|
13.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/314
tal-25 ta’ Ottubru 2022
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għall-iskambju tal-kollateral
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(15) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 (2) jispeċifika, fost l-oħrajn, il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ kollateral u arranġamenti ta’ segregazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li l-kontropartijiet finanzjarji huma meħtieġa li jkollhom għall-iskambju ta’ kollateral, fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi barra l-borża (over-the-counter, OTC) tagħhom mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali. |
|
(2) |
L-Artikolu 36(2), il-punt (a), u l-Artikolu 37(3), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 jipprevedu data differita tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġini bilaterali għal kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklirjati minn kontroparti ċentrali u konklużi bejn kontropartijiet li huma parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni. Dik id-data differita tal-applikazzjoni kienet meħtieġa biex jiġi żgurat li tali kuntratti tad-derivattivi OTC ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-marġini bilaterali qabel l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(3) |
Sa issa, ġew adottati tmien atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu, għadhom qed isiru sforzi biex jiġu analizzati ġurisdizzjonijiet rilevanti oħra ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom jista’ jkun meħtieġ xi att ta’ implimentazzjoni bħal dan. L-applikazzjoni immedjata tar-rekwiżiti tal-marġni bilaterali għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklirjati minn kontroparti ċentrali u li huma konklużi bejn kontropartijiet li huma parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni mingħajr l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ikollha, madankollu, impatti ekonomiċi detrimentali fuq il-kontropartijiet tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni bilaterali għall-kuntratti tad-derivattivi OTC ikklirjati mhux ċentralment tiġi differita ulterjorment. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, ASE). |
|
(6) |
L-emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 huma aġġustamenti limitati tal-qafas regolatorju eżistenti. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni limitat ta’ dawn l-emendi u l-urġenza tal-kwistjoni, ikun sproporzjonat ħafna li l-ASE jwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati. L-ASE madankollu talbu wkoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u l-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(7) |
Sabiex il-parteċipanti fis-suq jingħataw ċertezza legali malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2016/2251
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 36(2), il-punt (a) jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 37(3), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 tal-4 ta’ Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali (ĠU L 340, 15.12.2016, p. 9).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).