|
20.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/76 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/139
tat-18 ta’ Jannar 2023
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar disa’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-provinċji ta’ British Columbia (7), Quebec (1) u Ontario (1) fil-Kanada, li ġew ikkonfermati bejn id-29 ta’ Novembru 2022 u d-29 ta’ Diċembru 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar 11-il tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-kontej ta’ Cumbria (1), Norfolk (3), Yorkshire tat-Tramuntana (1), Suffolk (1) u Yorkshire (1) fl-Ingilterra, ir-Renju Unit u fiż-żoni amministrattivi ta’ Angus (1), Fife (1), Moray (1) u Perth and Kinross (1) fl-Iskozja, ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati bejn l-14 ta’ Diċembru 2022 u l-10 ta’ Jannar 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifika lill-Kummissjoni dwar 17-il tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fl-istati ta’ California (1), Colorado (2), Indiana (1), Minnesota (2), Missouri (1), Nebraska (1), South Dakota (3), Tennessee (4) u Washington (2), fl-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn it-8 ta’ Diċembru 2022 u t-22 ta’ Diċembru 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ta’ kontroll ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(9) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jipprevjenu li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja. |
|
(10) |
Barra minn hekk, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ 13-il tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (4), British Columbia (1), Manitoba (1), Ontario (6) u Saskatchewan (1), fil-Kanada, li ġew ikkonfermati bejn l-10 ta’ April 2022 u s-6 ta’ Ottubru 2022. |
|
(11) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit issottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ ħames tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fil-kontej ta’ Devon (4) u Pembrokeshire (1) fl-Ingilterra, ir-Renju Unit li ġew ikkonfermati bejn is-6 ta’ Awwissu 2022 u d-9 ta’ Settembru 2022. |
|
(12) |
Il-Kanada u r-Renju Unit issottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada u r-Renju Unit implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u mir-Renju Unit u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fi stabbilimenti tal-pollam ġew ikklerjati u ma għadx hemm xi riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam miż-żoni tal-Kanada u tar-Renju Unit li minnhom kien sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam wara dawk it-tifqigħat. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(15) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru għall-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
it-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV hija emendata kif ġej
|