5.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/54

tal-4 ta’ Jannar 2023

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/652 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw bħala addittiv fl-għalf ġie awtorizzat għal ċerti speċijiet ta’ annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/652 (2).

(2)

L-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw huwa magħruf li fih bejn 10 u 20 % neoesperidina, kif spjegat fil-kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku” fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652.

(3)

Preżunzjoni skorretta ta’ relazzjoni bejn in-neoesperidina, identifikata bin-numru CAS 13241-33-3, u n-neoesperidina diidrokalkon, identifikata bin-numru CAS 20702-77-6, li għandha isem simili, iżda hija sustanza distinta, irriżultat fil-punt 3 tal-kolonna “Dispożizzjonijiet oħra” fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652 li bi żball jipprevedi l-esklużjoni tal-użu tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw flimkien man-neoesperidina diidrokalkon.

(4)

L-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tat-23 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sikurezza tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw (3) ma ssemmi l-ebda riskju fir-rigward tal-użu tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw flimkien man-neoesperidina diidrokalkon.

(5)

Għalhekk jeħtieġ li jiġi kkoreġut l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652 billi jitħassar il-punt 3 tal-kolonna “Dispożizzjonijiet oħra” f’dak l-Anness. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jiġi ssostitwit l-Anness kollu ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Biex jiġi evitat it-tfixkil fl-introduzzjoni tal-addittiv tal-għalf fis-suq minħabba l-iżball fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/652 tal-20 ta’ April 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L 119, 21.4.2022, p. 74).

(3)  EFSA Journal 2021;19(7):6709.


ANNESS

“ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b136-ex

-

Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw

Kompożizzjoni tal-addittiv

Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mill-frott taċ-Citrus x aurantium L.

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mill-frott taċ-Citrus x aurantium L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa  (1).

Flavonojdi: 45-55 %, li minnhom

—

Narinġina: 20-30 %

—

Neoesperidina: 10-20 %

5-metossipsoralen (magħruf ukoll bħala bergapten): ≤ 0,03 %

(-)-Sinefrina: ≤ 1 %

Numru KtE: 136

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tan-narinġina (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:

—

Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC) b’detezzjoni spettrofotometrika (UV)

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ tal-bajd

Dundjani tas-simna

Qżieqeż

Ħnieżer tas-simna

Ħnieżer nisa

Baqar tal-ħalib

Għoġġiela

Bhejjem tal-ifrat tas-simna

Nagħaġ/mogħoż

Żwiemel

Fniek

Salmonidi

Ħut ornamentali

Klieb

Qtates

-

-

 

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fl-għamla ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

—

Tiġieġ tas-simna: 102 mg.

—

Tiġieġ tal-bajd: 151 mg.

—

Dundjani tas-simna: 136 mg.

—

Qżieqeż: 182 mg.

—

Ħnieżer tas-simna: 217 mg.

—

Ħnieżer nisa: 268 mg.

—

Baqar tal-ħalib: 259 mg.

—

Għoġġiela (sostitut tal-ħalib), bhejjem tal-ifrat tas-simna, nagħaġ/mogħoż, żwiemel, salmonidi, klieb u ħut ornamentali: 400 mg.

—

Qtates: 80 mg.

—

Fniek: 161 mg.”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel għandu jkun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva miżjuda meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel tkun tirriżulta li jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3.

5.

It-taħlita tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mill-frott taċ-Citrus x aurantium L. ma’ addittivi awtorizzati oħra miksuba miċ-Citrus aurantium L. ma għandhiex tkun permessa fl-għalf.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

Il-11 ta’ Mejju 2032

”

(1)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports