformità mal-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 (*1). (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat-28 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta’ kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u viżibbiltà għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data (ĠU L 223, 29.7.2014, p. 7).”;" |
|
(3) |
fl-Artikolu 21(1), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fis-setturi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-ħlas ta’ appoġġ abbażi tal-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju, appoġġati minn dokumenti, bħal fatturi, sottomessi mill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni ta’ intervent speċifikat fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tagħhom.”; |
|
(4) |
L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għat-tip ta’ intervent “irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas jew destinazzjonijiet oħra” msemmi fl-Artikolu 47(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115, fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex elenkati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, il-kostijiet tal-kundizzjonament tal-prodotti rtirati għad-distribuzzjoni b’xejn imsemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament, miżjuda mal-ammont ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq, ma għandhomx jaqbżu t-80 % tal-prezz medju tas-suq tal-prodott ikkonċernat “meta joħroġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” fi stadju ġdid fl-aħħar tliet snin preċedenti.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 27(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ħlas in natura mill-benefiċjarji tad-distribuzzjoni b’xejn lill-proċessuri tal-prodotti rtirati mis-suq u li jkunu qed jiġu pproċessati, meta tali ħlas jikkumpensa biss il-kostijiet tal-ipproċessar u meta l-Istat Membru li fih isir il-ħlas ikun adotta regoli li jiżguraw li l-prodotti pproċessati jkunu maħsuba għall-konsum mill-benefiċjarji finali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għandu japplika l-limitu stabbilit fl-Artikolu 26(1). ”; |
|
(7) |
L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fit-Titolu III, fil-Kapitolu II, tiżdied it-Taqsima li ġejja:
Tipi ta’ interventi implimentati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi Artikolu 32a Regoli li japplikaw għal tipi ta’ interventi implimentati minn organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi It-tipi ta’ interventi taħt il-programmi operazzjonali implimentati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkonformaw mal-pjan strateġiku nazzjonali u mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru, meta l-uffiċċju prinċipali tal-organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali jew l-assoċjazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjoni tal-produtturi tkun tinsab f’konformità mal-Artikolu 14 jew 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (*2). (*2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).”;" |
|
(9) |
L-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33 Kostijiet tal-kundizzjonament għal distribuzzjoni b’xejn Il-ħlas tan-nefqa lill-organizzazzjoni tal-produtturi, lill-assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, lill-organizzazzjoni tranżnazzjonali tal-produtturi, lill-assoċjazzjoni tranżnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi relatata mal-kostijiet tal-kundizzjonament tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni b’xejn taħt il-programmi operazzjonali ma għandux jaqbeż l-ammont tal-kostijiet stabbilit fl-Anness VII. L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq fejn id-distribuzzjoni b’xejn isseħħ wara l-ipproċessar tagħhom.” |
|
(10) |
fl-Artikolu 40(3), jiżdied punt ġdid (c) kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Anness II, il-Parti I hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) 2022/126
Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/126 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 17(8), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 23(1), il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall-interventi ‘promozzjoni, komunikazzjoni’ u ‘azzjonijiet ta’ komunikazzjoni’ msemmija fl-Artikolu 47(1), il-punt (f), u (2), il-punt (l), tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-azzjonijiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-promozzjoni u l-komunikazzjoni mwettqa f’pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (i), (j) u (k), ta’ dak ir-Regolament, in-nefqa mħallsa għall-kostijiet amministrattivi u tal-persunal imġarrba direttament mill-benefiċjarji ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-kost ġenerali tal-intervent.”. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).