|
6.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/58
tal-5 ta’ Jannar 2023
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus (dudu tad-dqiq irqiq) bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Jannar 2018, il-kumpanija Ynsect NL B.V. (magħrufa qabel bħala Proti-Farm Holding NV) (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus (dudu tad-dqiq irqiq) bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-larvi tal-Alphitobius diaperinus f’forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab (mitħuna) jintużaw bħala ingredjent tal-ikel f’għadd ta’ prodotti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali, u f’forma ta’ trab fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-popolazzjoni adulta. |
|
(4) |
L-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ data xjentifika proprjetarja għal għadd ta’ studji sottomessi b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri data analitika dwar il-kompożizzjoni tal-ikel ġdid (4), l-istudji tal-istabbiltà dwar l-ikel ġdid (5), studju (6) in vitro dwar id-diġestibbiltà tal-proteini, u studju dwar it-tossiċità subkronika ta’ 90 jum (7). |
|
(5) |
Fis-17 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tal-forom iffriżati u mnixxfa bil-friża tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus bħala ikel ġdid. |
|
(6) |
Fis-26 ta’ April 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of frozen and freeze-dried formulations of the lesser mealworm (Alphitobius diaperinus larvae) as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (8) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus huma sikuri fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti fil-livelli tal-użu proposti. Għalhekk, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus skont il-kundizzjonijiet tal-użu vvalutati jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(8) |
F’dik l-opinjoni xjentifika, l-Awtorità kkonkludiet ukoll, abbażi ta’ evidenza ppubblikata limitata dwar l-allerġiji tal-ikel relatati mal-insetti, li l-konsum tal-ikel ġdid jista’ jwassal għal sensitizzazzjoni primarja u reazzjonijiet allerġiċi għal proteini tad-dudu tad-dqiq irqiq. L-Awtorità rrakkomandat li titwettaq aktar riċerka dwar l-allerġeniċità tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus. |
|
(9) |
Sabiex tindirizza r-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni bħalissa qed tesplora l-modi biex twettaq ir-riċerka meħtieġa dwar l-allerġeniċità tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus. Sakemm id-data ġġenerata mir-riċerka tiġi vvalutata mill-Awtorità, u meta jitqies li, sal-lum, l-evidenza li torbot direttament il-konsum tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus ma’ każijiet ta’ sensitizzazzjoni primarja u allerġiji hija inkonklużiva, il-Kummissjoni tqis li ma jenħtieġx jiġi inkluż l-ebda rekwiżit ta’ tikkettar speċifiku li jikkonċerna l-potenzjal tal-larvi tal- Alphitobius diaperinus li jikkawżaw sensitizzazzjoni primarja fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
|
(10) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset ukoll li l-konsum tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi f’persuni li huma allerġiċi għall-krustaċji u għall-akaridi tat-trab. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li jista’ jkun hemm allerġeni addizzjonali li jispiċċaw fl-ikel ġdid, jekk tali allerġeni jkunu preżenti fis-substrat mitmugħ lill-insetti. Għalhekk, huwa xieraq li l-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus bħala tali u l-ikel li fih minnhom, ikunu ttikkettati kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
Is-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-forma ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus jenħtieġ li ma jiġux ikkunsmati minn persuni ta’ taħt it-18-il sena, u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi previst rekwiżit dwar it-tikkettar biex il-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar dan. |
|
(12) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnotat li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq id-data analitika dwar il-kompożizzjoni tal-ikel ġdid, l-istudji dwar l-istabbiltà tal-ikel ġdid, l-istudju in vitro dwar id-diġestibbiltà tal-proteini, u l-istudju dwar it-tossiċità subkronika ta’ 90 jum ippreżentat mill-applikant, li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dik id-data u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza għalihom f’konformità mal-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(14) |
L-applikant iddikjara li kellu dritt proprjetarju u esklużiv ta’ referenza għad-data xjentifika minn dawk l-istudji fiż-żmien li ppreżenta l-applikazzjoni. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u qieset li kien issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data xjentifika dwar il-kompożizzjoni tal-ikel ġdid, l-istudji dwar l-istabbiltà tal-ikel ġdid, l-istudju in vitro dwar id-diġestibbiltà tal-proteini, u l-istudju dwar it-tossiċità subkronika ta’ 90 jum jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. B’hekk, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat iqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus matul perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus u tar-referenza għad-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku minnu, ma twaqqafx applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni biex iqiegħdu fis-suq l-istess ikel ġdid, diment li l-applikazzjoni tagħhom tkun abbażi ta’ informazzjoni miksuba legalment li tkun tappoġġa tali awtorizzazzjoni. |
|
(17) |
Jixraq li l-inklużjoni tal-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(18) |
Il-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus (dudu tad-dqiq irqiq) huma awtorizzati li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni.
Il-forom iffriżati, ta’ pejst, imnixxfa u ta’ trab tal-larvi tal-Alphitobius diaperinus għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kumpanija Ynsect NL B.V (9). biss hija awtorizzata li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ikel il-ġdid imsemmi fl-Artikolu 1, għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm xi applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi ftehim ma’ Ynsect NL B.V.
Artikolu 3
Id-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta’ Ynsect NL B.V.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(4) Ynsect NL B.V. 2018, 2019, 2020 and 2021 (unpublished).
(5) Ynsect NL B.V. 2019 and 2020 (unpublished).
(6) Ynsect NL B.V. 2018 and 2019 (unpublished).
(7) Ynsect NL B.V. 2021 (unpublished).
(8) EFSA Journal 2022; 20(7):7325.
(9) Indirizz: Harderwijkerweg 141B, 3852 AB Ermelo, in-Netherlands.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (L-ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Kitina kkalkulata bħala Fibra tad-Deterġenti tal-Aċidu
(*2) CFU: Colony Forming Units (Unitajiet li jiffurmaw kolonji)”