6.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/246

tat-30 ta’ Jannar 2023

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2012 fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni miżmuma fir-reġistri elettroniċi dwar l-operaturi ekonomiċi li jmexxu l-oġġetti soġġetti għas-sisa bejn l-Istati Membri għal finijiet kummerċjali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (3), il-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u li jiġu trasferiti lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex jiġu kkonsenjati hemmhekk għal finijiet kummerċjali, għandu jsir taħt kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku simplifikat. Dik id-Direttiva b’hekk testendi l-użu tas-sistema kompjuterizzata stipulata fid-Deċiżjoni (UE) 2020/263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-monitoraġġ tal-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, li tintuża għall-monitoraġġ tal-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa skont il-ftehimiet għas-sospensjoni tas-sisa, għall-monitoraġġ ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa rilaxxati għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u li mbagħad jiġu trasferiti lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor biex jiġu kkonsenjati għal finijiet kummerċjali. Dik l-estensjoni tal-użu tas-sistema kompjuterizzata għandha tibda tapplika fit-13 ta’ Frar 2023.

(2)

Sabiex tiġi riflessa dik l-estensjoni tal-użu tas-sistema kompjuterizzata, hemm bżonn li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 15(1), il-punt (d), l-Artikolu 19(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (5) għall-oġġetti kollha soġġetti għas-sisa kkonċernati, irrispettivament minn jekk ikunx seħħ arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju.

(3)

L-Artikolu 19(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 jirrikjedi li fir-reġistri elettroniċi l-Istati Membri jżommu l-kategorija tal-prodotti soġġetti għas-sisa (CAT) u/jew il-kodiċi tal-prodott tas-sisa (EPC) tal-prodotti koperti mill-awtorizzazzjoni msemmija fl-Anness II, il-lista tal-kodiċijiet 11, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (6). Madankollu, mit-13 ta’ Frar 2023, ir-Regolament (KE) Nru 684/2009 se jiġi sostitwit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 (7). Għalhekk huwa xieraq li dik is-sostituzzjoni tiġi riflessa fl-Artikolu 19(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 389/2012.

(4)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi l-iskambju tal-informazzjoni li kull Stat Membru jżomm fir-reġistru elettroniku dwar l-operaturi ekonomiċi li jmexxu oġġetti rilaxxati għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u li mbagħad jitmexxew lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex jitwasslu hemmhekk għal finijiet kummerċjali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala tal-azzjoni, jiġifieri l-iżgurar tal-funzjonament armonizzat tas-sistema kompjuterizzata fl-Istati Membri kollha, pjuttost jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni peress li din tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(5)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-ipproċessar ta’ din id-data mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interess fiskali leġittimu tal-Istati Membri.

(6)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(7)

Sabiex id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tal-Kapitolu V, it-Taqsima 2 tad-Direttiva (UE) 2020/262, u sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-bidliet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan japplika mit-13 ta’ Frar 2023.

(8)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 389/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 389/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 389/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 15(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fejn ikun hemm il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli tal-oġġetti soġġetti għas-sisa;”;

(2)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-kategorija ta’ prodotti soġġetti għas-sisa (CAT) u/jew il-kodiċi tal-prodotti soġġetti għas-sisa (EPC) tal-prodotti koperti mill-awtorizzazzjoni msemmija fl-Anness II, il-lista tal-kodiċijiet 10, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 (*1);

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 billi jistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa, u li jistabbilixxi limitu għat-telf minħabba n-natura tal-oġġetti (ĠU L 247, 23.9.2022, p. 2).”;"

(b)

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-informazzjoni li tinsab fir-reġistri nazzjonali rispettivi kif imsemmi fil-paragrafu 2 dwar l-operaturi ekonomiċi involuti fil-movimenti ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa msemmija fil-Kapitolu IV u fil-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (*2) għandha tiġi skambjata awtomatikament permezz ta’ reġistru ċentrali.

(*2)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).”;"

(3)

fl-Artikolu 20(1), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-persuni involuti fil-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa msemmija fil-Kapitolu IV u l-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva (UE) 2020/262 jistgħu jiksbu konferma permezz ta’ mezzi elettroniċi tal-validità tan-numri tas-sisa miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 19(4) ta’ dan ir-Regolament.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’IlĠurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KULLGREN


(1)  Opinjoni tat-13 ta’ Diċembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-14 ta’ Diċembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 43).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta’ prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 billi jistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa, u li jistabbilixxi limitu għat-telf minħabba n-natura tal-oġġetti (ĠU L 247, 23.9.2022, p. 2).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).