|
19.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/128
tat-18 ta’ Jannar 2023
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għall-benalaksil, għall-bromossinil, għall-klorsulfuron, għall-epossikonażol u għall-fenamifos f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għall-benalaksil, għall-bromossinil u għall-fenamifos ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għall-klorsulfuron u għall-epossikonażol ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva benalaksil ma ġietx imġedda bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1280 (2) inkluż għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-bniedem. Dik l-approvazzjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2021. L-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva ġew irrevokati. |
|
(3) |
Fil-kuntest li ma kienx hemm tiġdid tal-approvazzjoni tal-benalaksil, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ma setgħetx tikkonkludi li s-sustanza ma għandha l-ebda karatteristika li tfixkel is-sistema endokrinali (3). |
|
(4) |
Il-benalaksil-M huwa sustanza attiva approvata għall-użu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Id-definizzjoni tar-residwu kemm għall-benalaksil kif ukoll għall-benalaksil-M hija “Benalaksil inklużi taħlitiet oħra ta’ iżomeri kostitwenti inkluż il-benalaksil-M (is-somma tal-isomeri)”. Il-MRLs għall-benalaksil fuq l-għeneb tal-mejda, il-patata, it-tewm, il-basal, ix-xallotti, id-dulliegħ, il-ħass u l-kurrat huma sikuri għall-konsumaturi u jenħtieġ li jinżammu biex jitqiesu l-użi awtorizzati tal-benalaksil-M fuq dawk il-prodotti. Għall-għeneb tal-inbid u għall-bettieħ, l-MRLs eżistenti jikkorrispondu għal-limiti massimi ta’ residwi tal-Codex (“CXLs”). Dawn huma sikuri għall-konsumaturi u jenħtieġ li jinżammu wkoll f’konformità mal-Artikolu 14(2), il-punt (e) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għall-użi awtorizzati tal-benalaksil-M fuq il-brunġiel u t-tadam huma inqas mill-MRLs għall-benalaksil. Għalhekk, l-MRLs għall-benalaksil fuq dawn il-prodotti jenħtieġ li jitbaxxew għall-MRLs attwali għall-benalaksil-M. Għall-bżar ħelu u ż-żerriegħa tal-kolza/tal-kanola, ma jeżisti l-ebda użu awtorizzat għall-benalaksil-M u m’hemmx CXLs jew tolleranzi tal-importazzjoni. L-MRLs għall-benalaksil fuq dawk il-prodotti jenħtieġ li jitnaqqsu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”). |
|
(5) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva bromossinil ma ġietx imġedda bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1276 (4) inkluż għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-bniedem. L-approvazzjoni tas-sustanza attiva skadiet fil-31 ta’ Lulju 2021. L-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bromossinil ġew revokati u ma jeżistu l-ebda CXLs jew tolleranzi tal-importazzjoni għal dik is-sustanza attiva. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għal dawn is-sustanzi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu. L-MRLs għall-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 18(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorsulfuron skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2019 u l-applikant ma ppreżentax applikazzjoni għat-tiġdid tagħha. L-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi ġew revokati. Ma jeżistu l-ebda CXLs jew tolleranzi tal-importazzjoni għall-klorsulfuron. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għal din is-sustanza fil-Parti A fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1) il-punt (a) tiegħu. L-MRLs għall-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 18(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva epossikonażol skadiet fit-30 ta’ April 2020 u l-applikant irtira l-applikazzjoni għat-tiġdid tagħha. L-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi ġew revokati. Ma jeżistu l-ebda CXLs jew tolleranzi tal-importazzjoni għall-epossikonażol. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għal din is-sustanza fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1) il-punt (a) tiegħu. L-MRLs għall-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 18(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenamifos ma ġietx imġedda bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1246 (5) inkluż għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-bniedem. L-approvazzjoni tas-sustanza attiva skadiet fit-23 ta’ Settembru 2020. L-awtorizzazzjonijiet kollha li diġà jeżistu għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenamifos ġew irrevokati. |
|
(9) |
Fil-kuntest li ma kienx hemm tiġdid tal-approvazzjoni tal-fenamifos, l-Awtorità identifikat għadd ta’ tħassib (6), b’rabta mar-riskju għas-saħħa tal-konsumatur u d-data nieqsa għall-użi rappreżentattivi li jikkonċernaw il-ħxejjex tal-frott. |
|
(10) |
L-MRLs għall-għeneb tal-mejda u għall-għeneb tal-inbid jikkorrispondu għat-tolleranzi tal-importazzjoni, iżda peress li l-pakkett tad-data għall-metaboliti M01 u M02 dwar il-ġenotossiċità ma kienx komplut u ma setgħetx tiġi ffinalizzata valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur, ma jistax jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi. L-MRLs għat-tadam, għall-bżar ħelu, għall-brunġiel, għall-bettieħ u għall-għeruq tal-pitravi ħelu huma bbażati fuq l-użi tal-UE tal-fenamifos li ġew revokati. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għal dawn is-sustanzi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu. L-MRLs għall-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 18(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Għas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku. |
|
(12) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(13) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jaddattaw rwieħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emendi fl-MRLs rilevanti. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-8 ta’ Awwissu 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1280 tal-14 ta’ Settembru 2020 dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva benalaksil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 301, 15.9.2020, p. 4).
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance benalaxyl”, EFSA Journal 2020; 18(1):5985.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1276 tal-11 ta’ Settembru 2020 dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bromossinil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 300, 14.9.2020, p. 32).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1246 tat-2 ta’ Settembru 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fenamifos, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 288, 3.9.2020, p. 18).
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fenamiphos”, EFSA Journal 2019; 17(1):5557.
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, jitħassru l-kolonni għall-klorsulfuron u għall-epossikonażol. |
|
(3) |
fl-Anness V, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-bromossinil, għall-klorsulfuron, għall-epossikonażol u għall-fenamifos: “ Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*) Jindika limitu minimu ta’ kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I
(*) Jindika limitu minimu ta’ kwantifikazzjoni analitika
(2) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I