2.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/212

tat-3 ta’ Novembru 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien dwar l-aċċess għas-servizzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti marbuta mad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1700, jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għas-settijiet tad-data dwar l-aċċess għas-servizzi.

(2)

Is-suġġetti dettaljati dwar “L-użu ta’ servizzi, inkluż servizzi tal-kura u servizzi għal għajxien indipendenti”; “Affordabbiltà tas-servizzi”; u “Ħtiġijiet mhux issodisfati u raġunijiet” jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa mis-Semestru Ewropew, mill-Istrateġija dwar il-Kura Ewropea u mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jipprovdu wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-UE marbuta mal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-faqar.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għadd u t-titlu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-rigward tas-settijiet tal-varjabbli dwar l-aċċess għas-servizzi huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.


ANNESS

L-għadd u t-titli tal-varjabbli ta’ kull sitt snin dwar l-aċċess għas-servizzi fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien

Modulu

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Aċċess għas-servizzi

Użu tas-servizzi, inkluż servizzi tal-kura u servizzi għal għajxien indipendenti (disa’ varjabbli miġbura)

HC190

Preżenza ta’ nies li jeħtieġu għajnuna minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali ta’ saħħa fit-tul, infermità jew minħabba x-xjuħija, fl-unità domestika

HC200

Servizzi ta’ kura professjonali pprovduta fid-djar

PC280

Frekwenza tal-użu tat-trasport pubbliku

PC310

Intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad

PC320

Intitolament għall-benefiċċji tal-mard

PC330

Tħossok diskriminat(a) meta tkun f’kuntatt ma’ uffiċini amministrattivi jew ma’ servizzi pubbliċi (inkluż iċ-ċentru tal-impjiegi, is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali)

PC340

Tħossok diskriminat(a) meta tfittex akkomodazzjoni

PC350

Tħossok diskriminat(a) fl-edukazzjoni

PC360

Tħossok diskriminat(a) fi spazji pubbliċi (ħwienet, kafetteriji, ristoranti, faċilitajiet ta’ divertiment eċċ.)

Affordabbiltà tas-servizzi

(ħames varjabbli miġbura)

HC221

Pagament għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar

HC230

Affordabbiltà tas-servizzi ta’ kura professjonali fid-dar

HC300

Piż finanzjarju tat-trasport pubbliku

RC370

Pagament għas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

HC040

Affordabbiltà tas-servizzi għall-indukrar formali tat-tfal

Ħtiġijiet mhux issodisfati u raġunijiet

(ħames varjabbli miġbura)

HC240

Ħtiġijiet mhux issodisfati għas-servizzi ta’ kura professjonali fid-djar

HC250

Raġuni ewlenija għaliex ma tirċevix (iktar) servizzi ta’ kura professjonali fid-djar

RC380

Ħtiġijiet mhux issodisfati għas-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

RC390

Raġuni ewlenija għaliex ma tużax (aktar) servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

PC290

Raġuni ewlenija għaliex it-trasport pubbliku ma tużahx regolarment