|
18.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/119
tad-9 ta’ Novembru 2022
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(5), 234(2), 237(4) u 239(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul, ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
|
(2) |
L-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 dwar l-annimali akkwatiċi u l-prodotti tagħhom, indikat li hija meħtieġa ċarezza akbar dwar liema komoditajiet huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament Delegat. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-annimali akkwatiċi selvaġġi u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali speċifikament minn dawk l-annimali akkwatiċi selvaġġi li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd u li jidħlu fil-katina alimentari maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali speċifikament minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li mhumiex maħsuba għal ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Għalhekk, l-Artikolu 1(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Diversi Stati Membri u partijiet ikkonċernati indikaw li wara l-iżviluppi reċenti u l-ispeċjalizzazzjonijiet fis-settur tal-prodotti ġerminali, id-definizzjoni ta’ “gruppi għall-ġbir tal-embrijuni” fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li tinkludi wkoll dawk it-timijiet li jiġbru u jimmaniġġjaw biss ooċiti mhux fertilizzanti. Għalhekk, jenħtieġ li dik id-definizzjoni tiġi emendata biex tkopri timijiet bħal dawn. |
|
(4) |
Barra minn hekk, għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi għall-annimali ekwini fir-rigward tal-marda Afrikana taż-żwiemel u tal-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela stabbiliti fil-punti 2.1 u 2.2 tal-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni ta’ “stabbiliment protett mill-vetturi” fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Diġà hemm definizzjoni ta’ “stabbiliment protett mill-vetturi” fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (3) fil-kuntest ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24). Għalhekk, id-definizzjoni ta’ “stabbiliment protett mill-vetturi” fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, għall-fini tal-marda Afrikana taż-żwiemel u tal-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, jenħtieġ li tkun konsistenti mad-definizzjoni tal-“istabbiliment protett mill-vetturi” fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
L-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-movimenti ta’ annimali domestiċi, minbarra movimenti mhux kummerċjali, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Partijiet IV u V tiegħu. L-Artikolu 3(5) ta’ dak ir-Regolament jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi regoli dwar l-adattamenti li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-Partijiet IV u V tiegħu jiġu applikati b’mod korrett għall-annimali domestiċi, b’mod partikolari biex jitqies il-fatt li l-annimali tad-dar jinżammu fl-unitajiet domestiċi mill-indokraturi tal-annimali domestiċi. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu adattati r-rekwiżiti ġenerali dwar il-mezzi tat-trasport tal-annimali terrestri stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u r-rekwiżiti dwar il-moviment u l-immaniġġjar tal-annimali terrestri wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament Delegat lill-annimali domestiċi miżmuma fl-unitajiet domestiċi. Għalhekk, l-Artikoli 17 u 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
L-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ ungulati, għajr annimali ekwini, iridu jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss, jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġew identifikati fuq bażi individwali qabel ma jintbagħtu mill-istabbiliment tal-oriġini, b’mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni b’wiri viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx ta’, fost l-oħrajn, il-kodiċi tal-pajjiż esportatur f’konformità mal-Istandard ISO 3166 fil-format tal-kodiċi b’żewġ ittri. Huwa meħtieġ li tiġi prevista deroga minn dak ir-rekwiżit sabiex l-Istati Membri jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ tali ungulati identifikati b’mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni li juri l-kodiċi tal-pajjiż esportatur differenti mill-kodiċi konformi mal-Istandard ISO 3166. Tali deroga jenħtieġ li tingħata biss mill-Kummissjoni u fuq talba minn pajjiż terz jew territorju ikkonċernat. |
|
(7) |
L-Artikolu 38(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li, wara tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li qabel kien meqjus bħala ħieles minn dik il-marda, dak il-pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu, jerġa’ jitqies bħala ħieles mill-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, meta, wara li tkun twettqet politika ta’ qerda u tindif u diżinfettar adegwati fl-istabbilimenti kollha li qabel kienu infettati, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju tkun wettqet programm ta’ sorveljanza matul perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur wara t-tlestija tal-politika ta’ qerda u tat-tindif u tad-diżinfezzjoni. Madankollu, dak il-perjodu ta’ żmien mhuwiex konsistenti ma’ dak applikabbli wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fi Stat Membru. Għalhekk, l-Artikolu 38(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
L-Artikolu 53(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali fil-konsenja jiġu identifikati b’numru ta’ identifikazzjoni individwali, li jkun fih, fost l-oħrajn, il-kodiċi tal-pajjiż terz jew territorju tal-oriġini li jikkonforma mal-Istandard ISO 3166 fil-format b’żewġ ittri. Peress li xi għasafar huma identifikati b’mod validu fil-pajjiżi terzi jew fit-territorji terzi li mhumiex il-pajjiżi terzi jew it-territorji terzi minn fejn l-għasafar jidħlu fl-Unjoni jew b’numru ta’ identifikazzjoni individwali inkluż il-kodiċi tal-pajjiż terz jew territorju tal-oriġini fil-format ta’ tliet ittri b’mod konformi mal-Istandard ISO 3166, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
L-Artikolu 73 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-bgħit ta’ klieb, qtates u inmsa lejn l-Unjoni. Dan ma jipprevedix obbligu ta’ approvazzjoni għal santwarji fejn konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa jintbagħtu lejn l-Unjoni, filwaqt li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 (4) jipprevedi tali obbligu ta’ approvazzjoni għall-movimenti fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi allinjat f’dan ir-rigward mar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 u l-Artikolu 73 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 22 tiegħu. L-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprovdi li tali konsenji għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw, fost l-oħrajn, mal-projbizzjoni tat-tilqim ta’ annimali bovini, porċini, ovini u kaprini donaturi kontra, fost l-oħrajn, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Madankollu, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 (5), kif ukoll l-istandards internazzjonali rilevanti tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) jippermettu t-tilqim ta’ annimali bovini, porċini, ovini u kaprini kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer taħt ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 79 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat biex jipprevedi deroga għal tali tilqim u biex dak l-Artikolu jiġi allinjat ma’ regoli komparabbli applikabbli fl-Unjoni kif ukoll ma’ standards internazzjonali. |
|
(11) |
L-Artikolu 117 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali maħsuba għal stabbilimenti konfinati. Mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 diversi Stati Membri u partijiet ikkonċernati qajmu dubji dwar il-proporzjonalità ta’ dawk ir-rekwiżiti fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta’ dawk il-konsenji u d-differenzi fir-riskji relatati għas-saħħa tal-annimali. Għalhekk, huwa xieraq li dak l-Artikolu jiġi emendat biex jipprovdi aktar flessibbiltà għall-Istati Membri biex jimmaniġġjaw ir-riskji fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom u skont l-ispeċi ta’ annimali kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-listi tal-Unjoni ta’ pajjiżi terzi, territorji terzi jew żoni tagħhom awtorizzati stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (6). |
|
(12) |
L-Artikolu 124(c)(i) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ laħam frisk ta’ annimali miżmuma, ħlief dawk miżmuma bħala kaċċa mrobbija li jkunu nqatlu fuq il-post, jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn annimali miżmuma li, matul it-trasport lejn il-biċċerija, ma għaddewx minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu, mhux elenkat għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u l-kategorija partikolari ta’ laħam frisk. Madankollu, fir-rigward ta’ konsenji ta’ pollam, il-konformità ma’ dak ir-rekwiżit f’ċerti każijiet tkun tirrikjedi l-użu ta’ toroq inqas diretti, li jaffettwaw ix-xejriet kummerċjali normali b’mod sproporzjonat, u li jestendu wkoll il-ħin tal-ivvjaġġar. Sabiex tiġi solvuta din il-kwistjoni filwaqt li tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi pprevenut it-tixrid tal-mard, jenħtieġ li tiġi introdotta deroga minn dak ir-rekwiżit, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(13) |
L-Artikolu 150 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam fir-rigward tal-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali li minnhom inkiseb il-laħam frisk użat għall-produzzjoni tiegħu. Jenħtieġ li dik id-dispożizzjoni tiġi emendata biex tirreferi għad-data tat-tbiċċir jew tal-qtil tal-annimali minflok ma l-konsenja tintbagħat lejn l-Unjoni sabiex ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-annimali jintrabtu aħjar ma’ prodotti speċifiċi fil-konsenja. |
|
(14) |
L-Artikolu 156 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-ħalib mhux soġġetti għal trattament ta’ mitigazzjoni tar-riskju u magħmula biss minn ħalib mhux ipproċessat. Jenħtieġ li dik id-dispożizzjoni tiġi emendata biex tippermetti d-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-ħalib magħmula minn prodotti tal-ħalib mhux soġġetti għal trattament ta’ mitigazzjoni tar-riskju soġġett għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet, peress li r-riskju huwa simili. |
|
(15) |
L-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jidderoga mill-Artikolu 3, il-punti (a)(i) u (c)(i) tiegħu, u jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa. Jenħtieġ li dik id-dispożizzjoni tiġi emendata biex tippermetti l-ksib tal-prodotti tal-ħalib mill-Istati Membri u tal-prodotti tal-ħalib ittrattati minn pajjiżi terzi jew minn territorji terzi, jew minn żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat għall-produzzjoni ta’ prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-rekwiżiti dwar il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa imsemmija fl-Artikolu 163(3). |
|
(16) |
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi jistgħu jwettqu attivitajiet assenjati lill-veterinarji taħt dak ir-Regolament, dment li jkunu awtorizzati li jagħmlu dan mill-Istat Membru kkonċernat, skont il-liġi nazzjonali. F’ċerti pajjiżi terzi u territorji terzi, fil-passat twettqu spezzjonijiet kliniċi ta’ annimali akkwatiċi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi, minbarra veterinarji. Għalhekk huwa xieraq li l-Artikolu 166 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat biex jippermetti lill-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi jwettqu spezzjonijiet kliniċi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, dment li dawn ikunu awtorizzati jagħmlu dan, skont il-liġi tal-pajjiż terz jew territorju esportatur. |
|
(17) |
Ċerti annimali akkwatiċi huma ppakkjati u ttikkettati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), qabel ma jidħlu fl-Unjoni. Tali annimali akkwatiċi jippreżentaw riskju aktar baxx għat-tixrid tal-mard minn annimali akkwatiċi oħrajn li jidħlu fl-Unjoni, u li mhumiex ppakkjati u ttikkettati bl-istess mod. Għalhekk huwa xieraq li l-Artikolu 167(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat biex jiġu eżentati l-annimali akkwatiċi ħajjin li huma msemmija fl-Artikolu 172(d), (e) u (f), tal-istess Regolament, mir-rekwiżit li għandhom jintbagħtu direttament mill-post ta’ oriġini tagħhom lejn l-Unjoni. Din l-emenda tippermetti li tali komoditajiet jinżammu f’maħżen imkessaħ approvat, pereżempju, en route mill-post tal-oriġini tagħhom f’pajjiż terz jew territorju, lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom fl-Unjoni. Jenħtieġ li eżenzjoni simili tapplika wkoll għall-Artikolu 174(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 dwar l-immaniġġjar wara d-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali speċifikament mill-annimali akkwatiċi, għajr annimali akkwatiċi ħajjin. Għalhekk dawk l-Artikoli jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(18) |
Barra minn hekk, minħabba r-riskju aktar baxx tat-tixrid tal-mard assoċjat ma’ dawk il-komoditajiet, il-konsenji tal-annimali akkwatiċi li huma msemmija fl-Artikolu 172(d), (e) u (f), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżit li jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni, li tiġi ffirmata mill-kaptan ta’ bastiment li fih ikunu ġew ittrasportati dawn il-konsenji, meta dawn jidħlu fl-Unjoni. Għalhekk, l-Artikolu 168 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(19) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri nazzjonali dwar marda għajr marda elenkata msemmija fl-Artikolu 9(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/429 soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Fejn tali miżuri jikkonċernaw il-movimenti ta’ annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw mill-annimali speċifikament minn annimali akkwatiċi bejn l-Istati Membri, dawn huma meħtieġa li jiġu approvati f’konformità mal-Artikolu 226(3) ta’ dak ir-Regolament. Tali miżuri jistgħu japplikaw għal mard elenkat, li huwa mard tal-kategorija E kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (8), u għal mard mhux elenkat. Għalhekk, jenħtieġ li t-Titolu 2 tal-Parti V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat biex jiċċara li l-miżuri nazzjonali, li ġew approvati f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429, japplikaw mhux biss għal mard mhux elenkat, iżda wkoll għal mard tal-kategorija E. |
|
(20) |
Instab żball ta’ kontroreferenzjar fl-Artikolu 170(1)(a)(iv) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-Artikolu jiġi kkoreġut billi titneħħa r-referenza għall-Artikolu 176 u din tiġi sostitwita b’referenza għall-Artikolu 175 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(21) |
L-Artikolu 178 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati, pollam u annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz jew territorju. L-Artikolu 179 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti speċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali għajr ungulati, pollam u annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz jew territorju. Madankollu, ir-riskju tal-introduzzjoni ta’ mard tal-annimali fl-Unjoni minn għasafar miżmuma fil-magħluq huwa simili għal dak tal-pollam. Għalhekk, ir-rekwiżiti speċjali stabbiliti fl-Artikolu 178 jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-għasafar miżmuma fil-magħluq. Għalhekk, l-Artikoli 178 u 179 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(22) |
Il-punt 4 tal-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi perjodi minimi mingħajr każ jew tifqigħa rrapportata ta’ ċertu mard fl-istabbiliment tal-oriġini għall-annimali ekwini. Dak il-punt iħalli barra għażla li fiha r-restrizzjonijiet fuq il-moviment jistgħu jitneħħew mill-awtorità kompetenti fil-każ li fih il-perjodu ta’ 30 jum ikun għadda wara li l-aħħar annimal ta’ speċi elenkata fl-istabbiliment ikun inqatel u nqered jew inqatel, u l-bini fl-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat. Dik l-għażla hija disponibbli fil-każ ta’ movimenti bejn l-Istati Membri ta’ annimali ekwini f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 għal stabbilimenti fejn tkun ġiet irrapportata s-surra, id-durina jew l-anemija infettiva ekwina. Fl-istess ħin, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Anness II, il-Kapitoli 12 sa 18, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (9) diġà jinkludu dik l-għażla tal-perjodu ta’ 30 jum mingħajr każ irrapportat ta’ surra, durina jew anemija infettiva ekwina fl-istabbiliment tal-oriġini għall-annimali ekwini. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-Anness VIII, il-punt 4, jiġi allinjat mar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. L-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(23) |
Il-punt 1 tal-Anness X tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini fir-rigward ta’ infezzjoni bil-Brucella kif imsemmi fl-Artikolu 24(5) ta’ dak ir-Regolament Delegat. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw perjodu ta’ residenza fl-istabbiliment tal-oriġini jenħtieġ li jiġu allinjati ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 11(b)(iii), ta’ dak ir-Regolament Delegat u l-entrata rilevanti fir-rigward tal-annimali ovini fit-tabella fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament Delegat. Għalhekk, l-Anness X tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(24) |
Il-punt 2.1 tal-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-marda Afrikana taż-żwiemel li għandhom jiġu ssodisfati mill-annimali ekwini li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew territorji terzi, jew żoni tagħhom, assenjati lil grupp sanitarju E jew F. L-annimali huma meħtieġa li jkunu nżammu f’iżolament f’faċilitajiet protetti mill-vetturi għal perjodu partikolari. Huwa meħtieġ li t-terminu “faċilità protetta mill-vetturi” jiġi allinjat, riżervat għal stabbiliment konfinat kif imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, mat-terminu “stabbiliment protett mill-vetturi”, definit fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat skont dan. |
|
(25) |
Il-punt 2.2 tal-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela li għandhom jiġu ssodisfati minn annimali ekwini li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, assenjati lil grupp sanitarju C jew D. L-annimali huma meħtieġa li jkunu nżammu fi kwarantina protetta mill-vetturi għal perjodu partikolari. Huwa meħtieġ li t-terminu “kwarantina protetta mill-vetturi” jiġi allinjat mat-terminu “stabbiliment protett mill-vetturi”, definit fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat skont dan. |
|
(26) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji minimi għall-għoti ta’ status ta’ stabbiliment protett mill-vetturi mill-awtorità kompetenti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dawk il-kriterji fl-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-kriterji previsti fl-Anness V, il-Parti II, il-Kapitolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u fl-Artikolu 12.1.10, il-punt 1, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). L-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(27) |
L-Anness XXI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, il-punt 2(b), jispeċifika l-perjodu ta’ żmien li matulu għandu jiġi amministrat it-trattament kontra l-infestazzjoni bl-Echinoccocus multilocularis. Dak il-perjodu ta’ żmien intwera li huwa diffiċli biex tintlaħaq konformità miegħu. Ċertu grad ta’ flessibbiltà jista’ jiġi pprovdut mingħajr ma jiżdiedu r-riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XXI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2020/692
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu (6) huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Il-Parti V tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni, kif ukoll għall-moviment u għall-immaniġġjar wara d-dħul, u d-derogi minn dawk ir-rekwiżiti għall-ispeċijiet li ġejjin ta’ annimali akkwatiċi fl-istadji kollha tal-ħajja kif ukoll il-prodotti li joriġinaw mill-annimali tagħhom, minbarra l-prodotti li joriġinaw mill-annimali għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin li ma jkunux maħsuba għall-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni, u l-annimali akkwatiċi selvaġġi u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn dawk l-annimali akkwatiċi selvaġġi li jinħattu minn bastimenti tas-sajd maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem:
(*1) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 tal-11 ta’ Frar 2021 li tapprova miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (ĠU L 59, 19.2.2021, p. 1).”;" |
|
2. |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-movimenti għal skopijiet mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa miżmuma bħala annimali domestiċi f’unitajiet domestiċi fi Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju fejn tali movimenti mhux kummerċjali ma jistgħux jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 245(2) jew fl-Artikolu 246(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/429.” |
|
4. |
fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-movimenti għal skopijiet mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa miżmuma bħala annimali domestiċi f’unitajiet domestiċi fi Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju fejn tali movimenti mhux kummerċjali ma jistgħux jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 245(2) jew fl-Artikolu 246(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/429.” |
|
5. |
fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. B’deroga mill-paragrafu (1), il-punt (b), abbażi tat-talba ta’ pajjiż terz jew territorju ta’ oriġini lill-Kummissjoni u soġġett għall-qbil tagħha, il-kodiċi tal-pajjiż esportatur imsemmi fil-paragrafu (1), il-punt (b), jista’ jiġi sostitwit b’kodiċi differenti fil-format ta’ kodiċi b’żewġ ittri.” |
|
6. |
fl-Artikolu 38(2), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
7. |
Fl-Artikolu 53, is-sentenza introduttorja u l-punt (a) huma sostitwiti b’li ġej: “Il-konsenji ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali fil-konsenja jiġu identifikati b’numru ta’ identifikazzjoni individwali permezz ta’ ċurkett magħluq immarkat uniku mwaħħal tal-inqas ma’ sieq waħda tal-annimal li juri b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx kodiċi alfanumeriku jew transponder li jista’ jiġi injettat li juri b’mod li jinqara u li ma jitħassarx kodiċi alfanumeriku li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
|
8. |
fl-Artikolu 73, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Il-konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa li jkunu ġejjin minn santwarji tal-annimali għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk tali konsenja tkun intbagħtet minn santwarju tal-annimali:
|
|
9. |
l-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 79 Pajjiż terz jew territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu 1. Il-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġew miġbura jew prodotti minn annimali f’pajjiżi terzi jew territorji terzi, jew żoni tagħhom, li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 22. 2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’rabta mar-rekwiżit tas-saħħa tal-annimali stabbilit fl-Artikolu 22(4)(a), il-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini u kaprini jistgħu jitħallew jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu nġabru jew ġew prodotti f’pajjiżi terzi jew f’territorji terzi fejn ikun sar tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, dment li jkunu nġabru minn annimali f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Anness II, il-Parti 5, il-Kapitolu I, il-punt 3 jew 4, għar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.” |
|
10. |
fil-Parti III, l-intestatura tat-TITOLU 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “TITOLU 3 REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-PRODOTTI ĠERMINALI TA’ ANNIMALI GĦAJR DAWK IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(4)(A) U (B), MAĦSUBA GĦAL STABBILIMENTI KONFINATI” ; |
|
11. |
l-Artikolu 117 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 117 Rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 1(4)(a) u (b), maħsuba għal stabbilimenti konfinati Il-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 1(4)(a) u (b), maħsuba għal stabbiliment konfinat li jinsab fl-Unjoni jistgħu jitħallew jidħlu fl-Unjoni dment li:
(*2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1)”." |
|
12. |
Fl-Artikolu 124, jiżdied il-punt (e) li ġej:
; |
|
13. |
l-Artikolu 150 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 150 L-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali li minnhom ikun inkiseb il-laħam frisk Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġew ipproċessati minn laħam frisk li jkun joriġina minn annimali li jkunu ġejjin minn stabbiliment, jew, fil-każ ta’ annimali selvaġġi, minn post li fih u madwaru, f’erja b’raġġ ta’ 10 km, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun ġiet irrapportata l-ebda marda minn fost il-mard elenkat, rilevanti għall-ispeċi ta’ oriġini tal-prodotti tal-laħam f’konformità mal-lista stabbilita fl-Anness I, matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tbiċċir jew il-qtil tal-annimali.” |
|
14. |
l-Artikolu 156 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 156 Prodotti tal-ħalib mhux soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju Il-konsenji ta’ prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni mingħajr ma jkunu għaddew minn trattament ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiku previst fl-Anness XXVII, jekk il-prodotti tal-ħalib tal-konsenja jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
15. |
l-Artikolu 163 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 163 Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa 1. B’deroga mill-Artikolu 3(c)(i), il-konsenji ta’ prodotti komposti li ma fihomx prodotti tal-laħam, għajr il-ġelatina u l-kollaġen, jew prodotti bbażati fuq il-kolostru, u li ġew ittrattati biex ikollhom data ta’ konservazzjoni twila f’temperatura ambjentali, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni akkumpanjati minn dikjarazzjoni, kif jipprevedi l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk ikun fihom:
2. Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
3. B’deroga mill-Artikolu 3(a)(i), il-prodotti komposti li fihom prodotti tal-ħalib imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(iii), ta’ dan l-Artikolu, u l-prodotti komposti li fihom il-prodotti tal-bajd li ġew ittrattati biex ikollhom data ta’ konservazzjoni twila f’temperatura ambjentali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li ma jkunx speċifikament elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti li joriġinaw mill-annimali iżda jkun elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ jew:
|
|
16. |
fl-Artikolu 166, il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-frażi introduttorja: “Madankollu, l-ispezzjoni klinika msemmija fl-ewwel paragrafu tista’ titwettaq minn professjonista tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi, dment li l-professjonista tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi jkun awtorizzat iwettaq dik l-attività mill-pajjiż terz jew territorju kkonċernat skont il-liġi nazzjonali tiegħu.” ; |
|
17. |
fl-Artikolu 167, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
18. |
fl-Artikolu 168, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Ħlief fil-każ tal-annimali akkwatiċi msemmija fl-Artikolu 172(d), (e) u (f), meta d-dispaċċ lejn l-Unjoni tal-konsenji tal-annimali akkwatiċi jinkludi trasport b’bastiment jew b’dgħajsa barrada anke għal parti mill-vjaġġ, dawk il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi ttrasportati f’konformità mal-Artikolu 167 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali akkwatiċi tal-konsenja jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni, mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u ffirmata mill-kaptan tal-bastiment fil-jum tal-wasla tal-bastiment fil-port ta’ destinazzjoni tiegħu, li tkun tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:” . |
|
19. |
fl-Artikolu 169, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali speċifikament minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li jidħlu fl-Unjoni maħsuba għal ipproċessar ulterjuri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
20. |
fl-Artikolu 174, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, il-konsenji ta’:
|
|
21. |
fil-Parti V, l-intestatura tat-Titolu 2 hija sostitwita b’dan li ġej: “TITOLU 2 REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI BIEX JIĠI LIMITAT L-IMPATT TA’ ĊERTU MARD GĦAJR DAK LI HUWA MSEMMI FL-ARTIKOLU 9(1)(D) TAR-REGOLAMENT (UE) 2016/429” ; |
|
22. |
fl-Artikolu 178, it-titolu u l-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 178 Rekwiżiti speċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati, pollam, għasafar miżmuma fil-magħluq u annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz jew territorju 1. Il-konsenji ta’ ungulati, pollam, għasafar miżmuma fil-magħluq u ta’ annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew territorju għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:” |
|
23. |
fl-Artikolu 179, it-titolu u l-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 179 Rekwiżiti speċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali għajr ungulati, pollam, għasafar miżmuma fil-magħluq u annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz jew territorju 1. Il-konsenji ta’ annimali għajr ungulati, pollam, għasafar miżmuma fil-magħluq, u annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew territorju għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:” |
|
24. |
L-Annessi VIII, X, XI u XXI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 huwa emendat kif ġej:
|
|
fl-Artikolu 170(1), il-punt (a)(iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 1.).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi VIII, X, XI u XXI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness VIII, il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness X, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness XXI, il-punt 2(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|