26.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/167

tat-3 ta’ Novembru 2022

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/256 li jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/256 (2) jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali għall-ġbir tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 mill-2021 sal-2028.

(2)

Biex ikun żgurat li l-ippjanar kontinwu pluriennali jkun effettiv u konsistenti mal-ħtiġijiet tal-utenti, dan jeħtieġ jiġi adattat billi jiġi speċifikat is-suġġett ad hoc li jrid jiġi kopert mill-modulu ad hoc għall-2025 tal-Istħarriġ Ewropew dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) għax dan ma kienx magħruf waqt l-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/256.

(3)

L-adattamenti tal-ippjanar kontinwu pluriennali jridu jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel jibda kull perjodu tal-ġbir tad-data kif speċifikat fl-ippjanar tal-ġbir tad-data annwali jew infrannwali.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/256 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/256 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/256 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali (ĠU L 54, 26.2.2020, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/256, il-Parti B hija sostitwita b’dan li ġej:

“Parti B: Perjodi tal-ġbir tad-data għad-dominji b’diversi perjodiċitajiet

Dominji

Gruppi (akronimi)

Snin tal-ġbir tad-data

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

Forza tax-Xogħol

Trimestrali (LFQ)

Kull kwart tas-sena

Kull kwart tas-sena

Kull kwart tas-sena

Kull kwart tas-sena

Kull kwart tas-sena

Kull kwart tas-sena

Kull kwart tas-sena

Kull kwart tas-sena

Annwali (LFY)

X

X

X

X

X

X

X

X

“Raġunijiet għall-migrazzjoni” u “arranġamenti tal-ħin tax-xogħol” (LF2YA)

X

 

X

 

X

 

X

 

“Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar)”, “Diżabbiltà u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa” u “Elementi tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa” (LF2YB)

 

X

 

X

 

X

 

X

Sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-migranti u tad-dixxendenti immedjati tagħhom (LF8YA)

X

 

 

 

 

 

 

 

Pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (LF8YB)

 

 

X

 

 

 

 

 

“Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol” u “Livell edukattiv milħuq – dettalji, inkluż l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata” (LF8YC)

 

 

 

X

 

 

 

 

Rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja (LF8YD)

 

 

 

 

X

 

 

 

Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol (LF8YE)

 

 

 

 

 

 

X

 

Inċidenti fuq il-lant tax-xogħol u problemi ta’ saħħa relatati max-xogħol (LF8YF)

 

 

 

 

 

 

 

X

Suġġett ad hoc dwar il-ħiliet tal-impjiegi

 

X

 

 

 

 

 

 

Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard)

 

 

 

 

 

X

 

 

Introjtu u Kundizzjonijiet tal-Għajxien

Annwali (ILCY)

X

X

X

X

X

X

X

X

Tfal (ILC3YA)

X

 

 

X

 

 

X

 

Saħħa (ILC3YB)

 

X

 

 

X

 

 

X

Suq tax-Xogħol u Abitazzjoni (ILC3YC)

 

 

X

 

 

X

 

 

Kwalità tal-ħajja (ILC6YA)

 

X

 

 

 

 

 

X

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi u Diffikultajiet tal-abitazzjoni (ILC6YB)

 

 

X

 

 

 

 

 

Aċċess għas-servizzi (ILC6YC)

 

 

 

X

 

 

 

 

Dejn eċċessiv, konsum u ġid (ILC6YD)

 

 

 

 

 

X

 

 

Suġġett ad hoc dwar Arranġamenti u kundizzjonijiet tal-għajxien tat-tfal f’familji separati jew imħalltin

X

 

 

 

 

 

 

 

Suġġett ad hoc dwar l-Effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi

 

 

X

 

 

 

 

 

Suġġett ad hoc dwar l-Enerġija u l-Ambjent

 

 

 

 

X

 

 

 

Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard)

 

 

 

 

 

 

X”