|
4.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 32/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/251
tal-4 ta’ Frar 2023
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, b’mod partikolari l-Artikolu 7a,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK (2). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1909 (3) introduċiet eżenzjoni mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u mill-projbizzjoni tal-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mat-trasport marittimu lil pajjiżi terzi ta’ żejt grezz jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw jew li jiġu esportati mir-Russja, mixtrija bil-limitu massimu tal-prezz stabbilit minn qabel jew taħtu, miftiehem mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet. Jenħtieġ li din l-eżenzjoni timmitiga l-konsegwenzi negattivi fuq il-provvista tal-enerġija lil pajjiżi terzi u tnaqqas iż-żieda fil-prezzijiet xprunata minn kundizzjonijiet straordinarji tas-suq, filwaqt li tillimita d-dħul Russu miż-żejt. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2369 (4) introduċiet il-limitu massimu tal-prezz fl-Anness XI tagħha, jiġifieri l-prezz għal kull barmil li fih jew li taħtu ż-żejt grezz mir-Russja jkun eżentat mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u l-projbizzjoni li tingħata assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mat-trasport marittimu lejn pajjiżi terzi. |
|
(5) |
Fl-4 ta’ Frar 2023, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/252 (5) emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK biex tintroduċi żewġ limiti addizzjonali fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-petroleum fl-Anness XI tagħha, wieħed għall-prodotti tal-petroleum innegozjati bi skont għaż-żejt grezz (“skont għall-prodotti taż-żejt grezz”) u l-ieħor għall-prodotti tal-petroleum innegozjati bi primjum għaż-żejt grezz (“primjum għaż-żejt grezz”), jiġifieri l-prezz għal kull barmil li fih jew li taħtu l-prodotti tal-petroleum mir-Russja jkunu eżentati mill-projbizzjoni li jiġi pprovdut trasport marittimu u l-projbizzjoni li tingħata assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatati mat-trasport marittimu lejn pajjiżi terzi. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXVIII tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XXVIII għar-Regolament (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1909 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 259 I, 6.10.2022, p. 122).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2369 tat-3 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 311 I, 3.12.2022, p. 8).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/252 tal-4 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 32 I, 4.2.2023, p. 11).
ANNESS
L-Anness XXVIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-test li ġej jitħassar: “[it-tabella bil-kodiċijiet tan-NM tal-prodotti u l-prezzijiet korrispondenti kif miftiehem mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet]” |
|
(2) |
is-sottotitolu li ġej jiżdied mat-tabella: “ Prezz taż-żejt grezz” |
|
(3) |
jiżdiedu s-sottotitolu u t-tabella li ġejjin: “ Prezzijiet għall-prodotti tal-petroleum
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||