31.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/196

tal-25 ta’ Novembru 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 rigward l-inklużjoni ta’ ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta’ sustanzi skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 30a tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prekursuri tad-droga fl-Unjoni, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 111/2005 jirregola l-kummerċ fil-prekursuri tad-droga bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fihom lista ta’ sustanzi skedati li huma soġġetti għal għadd ta’ miżuri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ armonizzati previsti f’dawk ir-Regolamenti.

(2)

Permezz tad-Deċiżjonijiet 65/4, 65/5 u 65/6 tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, meħuda fil-65 sessjoni tagħha, mill-14 sat-18 ta’ Marzu 2022, is-sustanzi N-fenilpiperidin-4-ammina (4-AP), tert-butil 4-anilinopiperidina-1-karbossilat (1-boc-4-AP) u N-fenil-N- (piperidin-4-il)propanammid (norfentanil) ġew miżjuda mat-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi magħmula fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 1988 u ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/611/KEE (3) (“il-Konvenzjoni tan-NU tal-1988”).

(3)

Il-4-AP hija sustanza kimika sostitut għal N-fenetil-4-piperidon (NPP) biex tissintetizza 4-anilino-N-fenetilpiperidin (ANPP), li hija stess hija prekursur immedjat għall-manifattura tal-fentanil u xi wħud mill-analogi tiegħu.

(4)

1-boc-4-AP huwa derivattiv protett kimikament ta’ 4-AP, li jista’ jiġi kkonvertit f’4-AP, f’norfentanil jew f’għadd ta’ analogi tan-norfentanil.

(5)

In-norfentanil huwa prekursur immedjat tal-fentanil u ta’ għadd ta’ analogi tal-fentanil.

(6)

L-NPP u l-ANPP diġà huma sustanzi skedati fir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005. Il-fentanil u l-analogi tal-fentanil huma drogi narkotiċi qawwija ħafna, tipikament minn 10 sa 100 darba aktar b’saħħithom mill-eroina. Il-potenza għolja tagħhom tkompli tirriżulta f’imwiet minn doża eċċessiva fl-utenti.

(7)

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti indikaw il-qbid tad-dietil (fenilaċetil) propandioat (DEPAPD) u tal-etil 3- (2H-1,3-benżodiossol-5-il)-2-metilossiran-2-karbossilat (etil gliċidat tal-PMK).

(8)

Id-DEPAPD jintuża biex jiġi prodott il-1-Fenil-2-propanon (P-2-P), magħruf ukoll bħala benżil metil keton (BMK). Il-BMK huwa prekursur tal-amfetamina u tal-metamfetamina, tnejn mill-aktar drogi komuni prodotti b’mod illeċitu fl-Unjoni. It-tnejn li huma għandhom konsegwenzi serji għas-saħħa tal-bniedem.

(9)

L-etil gliċidat tal-PMK jintuża għall-produzzjoni ta’ 3,4-Metilendiossifenilpropan-2-on (PMK), li, fih innifsu, huwa prekursur tat-3,4-metilendiossimetamfetammina (MDMA), magħrufa b’mod komuni bħala “ekstasi”.

(10)

Il-BMK, kif ukoll uħud mill-preprekursuri l-oħra tiegħu li huma simili ħafna għad-DEPAPD (bħal metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) jew alfa-fenilaċetoaċetammid (APAA)), u l-PMK diġà huma sustanzi skedati fir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005.

(11)

L-amfetamina, il-metamfetamina u l-MDMA huma wħud mill-aktar drogi komuni li jiġu prodotti b’mod illeċitu fl-Unjoni. Għandhom konsegwenzi serji għas-saħħa tal-bniedem u qed jikkawżaw problemi serji soċjali u ta’ saħħa pubblika fi wħud mir-reġjuni tal-Unjoni.

(12)

Il-4-AP, il-1-boc-4-AP, in-norfentanil, id-DEPAPD u l-etil gliċidat tal-PMK tfasslu minn organizzazzjonijiet kriminali biex jevitaw il-kontrolli stretti ta’ sustanzi skedati previsti mir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005. Għalhekk,il- 4-AP, il-1-boc-4-AP, in-norfentanil, id-DEPAPD u l-etil gliċidat tal-PMK jenħtieġ li jiġu skedati wkoll fil-livell tal-Unjoni biex jissaħħu l-kontroll u l-monitoraġġ ta’ dawk is-sustanzi.

(13)

Is-sustanzi skedati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huma maqsuma f’kategoriji li għalihom japplikaw miżuri differenti, sabiex jintlaħaq bilanċ proporzjonat bejn il-livell ta’ riskju maħluq minn kull sustanza speċifika u l-piż fuq il-kummerċ leċitu. Il-kontrolli u l-miżuri ta’ monitoraġġ l-aktar stretti japplikaw għas-sustanzi fil-Kategorija 1.

(14)

Il-4-AP, il-1-boc-4-AP u n-norfentanil, jenħtieġ li jiġu skedati bħala sustanzi tal-Kategorija 1 minħabba li jistgħu jiġu trasformati faċilment biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-fentanil u l-analogi tiegħu u joħolqu theddida sinifikanti għas-saħħa soċjali u pubblika fl-Unjoni.

(15)

Id-DEPAPD u l-etil gliċidat tal-PMK jenħtieġ li jiġu skedati bħala sustanzi tal-Kategorija 1 minħabba li jistgħu jiġu trasformati faċilment biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-metamfetamina, l-amfetamina u l-MDMA u huma ta’ theddida sinifikanti għas-saħħa soċjali u pubblika fl-Unjoni.

(16)

Il-4-AP, il-1-boc-4-AP, in-norfentanil, id-DEPAPD u etil gliċidat tal-PMK ma għandhom l-ebda produzzjoni, kummerċ jew użu leċitu magħruf, ħlief għal skopijiet ta’ riċerka. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi taħt il-Kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u taħt il-Kategorija 1 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 tkun rispons xieraq biex jiġi evitat l-użu tagħhom fil-manifattura illeċita tad-drogi narkotiċi u, fl-istess ħin, ma toħloqx piż amministrattiv żejjed sinifikanti fuq l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni.

(17)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 jiġu emendati skont dan.

(18)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (4) ikklassifika mill-ġdid l-ANPP u l-NPP. Ir-Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 jenħtieġ għalhekk li jiġu emendati skont dan.

(19)

Ir-regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005 jimplimentaw b’mod konġunt id-dispożizzjonijiet relatati mal-prekursuri tad-droga tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1988. Fid-dawl tar-rabta sostantiva mill-qrib bejn is-setgħat f’dawk iż-żewġ Regolamenti, huwa xieraq li l-emendi jiġu adottati permezz ta’ att delegat wieħed.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 273/2004

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 111/2005

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/611/KEE tat-22 ta’ Ottubru 1990 fir-rigward tal-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Traffiku Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (ĠU L 326, 24.11.1990, p. 56).

(4)  ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1.


ANNESS I

Fir-Regolament (KE) Nru 273/2004, fl-Anness I, fit-tabella għall-Kategorija 1,

(1)

jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fil-lista ta’ sustanzi fil-post xieraq skont is-sekwenza tal-Kodiċi NM:

Sustanza

Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti)

Kodiċi NM

Nru CAS

“dietil (fenilaċetil) propanedioat (DEPAPD)

 

2918 30 00

20320-59-6”

“etil 3-(2H-1,3-benżodiossol-5-il) -2-metilossiran-2-karbossilat (Etil gliċidat tal-PMK)

 

2932 99 00

28578-16-7”

“N-fenilpiperidin-4-ammina (4-AP)

 

2933 39 99

23056-29-3”

“tert-butil 4-anilinopiperidina-1-karbossilat (1-boc-4-AP)

 

2933 39 99

125541-22-2”

“N-fenil-N-(piperidina-4-il)propanammid (norfentanil)

 

2933 39 99

1609-66-1”.

(2)

minflok:

Sustanza

Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti)

Kodiċi NM

Nru CAS

“4-anilino-N-fenetilpiperidina (ANPP)

 

2933 39 99

21409-26-7”

N-fenetil-4-piperidon (NPP)

 

2933 39 99

39742-60-4”

aqra:

Sustanza

Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti)

Kodiċi NM

Nru CAS

“N-fenil-1-(2-feniletil)piperidin-4-ammina

4-anilino-N- fenetilpiperidina (ANPP)

2933 36 00

21409-26-7”

“1-(2-feniletil)piperidin-4-on

N-fenetil-4-piperidon (NPP)

2933 37 00

39742-60-4”


ANNESS II

Fir-Regolament (KE) Nru 111/2005, fl-Anness, fit-tabella għall-Kategorija 1,

(1)

jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fil-lista ta’ sustanzi fil-post xieraq skont is-sekwenza tal-Kodiċi NM:

Sustanza

Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti)

Kodiċi NM

Nru CAS

“dietil (fenilaċetil) propanedioat (DEPAPD)

 

2918 30 00

20320-59-6”

“etil 3-(2H-1,3-benżodiossol-5-il) -2-metilossiran-2-karbossilat (Etil gliċidat tal-PMK)

 

2932 99 00

28578-16-7”

“N-fenilpiperidin-4-ammina (4-AP)

 

2933 39 99

23056-29-3”

“tert-butil 4-anilinopiperidina-1-karbossilat (1-boc-4-AP)

 

2933 39 99

125541-22-2”

“N-fenil-N-(piperidina-4-il)propanammid (norfentanil)

 

2933 39 99

1609-66-1”.

(2)

minflok:

Sustanza

Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti)

Kodiċi NM

Nru CAS

“4-anilino-N-fenetilpiperidina (ANPP)

 

2933 39 99

21409-26-7”

N-fenetil-4-piperidon (NPP)

 

2933 39 99

39742-60-4”

aqra:

Sustanza

Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti)

Kodiċi NM

Nru CAS

“N-fenil-1-(2-feniletil)piperidin-4-ammina

4-anilino-N- fenetilpiperidina (ANPP)

2933 36 00

21409-26-7”

“1-(2-feniletil)piperidin-4-on

N-fenetil-4-piperidon (NPP)

2933 37 00

39742-60-4”